Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1987 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea Bissau
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1987@2015-10-05/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.2.3.4.
- Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.
- Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.2.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill approva, permezz tar-Regolament (KE) Nru 241/2008, il-konklużjoni tal-Ftehim ta'Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (il-Ftehim).
(2) L-Unjoni u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw nnegozjaw Protokoll ġdid (il-Protokoll) li joffri lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li fihom ir-Repubblika tal-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd.
(3) Il-Protokoll ġie ffirmat fl-24 ta' Novembru 2014 f'konformità mad-Deċiżjoni 2014/782/UE, u ġie applikat b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.
(4) Il-Ftehim ta' Sħubija stabbilixxa Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tkun iffaċilitata l-approvazzjoni ta' tali modifiki, huwa adatt li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata.
(5) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 19 tal-Protokoll.
Artikolu 3 Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Article 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015. Għall-Kunsill Il-President N. Schmit
ANNEX
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.2.3.4.
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar- Repubblika tal-Ginea Bissaw u, fejn adatt u sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel mal-emendi tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin: Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha: Meta jkun previst li tiġi adottata deċiżjoni dwar il-modifiki tal-Protokoll kif imsemmi fil-punt 1 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li tittieħed f'isem l-Unjoni tqis l-inforamzzjoni statistika, bijoloġika u dwar aspetti oħra l-iktar riċenti mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, biżżejjed żmien qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt rilevanti, dokument li jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u l-approvazzjoni tiegħu. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b'maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li jkun sar qbil dwarha, sakemm għadd ta' Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonax għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum minn meta jasal id-dokument ta' tħejjija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista' jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, meta jkun xieraq, biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-sottomissjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.
(a) aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikoli 6 u 7 tal-Protokoll;
(b) deċiżjoni dwar ir-regoli dwar l-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll;
(c) speċifikazzjonijiet u proċeduri tekniċi li jaqgħu fl-ambitu tal-Anness tal-Protokoll.
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt 1.2.
(a) taġixxi skont l-għanijiet li hija ssegwi fi ħdan il-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(b) issegwi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(c) tippromwovi pożizzjonijiet li huma kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.