Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2367 tat-30 ta’ Novembru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli relattivament għad-Deċiżjoni Nru 1/2015 fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/2367@2015-11-30/mt
Contents
- Preamble
- ABBOZZ DEĊIŻJONI NRU 1/2015 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI. ta’ … dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim
- ANNEX
- ANNESS I
- Appendiċi 1 Miżuri ta’ kontroll/notifika tal-mard
- I.
- II.
- B.1.2.3.4.5.6.7.
- III.
- IV.
- V.
- VI.
- VII.
- VIII.
- A.1.2.3.4.5.6.7.
- B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.
- IX.
- X.
- A.1.2.1.2.3.4.5.6.7.
- XI.
- XII.
- ANNESS II
- "Appendiċi 2 Is-saħħa tal-annimali: il-kummerċ u t-tqegħid fis-suq
- I.
- B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.
- B.1.2.3.
- B.1.2.3.4.
- B.1.2.3.4.5.
- B.1.2.3.4.5.6.
- B.1.2.3.4.5.6.7.
- II.
- III.
- IV.
- B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.
- V
- VI.
- VII.
- VIII.
- IX.
- B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.
- X.
- ANNESS III
- Appendiċi 3 L-importazzjoni ta’ annimali ħajjin li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u tas-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom
- A.
- B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.
- C.
- ANNESS IV
- Appendiċi 4 Iż-żooteknika, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
- A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.
- B.
- ANNESS V
- Appendiċi 5 Annimali ħajjin, semen, bajd u embrijuni: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet
- KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali - is-sistema TRACES
- A.1.2.3.4.5.6.7.
- B.
- KAPITOLU II Kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
- A.1.2.1.2.3.4.5.
- B.
- C.
- grp_3
- grp_5
- grp_6
- grp_8
- KAPITOLU III Kundizzjonijiet għall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
- A.
- KAPITOLU IV Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
- A.1.2.3.4.5.6.7.1.2.3.4.5.6.7.
- KAPITOLU V Dispożizzjonijiet speċifiċi
- 1.
- 2.
- ANNESS VI
- Appendiċi 6 Il-prodotti tal-annimali
- KAPITOLU I Oqsma li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenza
- Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014. 1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13. Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.
- Il-prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea 1.2.3.1.2.3.4.5.
- KAPITOLU II Oqsma oħrajn minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kapitolu I
- Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea
- ANNESS VII
- Appendiċi 7 Awtoritajiet kompetenti
- IL-PARTI A L-Isvizzera
- IL-PARTI B L-Unjoni Ewropea
- ANNESS VIII
- Appendiċi 10 Il-prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet
- KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
- A.1.2.1.2.3.4.5.
- KAPITOLU II Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
- A.1.2.3.1.2.3.4.5.6.
- B.
- KAPITOLU III Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
- A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.
- KAPITOLU IV Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
- KAPITOLU V Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
- I.
- A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.17.18.19.20.21.22.
- B.1.2.3.4.5.6.
- C.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.
- KAPITOLU VI 1.2. Ħlasijiet
- ANNESS IX
- Appendiċi 11 Punti ta’ kuntatt I.II.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(4) tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (il-Ftehim Agrikolu) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.
(2) Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa inkarigat jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness 11 jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod partikulari sabiex jadattahom u jaġġornahom.
(3) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u l-Kumitat Veterinarju Konġunt.
(4) Jeħtieġ li l-Unjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tieħu fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt fir-rigward tal-emendi meħtieġa.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-Ftehim Agrikolu ("Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt") għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha,
(6) Sabiex jiġi evitat il-waqfien ta’ prattiki eżistenti u li qed jiffunzjonaw sew u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali li ma tikkawżax konsegwenzi negattivi prevedibbli, id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt għandha tipprovdi għall-applikazzjoni retroattiva ta' dik id-Deċiżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bl-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 hija bbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2015. Għall-Kunsill Il-President É. SCHNEIDER
ABBOZZ DEĊIŻJONI NRU 1/2015 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI. ta’ … dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim
IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli u b’mod partikulari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,
Billi:
(1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (il-Ftehim Agrikolu) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.
(2) Skont l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit b’dan il-Ftehim (il-Kumitat Veterinarju Konġunt) huwa inkarigat jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod partikulari sabiex jadattahom u jaġġornahom.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt emendat l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għall-ewwel darba.
(4) L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.
(5) Saru emendi jew aġġornamenti f'numru ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Isvizzera minn meta sar l-aħħar emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt ’l hawn. Fid-dawl tad-daqs tal-emendar li sar, ġew aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni.
(6) Fl-1 ta’ Jannar 2013, l-Uffiċċju Veterinarju Federali Żvizzeru ġie ttrasferit għad-Dipartiment Federali tal-Intern u wara dan ingħaqad mad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ikel tal-Uffiċċju Federali tas-saħħa pubblika fl-1 ta’ Jannar 2014 biex inħolqot aġenzija waħdanija ġdida. L-aġenzija l-ġdida tissejjaħ l-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà tal-Ikel u tal-Affarijiet Veterinarji. Wara li dawn l-uffiċċji ngħaqdu, kellhom jiġu emendati bosta testi leġiżlattivi.
(7) L-Isvizzera ppreżentat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt il-pjan tagħha dwar il-miżuri li beħsiebha timplimenta għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE. Skont il-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta' dan il-pjan.
(8) Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-Isvizzera tista' tidderoga mill-eżami għall-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u fil-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Dawn il-karkassi u dan il-laħam, kif ukoll il-prodotti tal-laħam magħmulin minnhom, għandhom marka speċjali tas-saħħa u ma jistax isir kummerċ fihom mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 jemenda r-regoli speċifiċi li japplikaw għall-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam u jipprevedi li jiġi awtorizzat id-differiment tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet. Sabiex tkun faċilitata l-modifika gradwali tal-prattika attwali fl-Isvizzera, jinħtieġ li tiġi estiża l-possibbiltà ta' deroga għall-eżami tat-Trichinella sal-31 ta’ Diċembru 2016.
(9) Sabiex jiġi evitat il-waqfien ta’ prattiki eżistenti u li qed jiffunzjonaw sew u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali li ma tikkawżax konsegwenzi negattivi prevedibbli, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata b'mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.
(10) Jinħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
(11) Għaldaqstant, għandhom jiġu emendati, kif meħtieġ, l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huma emendati skont l-Annessi I sa IX ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Il-pjan ippreżentat mill-Isvizzera dwar il-miżuri li beħsiebha tieħu għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE huwa rikonoxxut bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ eżemplari, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew minn persuni oħrajn mogħtija s-setgħa biex jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-Ftehim Agrikolu.
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija tapplika b'mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015. Magħmul f’Berna, Għall-Konfederazzjoni Svizzera Għall-Unjoni Ewropea
ANNEX
ANNESS I
L-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 1 Miżuri ta’ kontroll/notifika tal-mard
I.
