Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2276 tas-7 ta' Diċembru 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

In forceVersion 2015-12-07from 2015-11-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/2276@2015-12-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2) Fil-21 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/800 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK, b'mod partikolari bl-estensjoni sal-21 ta' Novembru 2015 tal-EUBAM Libya u billi tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu.

(3) L-EUBAM Libya għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' tliet xhur, sal-21 ta' Frar 2016.

(4) Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK għandha tiġi emendata skont dan.

(5) L-EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tostakola l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2013 sal-21 ta' Mejju 2014 għandu jkun ta' EUR 30300000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2014 sal-21 ta' Frar 2016 għandu jkun ta' EUR 26200000.

(2) Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: Hija għandha tapplika sal-21 ta' Frar 2016..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mit-22 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015. Għall-Kunsill Il-President C. Cahen

Versions

  1. 2015-12-07