Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2315 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/2315@2015-12-08/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm b'mod parzjali kif ukoll b'mod sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.
(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.
(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2 L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Heinz Zourek Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Prodott li jikkonsisti minn qafas tal-plastik li jkun fih erba' (4) terminali tal-metall, dijodi u kejbils b'konnekters (l-hekk imsejħa kaxxa ta' ġunzjoni fotovoltajka (FV)). Il-kaxxa ta' ġunzjoni FV hija apparat għat-trażmissjoni tal-elettriku (permezz ta' kejbil), li ma jaqbiżx 1000 V u li jiġi ġġenerat minn pannell solari, lejn modulu ieħor FV jew invertitur FV. Il-funzjoni tad-dijodi hija biss li tipproteġi l-prodott kontra l-vultaġġ żejjed (l-hekk imsejħa żoni kritiċi). Ara l-istampa 85444290 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8544, 854442 u 85444290. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8541 bħala dijodi hija eskluża peress li d-dijodi ma jibdlux b'mod sinifikanti l-karatteristiċi u l-proprjetajiet tal-prodott bħala kaxxa ta' ġunzjoni FV. Il-funzjoni prinċipali ta' dan il-prodott hija li ssir konnessjoni ma' ċirkwiti elettriċi, jew ġewwa fihom. Minħabba li l-prodott huwa pprovdut b'kejbils, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8536 bħala apparat li jintuża biex isiru konnessjonijiet ma' jew ġewwa ċirkwiti elettriċi, hija eskluża wkoll (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8536, il-grupp (III) (A)). Il-prodott għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 85444290, kundutturi elettriċi oħra mgħammrin b'konnekters.