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer
A.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 99 sa 103 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza u r-reġistrazzjoni, il-kontroll u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji se jgħarrfu lil xulxin meta jkunu beħsiebhom jimplimentaw tilqima ta’ emerġenza. F’każijiet urġenti ħafna, in-notifika għandha tkun dwar id-deċiżjoni li ttieħdet u dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha. Fi kwalunkwe każ, se jsiru konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness XVI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE.
II.
Id-deni klassiku tal-ħnieżer
A.1.2.3.4. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (sejbien tad-deni tal-ħnieżer waqt il-qatla u miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tad-deni tal-ħnieżer); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza); Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
B.1.2.3.4.5.6.7.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji se jgħarrfu lil xulxin meta jkunu beħsiebhom jimplimentaw tilqima ta’ emerġenza. Se jsiru konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. Skont l-Artikolu 117(5) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-ittimbrar u mat-trattament tal-laħam li jkun ġej miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. Skont l-Artikolu 121 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fost il-ħnieżer slavaġ skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. B’applikazzjoni tal-Artikolu 89(2) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-kontroll seroloġiku tal-ħnieżer fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa dan li ġej: Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 15 Bünteweg 17, 30559 Ħanover, il-Ġermanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE.
III.
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer
A.1.2.3.4. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif u d-diżinfettar), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (sejbien tad-deni tal-ħnieżer waqt il-qatla u miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tad-deni tal-ħnieżer); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza); Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa dan li ġej: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. Skont l-Artikolu 89(2) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-metodi għad-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
IV.
Il-marda Afrikana taż-żwiemel
A.1.2.3.4. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 112 sa 112f tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda Afrikana taż-żwiemel); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza); Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI F’każ li tfaqqa’ marda epiżotika serja ħafna fl-Isvizzera, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiltaqa’ sabiex jeżamina s-sitwazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jieħdu l-miżuri neċessarji fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda Afrikana taż-żwiemel huwa dan li ġej: Laboratorio de Sanidad y Producción Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, 28110 Algete, Madrid, Spanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.
V.
L-influwenza tat-tjur
A.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 122 sa 122f tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-influwenza tat-tjur); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-influwenza tat-tjur huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorju għandhom jiġu stipulati fil-punt 2 tal-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 60 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
VI.
Il-marda ta’ Newcastle
A.1.2.3.4. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 123 sa 125 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-marda ta’ Newcastle); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza). Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda ta’ Newcastle huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. It-tagħrif stipulat fl-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
VII.
Mard tal-ħut u tal-molluski
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (il-miżuri kontra l-mard epiżotiku) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 3 sa 5 tiegħu (il-mard epiżotiku fil-mira), l-Artikoli 21 sa 23 tiegħu (ir-reġistrazzjoni tal-farms tal-akkwakultura, il-verifiki tal-persunal u obbligi oħrajn u s-sorveljanza b’rabta mal-qasam tas-saħħa), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll) u l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri komuni u speċifiċi b’rabta mal-mard tal-ħut u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Dal-ħin fl-Isvizzera ma jitrabba l-ebda gajdar ċatt. F’każ li jfaqqgħu l-bonamjożi jew il-martejljożi, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza neċessarji skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. Għall-finijiet tal-kontroll tal-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera tapplika d-Digriet dwar il-mard epiżotiku, u b’mod partikulari l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi tad-detenturi ta’ permess għas-sajd u ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll), l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-mard tal-annimali akkwatiċi u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi), kif ukoll l-Artikolu 291 tiegħu (il-mard epiżotiku li għandu jiġi ssorveljat). Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-krustaċji huwa dan li ġej: Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-ħut huwa dan li ġej: National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-molluski huwa dan li ġej: Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 58 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
VIII.
L-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu
A.1.2.3.4.5.6.7.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1); Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 184 tiegħu (il-metodi ta’ sturdament); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10) il-Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS817.0), u b’mod partikulari l-Artikolu 24 tagħha (l-ispezzjoni u t-teħid ta’ kampjuni) u l-Artikolu 40 tagħha (il-kontroll tal-oġġetti tal-ikel); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), u b’mod partikulari l-Artikoli 4 u 7 tiegħu (partijiet mill-karkassa li ma jistgħux jintużaw); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 6 tiegħu (definizzjonijiet u taqsiriet), l-Artikolu 34 tiegħu (il-privattivi), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligu ta’ avviż), l-Artikolu 130 tiegħu (is-sorveljanza tal-bhejjem Svizzeri), l-Artikoli 175 sa 181 tiegħu (l-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu), l-Artikolu 297 tiegħu (l-implimentazzjoni fil-pajjiż stess), l-Artikolu 301 tiegħu (il-kompiti tal-veterinarju tad-distrett awtonomu), l-Artikolu 302 tiegħu (il-veterinarju uffiċjali) u l-Artikolu 312 tiegħu (il-laboratorji li jwettqu d-dijanjożi); Id-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, it-Taħriġ u r-Riċerka dwar il-ktieb tal-għalf għall-annimali (DKGħA; RS 916.307.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu (it-tolleranza, it-teħid ta’ kampjuni, il-metodi ta’ analiżi u t-trasport), il-punt 15 u l-punt 16 tal-Anness 1.2 tiegħu (il-prodotti tal-annimali terrestri, u l-ħut u annimali tal-baħar oħrajn u l-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom, rispettivament) u l-Anness 1.4 tiegħu (is-sustanzi li ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw jew li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw b’mod ristrett); Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001. Skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ emerġenza biex jiġu implimentati miżuri ta’ kontroll b’rabta mal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu. Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi ristrett b’mod uffiċjali l-moviment ta’ kull annimal li jkun hemm suspett li jkun infettat b’xi enċefalopatija sponġiformi li tinxtered sakemm joħorġu r-riżultati tat-testijiet kliniċi u epidemjoloġiċi mwettqin mill-awtorità kompetenti, jew inkella dan għandu jinqatel sabiex jiġi eżaminat f’laboratorju taħt kontroll uffiċjali. F’konformità mal-Artikoli 179b u 180a tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera tipprojbixxi t-tbiċċir tal-annimali li jkun hemm suspett li jkunu infettati b’xi enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. Dawk l-annimali li jkun hemm dan is-suspett dwarhom iridu jinqatlu mingħajr tixrid ta’ demm u jinħarqu, u moħħhom irid jintbagħat fil-laboratorju ta’ referenza tal-Isvizzera għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu għat-testijiet. Skont l-Artikolu 10 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera tidentifika l-annimali bovini permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni uniformi, ċara u permanenti li tippermetti li jinstabu ommijiethom u l-merħla minn fejn ikunu ġew oriġinarjament, u li tippermetti li jiġi kkonfermat li ma jkunux twieldu minn ommijiet li jkun hemm suspett li jkunu infettati jew minn baqar li huma infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina. Skont l-Artikolu 179c tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera toqtol lill-annimali li jkunu infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina sa mhux aktar tard minn tmiem il-fażi tal-produzzjoni, lill-annimali bovini kollha li jkunu twieldu sena qabel u sena wara l-annimal infettat u li, matul dak iż-żmien, ikunu jiffurmaw parti mill-istess merħla, kif ukoll lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-baqar infettat u li jkunu twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi. Skont l-Artikolu 180b tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera toqtol lill-annimali li jkunu infettati bl-iscrapie, lil ommijiethom, lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-ommijiet infettati, kif ukoll lin-nagħaġ u lill-mogħoż l-ieħor kollu tal-merħla, minbarra: Fil-każ ta’ razez rari, jista’ jkun li, b’mod eċċezzjonali, jiġi deċiż li l-merħla ma tinqatilx kollha. Fil-każ ta’ razez rari, jista’ jkun li, b’mod eċċezzjonali, jiġi deċiż li l-merħla ma tinqatilx kollha. F’każijiet bħal dawn, il-merħla titqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali għal sentejn sħaħ, li matulhom l-annimali tal-merħla jsirilhom eżami kliniku darbtejn fis-sena. Jekk matul dan il-perjodu l-annimali jintbagħtu għall-qatla, irjushom u t-tunsilli tagħhom għandhom jintbagħtu fil-laboratorju ta’ referenza tal-Isvizzera għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu għall-analiżi. Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti skont ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali. B’mod partikulari, il-perjodu ta’ sorveljanza għandu jittawwal jekk jinstab każ ġdid tal-marda fost l-annimali tal-merħla. L-Isvizzera tintrabat li tapplika l-miżuri stipulati fl-Anness VII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 f’każ li jiġi kkonfermat li nagħġa jew mogħża hija infettata bl-enċefalopatija sponġiformi bovina. Taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu l-użu tal-proteini tal-annimali pproċessati fl-għalf tal-annimali li jkunu qed jinżammu, jissemmnu u jitrabbew fl-azjendi għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hemm projbizzjoni totali tat-tmigħ lill-annimali li jixtarru ta' proteini li ġejjin mill-annimali. Skont l-Artikolu 27 tad-Digriet dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA), l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ projbizzjoni totali tal-użu tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali mrobbijin fl-azjendi. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jridu jdaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-enċefalopatija sponġiformi bovina. Dan il-pjan jinkludi test rapidu għall-enċefalopatija sponġiformi bovina magħmul fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom iktar minn 24 xahar u li jkunu nqatlu b’urġenza, li jkunu mietu fir-razzett jew li jkunu nstabu li kienu morda waqt spezzjoni li saritilhom qabel mewthom, u fuq l-annimali kollha li jkollhom iktar minn 30 xahar li jinqatlu għall-konsum mill-bniedem. It-testijiet rapidi tal-enċefalopatija sponġiformi bovina li l-Isvizzera tuża huma mniżżlin fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001. Skont l-Artikolu 176 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera twettaq b’mod obbligatorju test rapidu għall-enċefalopatija sponġiformi bovina fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom iktar minn 48 xahar li jkunu mietu jew li jkunu nqatlu għal għanijiet oħra minbarra t-tbiċċir jew li jkunu ttieħdu morda jew feruti fil-biċċeriji. Taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom idaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-iscrapie. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 177 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fost in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ iktar minn 12-il xahar. L-annimali li nqatlu b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu li kienu morda waqt spezzjoni li saritilhom qabel mewthom, kif ukoll l-annimali kollha li nqatlu għall-konsum mill-bniedem ġew eżaminati fil-perjodu ta’ bejn Ġunju tal-2004 u Lulju tal-2005. Fl-ebda kampjun ma nstabet l-enċefalopatija sponġiformi bovina u għalhekk l-annimali li dwarhom kien hemm suspett kliniku li kienu infettati bil-marda, dawk li nqatlu b’urġenza u dawk li mietu fir-razzett komplew jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jerġa’ jeżamina l-kwistjoni tar-rikonoxximent tas-similarità tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fost in-nagħaġ u l-mogħoż. It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 6, fil-Kapitolu B tal-Anness III u fl-Anness IV (fil-punt 3.III tiegħu) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
in-nagħaġ li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ; u
l-annimali li jkollhom inqas minn xahrejn u li jkunu se jintbagħtu għat-tbiċċir biss. Ir-ras u l-organi tal-kavità addominali ta’ dawn l-annimali għandhom jitneħħew skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet dwar ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali.
C.1.2.3. TAGĦRIF ADDIZZJONALI Mill-1 ta’ Jannar 2003 ’l hawn u skont id-Digriet tal-10 ta’ Novembru 2004 dwar l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (RS 916.407), l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ inċentiv finanzjarju favur l-irziezet fejn ikunu twieldu l-annimali bovini u l-biċċeriji fejn dawn l-annimali jkunu nqatlu, dejjem jekk dawn l-irziezet u l-biċċeriji jħarsu l-proċeduri tad-dikjarazzjoni tal-movimenti tal-annimali stipulati fil-liġijiet li huma fis-seħħ. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jneħħu u jeqirdu l-materjal riskjuż speċifikat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-punt 1 tal-Anness XI tal-istess Regolament. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi l-kranju, minbarra x-xedaq ta’ isfel, u inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, kif ukoll in-nerv qawwi tas-sinsla tal-annimali bovini li għandhom iktar minn 12-il xahar; il-kolonna vertebrali, minbarra l-vertebri tad-denb, l-apofiżi xewwieka u trasversali tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u lombari u tal-għalla tal-ossu sagru medjan u tal-ġwienaħ tal-ossu sagru, iżda inklużi l-gangliji tas-sinsla tad-dahar u n-nerv qawwi tas-sinsla tal-annimali bovini li għandhom iktar minn 24 xahar; it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali bovini ta’ kull età. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi min-nagħaġ u mill-mogħoż tinkludi l-kranju, inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, it-tunsilli u n-nerv qawwi tas-sinsla tan-nagħaġ u tal-mogħoż li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li għandhom sinna permanenti ta’ quddiem li taqta’ li spuntat mill-ħanek, kif ukoll il-milsa u l-ileu tan-nagħaġ u tal-mogħoż ta’ kull età. Skont l-Artikolu 179d tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi b’mod partikulari l-kolonna vertebrali tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali ta’ kull età. Skont l-Artikolu 180c tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi min-nagħaġ u mill-mogħoż tinkludi b’mod partikulari l-moħħ mhux estratt mill-kranju, in-nerv qawwi tas-sinsla bid-dura mater u t-tunsilli tal-annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li spuntatilhom mill-ħanek sinna permanenti ta’ quddiem li taqta’, kif ukoll il-milsa u l-ileu tal-annimali ta’ kull età. Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxu r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 22 tad-Digriet dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali, l-Isvizzera taħraq il-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1, inklużi l-materjal riskjuż speċifikat u l-annimali li jmutu fir-rziezet.
IX.
Il-marda tal-ilsien blu
A.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 239a sa 239h tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda tal-ilsien blu); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda tal-ilsien blu huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
X.
