Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2241 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

In forceVersion 2015-12-01from 2015-12-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/2241@2015-12-01/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Ilħiq tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104, jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2) Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015.

(3) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ilħiq tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2015, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat, li jiġi jittella' l-art ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

ANNEX

ANNESS

Nru 59/TQ104 Stat Membru Il-Portugall Stokk MAC/8C3411 Speċi Kavalli (Scomber scombrus) Żona Iż-żoni VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 Data tal-għeluq 11.10.2015

Versions

  1. 2015-12-01