Iż-żoonożi
A.1.2.1.2.3.4.5.6.7.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1). Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 291a sa 291e tiegħu (dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żoonożi); il-Liġi Federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS 817.0); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1); il-Liġi Federali tat-18 ta’ Diċembru 1970 dwar il-ġlieda kontra l-mard tal-bniedem li jittieħed (il-Liġi dwar l-epidemiji; RS 818.101); Id-Digriet tat-13 ta’ Jannar 1999 dwar id-dikjarazzjoni tal-mard tal-bniedem li jittieħed (Digriet dwar id-dikjarazzjoni; RS 818.141.1).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin: L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Kull sena, l-Isvizzera għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, dwar l-aġenti żoonotiċi u dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi, inkluża d-dejta miġbura matul is-sena ta’ qabel skont l-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/99/KE. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel bil-ħsieb tal-pubblikazzjoni tar-rapport qasir dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, dwar l-aġenti żoonotiċi u dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-Unjoni Ewropea.
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-analiżi u t-testijiet taż-żoonożi (is-Salmonella): Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) 3720 BA Bilthoven Netherlands
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll tal-bijotossini tal-baħar: Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA): 36200 Vigo Spanja
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll tat-tniġġis batterjoloġiku u virali tal-molluski bivalvi: The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS) Weymouth Dorset DT4 8UB Ir-Renju Unit
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tal-ispeċi Listeria monocytogenes: AFSSA – Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) 94700 Maisons-Alfort Franza
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterji tat-tip Staphylococcus li jittestjaw pożittivi għall-koagulażi, inkluż il-batterju tal-ispeċi Staphylococcus aureus: AFSSA – Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) 94700 Maisons-Alfort Franza
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tal-ispeċi Escherichia coli, inkluż l-E. coli li jipproduċi l-verotossina (VTEC): Istituto Superiore di Sanità (ISS) 00161 Ruma L-Italja
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tat-tip Campylobacter: Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA) 751 89 Uppsala L-Isvezja
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-parassiti (b’mod partikulari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis): Istituto Superiore di Sanità (ISS) 00161 Ruma L-Italja
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-reżistenza għall-antibijotiċi: Danmarks Fødevareforskning (DFVF) 1790 Kopenħagen V Id-Danimarka
XI.
Mard ieħor
A.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 104 sa 105 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer); Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda vexxikulari tal-ħnieżer huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE. B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ emerġenza. Dan il-pjan ta’ emerġenza huwa s-suġġett ta’ dispożizzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ natura teknika maħruġa mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, li ġġib in-numru 95/65. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
XII.
NOTIFIKA TAL-MARD
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha (l-obbligu ta’ diliġenza u l-obbligu ta’ avviż) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 sa 5 tiegħu (il-mard fil-mira), l-Artikoli 59 sa 65 tiegħu u l-Artikolu 291 tiegħu (l-obbligu ta’ avviż u n-notifika) u l-Artikoli 292 sa 299 tiegħu (is-sorveljanza, l-implimentazzjoni u l-għajnuna amministrattiva).
B.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema ta’ notifika tal-mard tal-annimali, kif stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE..
ANNESS II
L-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
"Appendiċi 2 Is-saħħa tal-annimali: il-kummerċ u t-tqegħid fis-suq
I.
L-annimali bovini u l-ħnieżer
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 tiegħu (is-swieq u l-wirjiet), l-Artikoli 34 sa 37b tiegħu (in-negozju), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer), l-Artikoli 135 sa 141 tiegħu (il-marda ta’ Aujeszky), l-Artikoli 150 sa 157 tiegħu (il-bruċellożi bovina), l-Artikoli 158 sa 165 tiegħu (it-tuberkulożi), l-Artikoli 166 sa 169 tiegħu (il-lewkożi enzootika bovina), l-Artikoli 170 sa 174 tiegħu (ir-rhinotracheitis bovina infettiva/il-vulvovaġinite tal-ponot infettiva), l-Artikoli 175 sa 181 tiegħu (l-enċefalopatiji sponġiformi), l-Artikoli 186 sa 189 tiegħu (l-infezzjonijiet ġenitali tal-annimali bovini), l-Artikoli 207 sa 211 tiegħu (il-bruċellożi tal-ħnieżer) u l-Artikolu 301 tiegħu (l-awtorizzazzjoni tal-azjendi li jrabbu l-annimali, taċ-ċentri ta’ inseminazzjoni u ta’ ħażna tas-semen, tal-azjendi għat-trasferiment tal-embrijuni, tas-swieq u ta’ stabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Skont l-Artikolu 301(1)(i) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, il-veterinarju tad-distrett awtonomu għandu jawtorizza lill-azjendi li jrabbu l-annimali, lis-swieq u lill-istabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn, kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness u skont l-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Isvizzera għandha tfassal lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati tagħha, tat-trasportaturi u tan-negozjanti. It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 7 tal-Parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellożi bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin: Għandu jintbagħat tagħrif iddettaljat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar il-merħliet li jkollhom riżultati pożittivi fit-testijiet għall-infezzjoni, flimkien ma’ rapport epidemjoloġiku. Jekk l-Isvizzera ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 7 tal-parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4 tal-Parti I tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkulożi bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin: Għandu jintbagħat tagħrif iddettaljat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar il-merħliet infettati, flimkien ma’ rapport epidemjoloġiku. Jekk l-Isvizzera ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-punt 4 tal-parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu I tal-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-lewkożi enzootika bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin: Jekk ikun ġie kkonfermat li 0.2 % tal-merħliet ikunu infettati bil-lewkożi enzootika bovina, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mir-rhinotracheitis bovina infettiva. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tapplika mutatis mutandis minħabba li qed jiġi rrikonoxxut l-istatus tal-Isvizzera. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin: Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE japplikaw mutatis mutandis minħabba li qed jiġi rrikonoxxut l-istatus tal-Isvizzera. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina l-kwistjoni ta’ garanziji possibbli addizzjonali marbutin mal-gastro-enterite tal-ħnieżer li tittieħed u mas-sindromu riproduttiv u respiratorju tal-ħnieżer mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji dwar kif tkun qed tiżviluppa din il-kwistjoni. Fl-Isvizzera, l-Istitut tal-batterjoloġija veterinarja tal-Università ta’ Zurich huwa inkarigat jagħmel it-testijiet uffiċjali tat-tuberkulina skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Fl-Isvizzera, iċ-Ċentru għaż-żoonożi, għall-mard tal-annimali li ġej mill-batterji u għar-reżistenza għall-antibijotiċi (iz-ZOBA) huwa inkarigat jagħmel it-testijiet uffiċjali tal-antiġeni (tal-bruċellożi) skont il-punt 4 tal-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali bovini u l-ħnieżer, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin: Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali bovini, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa addizzjonali li jkunu jinkludu l-istqarrijiet tas-saħħa li ġejjin:
B.1.2.3.
(a) l-awtoritajiet kompetenti jridu jiġu mgħarrfa b’kull annimal bovin li dwaru jkun hemm suspett li jkun infettat bil-bruċellożi u dan l-annimal għandhom isirulu t-testijiet uffiċjali għall-bruċellożi, inkluż mill-inqas żewġ testijiet seroloġiċi li jkunu jinkludu l-fissazzjoni tal-komplement, kif ukoll analiżi mikrobijoloġika tal-kampjuni adattati miġburin fil-każ ta’ xi abort;
(b) matul il-perjodu ta’ suspett ta’ infezzjoni, li għandu jibqa’ għaddej sa ma jkun hemm riżultati negattivi fit-testijiet imsemmijin fil-punt a), l-istatus tal-merħla tal-annimal bovin jew tal-annimali bovini li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bil-bruċellożi bħala merħla uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi għandu jiġi sospiż.
B.1.2.3.4.
(a) li ddaħħal sistema ta’ identifikazzjoni li tippermetti li wieħed jidentifika minn liema merħla jkun ġej kull annimal bovin;
(b) li kull annimal maqtul issirlu spezzjoni minn veterinarju uffiċjali wara l-qatla;
(c) li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett ta’ tuberkulożi f’annimal ħaj, mejjet jew maqtul;
(d) li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-investigazzjonijiet li hemm bżonn sabiex jikkonfermaw jew ineħħu dan is-suspett, inkluż li dawn iwettqu riċerka dwar il-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimal. Meta waqt li annimal tkun qed issirlu awtopsja jew meta dan ikun qed jinqatel, l-awtoritajiet kompetenti jindunaw li dan ikollu feriti li jkun hemm suspett li ġew ikkawżati mit-tuberkulożi, huma għandhom jibagħtu l-kampjuni b’dawn il-feriti għal eżami fil-laboratorju;
(e) l-istatus tal-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimali bovini li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bit-tuberkulożi bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi għandu jiġi sospiż u din is-sospensjoni għandha tibqa’ għaddejja sa ma t-testijiet kliniċi jew fil-laboratorju jew it-testijiet tat-tuberkulina jeskludu l-preżenza tat-tuberkulożi bovina f’dik il-merħla;
(f) meta t-testijiet tat-tuberkulina, it-testijiet kliniċi jew it-testijiet fil-laboratorju jikkonfermaw li l-annimal ikun infettat bit-tuberkulożi, għandu jiġi rtirat l-istatus tal-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimal bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi;
(g) l-istatus tal-merħla bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi għandu jingħata biss meta l-annimali kollha li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bit-tuberkulożi jkunu tneħħew mill-merħla, meta l-postijiet u t-tagħmir ikunu ġew iddiżinfettati, u meta l-annimali kollha li jkun għad baqa’ fil-merħla li jkollhom iktar minn sitt ġimgħat ma jkunx kellhom reazzjoni negattiva għal mill-inqas żewġ tilqimiet uffiċjali tat-tuberkulina li jkunu ngħatawlhom ġol-ġilda skont l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, li l-ewwel waħda minnhom tkun ingħatatilhom tal-inqas sitt xhur wara li l-annimal infettat ikun telaq mill-merħla u t-tieni waħda minnhom tkun ingħatatilhom mill-inqas sitt xhur wara l-ewwel waħda.
B.1.2.3.4.5.
(a) li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bil-lewkożi enzootika bovina;
(b) li kull annimal maqtul issirlu spezzjoni minn veterinarju uffiċjali wara l-qatla;
(c) li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ joħroġ mit-test kliniku, waqt li tkun qed issir l-awtopsja jew waqt li jkun qed jiġi ċċekkjat il-laħam;
(d) li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bil-lewkożi enzootika bovina jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;
(e) li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultati negattivi f’żewġ testijiet seroloġiċi li jsiru b’tal-inqas 90 jum bejniethom wara li l-annimali infettati u l-għoġġiela tagħhom, jekk dan ikun rilevanti, jkunu tneħħew mill-merħla.
B.1.2.3.4.5.6.
(a) li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bir-rhinotracheitis bovina infettiva;
(b) li twettaq test seroloġiku annwali tal-barrin imrobbijin fl-azjendi li jkollhom iktar minn 24 xahar;
(c) li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ jkun hemm ta’ din il-marda u li jsiru testijiet uffiċjali għar-rhinotracheitis bovina infettiva b’rabta ma’ dawn is-suspetti, li jkunu jinkludu testijiet seroloġiċi jew viroloġiċi;
(d) li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bir-rhinotracheitis bovina infettiva jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mir-rhinotracheitis bovina infettiva sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;
(e) li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultat negattiv f’test seroloġiku li jsir tal-inqas 30 jum wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-merħla.
B.1.2.3.4.5.6.7.
(a) li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bil-marda ta’ Aujeszky;
(b) li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ jkun hemm ta’ din il-marda u li jsiru testijiet uffiċjali għall-marda ta’ Aujeszky b’rabta ma’ dawn is-suspetti, li jkunu jinkludu testijiet seroloġiċi jew viroloġiċi;
(c) li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bil-marda ta’ Aujeszky jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;
(d) li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultati negattivi f’żewġ testijiet seroloġiċi li jsiru fuq l-annimali kollha mrobbijin għat-tnissil u fuq għadd rappreżentattiv ta’ annimali mrobbijin għat-tismin, b’tal-inqas 21 jum bejniethom, wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-merħla.
għall-mudell numru 1, iċ-ċertifikazzjonijiet tat-Taqsima C għandhom jiġu adattati kif ġej:
fil-punt 4, li jittratta l-garanziji addizzjonali, għandu jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:
'marda: ir-rhinotracheitis bovina infettiva,
skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE, li tapplika mutatis mutandis;',
għall-mudell numru 2, iċ-ċertifikazzjonijiet tat-Taqsima C għandhom jiġu adattati kif ġej:
fil-punt 4, li jittratta l-garanziji addizzjonali, għandu jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:
'marda: Aujeszky,
skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE, li tapplika mutatis mutandis;',
L-annimali bovini:
huma identifikati permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jinstabu ommijiethom u l-merħla minn fejn ikunu ġew oriġinarjament, u li tippermetti li jiġi kkonfermat li ma jkunux twieldu minn ommijiet li jkun hemm suspett li jkunu infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina jew li huma infettati b’din il-marda li jkunu twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi;
mhumiex ġejjin minn merħliet li fihom qed jiġi investigat każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bl-enċefalopatija sponġiformi bovina;
twieldu wara l-1 ta’ Ġunju 2001.
II.
In-nagħaġ u l-mogħoż
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 tiegħu (is-swieq u l-wirjiet), l-Artikoli 34 sa 37b tiegħu (in-negozju), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 142 sa 149 tiegħu (ir-rabja), l-Artikoli 158 sa 165 tiegħu (it-tuberkulożi), l-Artikoli 180 sa 180c tiegħu (l-iscrapie), l-Artikoli 190 sa 195 tiegħu (il-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż), l-Artikoli 196 sa 199 tiegħu (l-agalactia infettiva), l-Artikoli 217 sa 221 tiegħu (l-artrite/l-enċefalite tal-mogħoż), l-Artikoli 233 sa 236 tiegħu (il-bruċellożi tal-imtaten) u l-Artikolu 301 tiegħu (l-awtorizzazzjoni tal-azjendi li jrabbu l-annimali, taċ-ċentri ta’ inseminazzjoni u ta’ ħażna tas-semen, tal-azjendi għat-trasferiment tal-embrijuni, tas-swieq u ta’ stabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. F’każ li jfaqqa’ każ ta’ bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż jew li jerġa’ joħroġ każ bħal dan, l-Isvizzera għandha tgħarraf lill-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa skont kif tkun qed tiżviluppa s-sitwazzjoni. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li timplimenta l-miżuri stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima II tal-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta man-nagħaġ u mal-mogħoż, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE.
III.
Iż-żwiemel
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 112 sa 112f tiegħu (il-marda Afrikana taż-żwiemel), l-Artikoli 204 sa 206 tiegħu (id-durina, l-enċefalomjelite, l-anemija infettiva u l-glanders) u l-Artikoli 240 sa 244 tiegħu (il-metrite taż-żwiemel li tittieħed); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera.
IV.
It-tajr u l-bajd għat-tifqis
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 25 tiegħu (it-trasport), l-Artikoli 122 sa 125 tiegħu (l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle), l-Artikoli 255 sa 261 tiegħu (is-Salmonella spp.) u l-Artikoli 262 sa 265 tiegħu (il-laringotrakeite infettiva tat-tjur); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI B’applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera għandha pjan dwar il-miżuri li beħsiebha tieħu biex jiġu approvati l-istabbilimenti tagħha. Għall-finijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza tal-Isvizzera huwa l-Istitut tal-batterjoloġija veterinarja tal-Università ta’ Berna. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera. Fil-każ ta’ bajd għat-tifqis mibgħut lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jħarsu r-regoli tal-immarkar stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda ta’ Newcastle, u li għalhekk minn issa ’l quddiem għandha l-istatus ta’ pajjiż 'li ma jagħtix tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle'. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Ir-referenzi għall-isem tal-Istat Membru li hemm fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mat-tajr u mal-bajd għat-tifqis, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE. Fil-każ ta’ prodotti mibgħuta mill-Isvizzera lejn il-Finlandja jew lejn l-Isvezja, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jagħtu l-garanziji stipulati fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-Salmonella.
V
L-Annimali u l-prodotti tal-akkwakultura
A.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 3 sa 5 tiegħu (il-mard epiżotiku fil-mira), l-Artikoli 21 sa 23 tiegħu (ir-reġistrazzjoni tal-farms tal-akkwakultura, il-verifiki tal-persunal u obbligi oħrajn u s-sorveljanza b’rabta mal-qasam tas-saħħa), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll) u l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri komuni u speċifiċi b’rabta mal-mard tal-ħut u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-anemija infettiva tas-salamun u mill-infezzjonijiet ikkawżati mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae. L-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44 u 50 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali akkwatiċi ornamentali u tal-annimali tal-akkwakultura maħsubin għat-trobbija fil-farms tal-ħut, inkluż fiż-żoni fejn jinżammu l-molluski, għal meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għar-ripopolament, kif ukoll dawk li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom maħsubin għall-konsum mill-bniedem, huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 58 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
VI.
L-Embrijuni tal-annimali bovini
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 56 sa 58a tiegħu (it-trasferiment tal-embrijuni); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-embrijuni tal-annimali bovini, dawn l-embrijuni jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE.
VII.
Is-semen tal-annimali bovini
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-għanijiet tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, qed jiġi nnutat li fl-Isvizzera, iċ-ċentri kollha għandhom biss annimali li ġabu riżultati negattivi fit-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew fit-test ELISA. It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen tal-annimali bovini, dan is-semen irid ikollu miegħu ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE.
VIII.
Is-semen tal-ħnieżer
A.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).
B.1.2.3. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen tal-ħnieżer, dan is-semen irid ikollu miegħu ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE.
IX.
Speċijiet oħrajn
A.1.2.1.2.3. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54); Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali) u l-Artikoli 56 sa 58a tiegħu (it-trasferiment tal-embrijuni); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali u prodotti ta' annimali (OITE; RS 916.443.10). Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).
B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, dan il-punt ikopri l-kummerċ f’annimali ħajjin li ma jaqax taħt il-partijiet I sa V ta' din l-Appendiċi u l-kummerċ f’semen, bajd u embrijuni li ma jaqax taħt il-partijiet VI sa VIII ta' din l-Appendiċi. L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jintrabtu li ma jillimitawx u li ma jipprojbixxux il-kummerċ f’annimali ħajjin u f’semen, f’bajd u f’embrijuni msemmi fil-punt 1 għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali minbarra dawk li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, u b’mod partikulari mill-miżuri ta’ salvagwardja li jistgħu jkunu ttieħdu skont l-Artikolu 20 tiegħu. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali ungulati ta’ speċijiet oħra, minbarra dawn imsemmijin fil-partijiet I, II u III ta' din l-Appendiċi, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-ewwel parti tal-parti I tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, flimkien mad-dikjarazzjoni mogħtija fil-punt 1(e) tal-Artikolu 6(A) tad-Direttiva 92/65/KEE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-lagomorfi, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-ewwel parti tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, flimkien, fejn meħtieġ, mad-dikjarazzjoni mogħtija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE. L-awtoritajiet Svizzeri jistgħu jadattaw din id-dikjarazzjoni sabiex jinkludu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE. It-tagħrif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Il-kunsinni tal-klieb u l-qtates mibgħuta mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera għandhom jaqgħu taħt ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE. Is-sistema ta’ identifikazzjoni hija dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Għandu jintuża l-passaport stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013. Il-validità tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja, u tat-tilqim mill-ġdid, skont il-każ, hija ddefinita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen, mal-bajd u mal-embrijuni tan-nagħaġ u tal-mogħoż, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen taż-żwiemel, dan is-semen irid ikollu miegħu ċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-bajd u mal-embrijuni taż-żwiemel, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-bajd u mal-embrijuni tal-ħnieżer, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-kolonji tan-naħal (id-duqqajs jew l-irġejjen flimkien man-naħal ħaddiem), dawn il-kolonji jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fil-Parti II tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta ma’ annimali, semen, embrijuni u bajd li jkunu ġejjin minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati skont l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fil-Parti III tal-Anness E ta’ dik l-istess Direttiva. Għall-għanijiet tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/65/KEE, it-tagħrif stipulat fit-tieni paragrafu ta’ dak l-Artikolu għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.
X.
Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi
A.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1). Id-Digriet tat-28 ta' Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).
B.1.2.3.4. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Is-sistema ta’ mmarkar hija dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Il-validità tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja, u tat-tilqim mill-ġdid, skont il-każ, hija ddefinita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Għandu jintuża l-mudell tal-passaport stipulat fil-Parti 3 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013. Il-Parti 4 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tiddefinixxi r-rekwiżiti addizzjonali marbutin mal-passaport. Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera. Il-kontrolli tad-dokumenti u l-kontrolli tal-identità li jridu jsiru b’rabta mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera għandhom isiru skont ir-regoli mogħtija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013."
ANNESS III
L-Appendiċi 3 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 3 L-importazzjoni ta’ annimali ħajjin li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u tas-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom
A.
L-UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI
A.
L-annimali ungulati minbarra ż-żwiemel Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).
B.
Iż-żwiemel Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).
C.
It-tajr u l-bajd għat-tifqis Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).
D.
L-annimali tal-akkwakultura Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
E.
L-embrijuni tal-annimali bovini Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).
F.
Is-semen tal-annimali bovini Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).
G.
Is-semen tal-ħnieżer Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).
H.1.2. Annimali ħajjin oħrajn Id-Direttiva 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54); Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
I.1.2. Dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
B.1.2.3.4.5.6.7.8.9.
L-ISVIZZERA — LEĠIŻLAZZJONI Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (DITE). RS916.443.10). Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12). Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13). Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14). Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27). Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).
C.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti fil-liġijiet imsemmijin fil-parti I ta’ din l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu se jkun japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-istituzzjonijiet tal-Isvizzera aċċettati bħala ċentri approvati skont l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji..
ANNESS IV
L-Appendiċi 4 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 4 Iż-żooteknika, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi tal-majjal (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36); Id-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ tgħammir ta’ bhejjem tal-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura (ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54); Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10); Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir (ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30); Id-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 fuq l-aċċettazzjoni ta’ nisel pur tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 34). Id-Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 36). Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55); Id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60); Id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta’ Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing tal-annimali ta’ razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE (ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37); Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta’ razza pura tal-ispeċi bovina (ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66). Id-Digriet tal-31 ta’ Ottubru 2012 dwar it-trobbija tal-annimali (DT; RS 916.310).
B.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, l-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali li jsir negozju dwarhom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bil-kundizzjonijiet stabbiliti għan-negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet marbutin mal-kontrolli żootekniċi msemmijin fl-Appendiċijiet 5 u 6, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jiżguraw li l-Isvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet għall-importazzjonijiet tagħha bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE. F’każ li tinqala’ xi diffikultà, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex dan jiddiskutiha, fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet..
ANNESS V
L-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 5 Annimali ħajjin, semen, bajd u embrijuni: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet
KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali - is-sistema TRACES
A.1.2.3.4.5.6.7.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13); Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).
B.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema kompjuterizzata TRACES, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jistabbilixxi miżuri tranżitorji u kumplimentari.
KAPITOLU II Kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
A.1.2.1.2.3.4.5.
LEĠIŻLAZZJONI Il-kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin: L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34).. Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha; Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14). Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).
B.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq u lill-Kummissjoni bin-natura tal-kontrolli li jkunu għamlu, bid-deċiżjonijiet li jkunu ħadu u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE u fl-Artikoli 9 u 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.
C.
REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-ANNIMALI MIBGĦUTA BIEX JIRGĦU F’ŻONI FIL-FRUNTIERA
1. Definizzjonijiet Ir-ragħi: meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn l-Isvizzera sabiex jirgħu mal-fruntiera f’żona ta’ 10 km fuq kull naħa tal-fruntiera. Jekk ikun hemm kundizzjonijiet speċjali ġġustifikati kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jawtorizzaw żona ikbar fuq naħa jew oħra tal-fruntiera bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea. Ir-ragħi ta’ kuljum: ragħi li matulu, fi tmiem il-jum, l-annimali jerġgħu lura fl-azjenda ta’ oriġini tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fl-Isvizzera.
2. Għar-ragħi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE Madankollu, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE japplika bl-adattamenti li ġejjin: B’applikazzjoni tad-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari tal-Artikolu 7 tiegħu (ir-reġistrazzjoni), u tad-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-bażi tad-dejta dwar il-moviment tal-annimali (Digriet dwar il-BDMA; RS 916.404.1), u b’mod partikulari tat-Taqsima 2 tiegħu (il-kontenut tal-bażi tad-dejta), l-Isvizzera tagħti lil kull mergħa kodiċi speċifiku tar-reġistrazzjoni li jrid jiġi rreġistrat fil-bażi tad-dejta nazzjonali dwar l-annimali bovini.
ir-referenza għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju u l-15 ta’ Ottubru għandha tinbidel b’referenza għas-sena kalendarja;
għall-Isvizzera, il-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE u msemmijin fl-Anness korrispondenti huma:
L-ISVIZZERA
Id-distrett awtonomu ta’ Zurich
Id-distrett awtonomu ta’ Berna
Id-distrett awtonomu ta’ Lucerne
Id-distrett awtonomu ta’ Uri
Id-distrett awtonomu ta’ Schwyz
Id-distrett awtonomu ta’ Obwald
Id-distrett awtonomu ta’ Nidwald
Id-distrett awtonomu ta’ GlarUs
Id-distrett awtonomu ta’ Zoug
Id-distrett awtonomu ta’ Freiburg
Id-distrett awtonomu ta’ Soleure
Id-distrett awtonomu ta’ Bâle-Ville
Id-distrett awtonomu ta’ Bâle-Campagne
Id-distrett awtonomu ta’ Schaffhouse
Id-distrett awtonomu ta’ Appenzell Rhodes-Extérieures
Id-distrett awtonomu ta’ Appenzell Rhodes-Intérieures
Id-distrett awtonomu ta’ St. Gall
Id-distrett awtonomu ta’ Grisons
Id-distrett awtonomu ta’ Argovie
Id-distrett awtonomu ta’ Thurgovie
Id-distrett awtonomu ta’ Tessin
Id-distrett awtonomu ta’ Vaud
Id-distrett awtonomu ta’ Valais
Id-distrett awtonomu ta’ Neuchâtel
Id-distrett awtonomu ta’ Ġinevra
Id-distrett awtonomu ta’ Jura.
3. Fil-każ tar-ragħi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu qed jintbagħtu l-annimali għandu jagħmel dan li ġej:
grp_3
(a) huwa għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (lill-unità veterinarja lokali) bil-fatt li jkunu qed jintbagħtu l-annimali dakinhar li joħroġ iċ-ċertifikat u l-aktar tard fi żmien 24 siegħa qabel ma l-annimali jkunu previsti jaslu, permezz tas-sistema kompjuterizzata li torbot lill-awtoritajiet veterinarji ma’ xulxin stipulata fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE;
(b) huwa għandu jeżamina lill-annimali fit-48 siegħa ta’ qabel ma dawn jintbagħtu jirgħu; dawn l-annimali jridu jkunu identifikati kif xieraq;
(c) joħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fil-punt 9.
4. L-annimali jridu jibqgħu taħt kontroll doganali tul il-perjodu kollu tar-ragħi.
5. L-indokratur tal-annimali għandu:
grp_5
(a) jaċċetta li jikkonforma, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub, mal-miżuri kollha meħudin biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u ma’ kull miżura oħra li tista’ tiġi implimentata fil-livell lokali bl-istess mod bħal kull indokratur tal-annimali ieħor li jkun ġej minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew mill-Isvizzera;
(b) iħallas l-ispejjeż tal-kontrolli li jsiru huwa u jiġi applikat dan l-Anness;
(c) jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet uffiċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu qed jintbagħtu l-annimali jew tal-pajjiż ta’ destinazzjoni sabiex isiru l-kontrolli doganali jew veterinarji meħtieġa minnhom.
6. Meta l-annimali jirritornaw lura fi tmiem l-istaġun tar-ragħi jew jirritornaw lura qabel il-waqt, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż fejn tkun tinsab il-mergħa għandu jagħmel dan li ġej:
grp_6
(a) huwa għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (lill-unità veterinarja lokali) bil-fatt li jkunu qed jintbagħtu l-annimali dakinhar li joħroġ iċ-ċertifikat u l-aktar tard fi żmien 24 siegħa qabel ma l-annimali jkunu previsti jaslu, permezz tas-sistema kompjuterizzata li torbot lill-awtoritajiet veterinarji ma’ xulxin stipulata fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE;
(b) huwa għandu jeżamina lill-annimali fit-48 siegħa ta’ qabel ma dawn jintbagħtu jirgħu; dawn l-annimali jridu jkunu identifikati kif xieraq;
(c) joħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fil-punt 9.
7. F’każ li tfaqqa’ xi marda, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa bi qbil bejniethom. Huma għandhom jeżaminaw il-kwistjoni ta’ kwalunkwe spiża li jista’ jkun hemm b’rabta ma’ dan. Jekk ikun hemm bżonn, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex dan jiddiskutiha.
8. B’deroga mid-dispożizzjonijiet stipulati għar-ragħi fil-punti 1 sa 7, fil-każ tar-ragħi ta’ kuljum bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera:
grp_8
(a) l-annimali m’għandhomx jidħlu f’kuntatt mal-annimali ta’ azjenda oħra;
(b) l-indokratur tal-annimali għandu jintrabat li jgħarraf lill-awtorità veterinarja kompetenti b’kull kuntatt li jista’ jkun hemm bejn l-annimali tiegħu u l-annimali ta’ azjenda oħra;
(c) iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt 9 jrid jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti kull sena kalendarja meta l-annimali jiddaħħlu għall-ewwel darba fi Stat Membru jew fl-Isvizzera. Wieħed irid ikun jista’ jippreżenta dan iċ-ċertifikat tas-saħħa lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti jekk dawn jitolbuh;
(d) il-punti 2 u 3 għandhom japplikaw biss għall-ewwel darba f’sena kalendarja meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru jew lejn l-Isvizzera;
(e) il-punt 6 m’għandux japplika;
(f) l-indokratur tal-annimali għandu jintrabat li jgħarraf lill-awtorità veterinarja kompetenti li jkun intemm il-perjodu tar-ragħi.
9. Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini fil-każ tar-ragħi tagħhom mal-fruntieri jew tar-ragħi ta’ kuljum tagħhom u fil-każ tar-ritorn tagħhom mir-ragħi mal-fruntieri: Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini fil-każ tar-ragħi tagħhom mal-fruntieri jew tar-ragħi ta’ kuljum tagħhom u fil-każ tar-ritorn tagħhom mir-ragħi mal-fruntieri L-ewwel parti: Dettalji tal-kunsinna ppreżentata L-UNJONI EWROPEA Ċertifikat għall-kummerċ fil-Komunità I.1. Speditur Isem Indirizz Pajjiż I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat I.2.a. Numru ta’ referenza lokali: I.3. Awtorità ċentrali kompetenti I.4. Awtorità lokali kompetenti I.5. Destinatarju Isem Indirizz Pajjiż I.6. Numri taċ-ċertifikati oriġinali relatati Numri tad-dokumenti ta’ akkumpanjament I.7. Negozjant Isem Numru tal-approvazzjoni I.8. Pajjiż tal-oriġini Kodiċi tal-ISO I.9. Reġjun tal-oriġini Kodiċi I.10. Pajjiż ta’ destinazzjoni Kodiċi tal-ISO I.11. Reġjun ta’ destinazzjoni Kodiċi I.12. Post tal-oriġini/Post tas-sajd Azjenda Ċentru tal-ġbir* Impjant tan-negozjant Entità approvata Ċentru ta’ ħażna tas-semen Azjenda approvata tal-akkwakultura Tim tal-embrijuni Stabbiliment Post ieħor Isem Numru tal-approvazzjoni Indirizz Kodiċi postali I.13. Post ta’ destinazzjoni Azjenda Ċentru tal-ġbir* Impjant tan-negozjant Entità approvata Ċentru ta’ ħażna tas-semen Azjenda approvata tal-akkwakultura Tim tal-embrijuni Stabbiliment Post ieħor Isem Numru tal-approvazzjoni Indirizz Kodiċi postali I.14. Post tat-tagħbija Kodiċi postali I.15. Data u ħin tat-tluq L-UNJONI EWROPEA Ċertifikat għall-kummerċ fil-Komunità I.16. Mezzi tat-trasport Ajruplan Vapur Vagun tal-ferrovija Karozza tat-triq Oħrajn Identifikazzjoni: Numru/i: I.17. Trasportatur Isem Numru tal-approvazzjoni Indirizz Kodiċi postali Stat Membru I.21 I.20. Numru/Kwantità: I.22. Numru ta’ pakketti I.23. Numru tat-timbru u numru tal-kontejner I.25. Annimali/Prodotti ċċertifikati għall-finijiet li ġejjin: It-transumanza I.26. Tranżitu minn ġo pajjiż terz Pajjiż terz Kodiċi tal-ISO Pajjiż terz Kodiċi tal-ISO Pajjiż terz Kodiċi tal-ISO Punt tal-ħruġ Kodiċi Punt tad-dħul Numru tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera I.27. Tranżitu minn ġol-Istati Membri Stat Membru Kodiċi tal-ISO Stat Membru Kodiċi tal-ISO Stat Membru Kodiċi tal-ISO I.28. Esportazzjoni Pajjiż terz Kodiċi tal-ISO Punt tal-ħruġ Kodiċi I.29. Il-ħin stmat tat-trasport I.30. Pjan tar-rotta Iva Le I.31. Identifikazzjoni tal-annimali Kodiċi tal-prodott (Kodiċi tas-Sistema Armonizzata) Numru tal-passaport It-tieni parti: Ċertifikazzjoni L-UNJONI EWROPEA 2005/22 Ir-ragħi II. Tagħrif dwar is-saħħa II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. Numru ta’ referenza lokali: A. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini marbut mar-ragħi tagħhom mal-fruntieri jew mar-ragħi ta’ kuljum tagħhom Jiena, il-veterinarju uffiċjali firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li kull annimal tal-lott deskritt hawn fuq: A.1. ġej minn azjenda ta’ oriġini u żona li fuqhom m’hemm l-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali minħabba mard tal-annimali bovini; A.2. ġej minn merħla ta’ oriġini li tinsab fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu: (a) li jkun ħoloq netwerk ta’ sorveljanza approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/KE jew, fil-każ tal-Isvizzera, li jkun approvat permezz tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera (fil-punt I tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tiegħu); (b) li jkun ġie rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi, mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi; A.3. huwa annimal imrobbi f’azjenda għat-tnissil (3) jew għall-produzzjoni (1) li: (a) skont it-tagħrif disponibbli, kien fl-azjenda tal-oriġini f’dawn l-aħħar 30 jum jew sa minn meta twieled jekk huwa għandu inqas minn 30 ġurnata u li, f’din l-azjenda, ma ddaħħal l-ebda annimal importat minn pajjiż terz matul dan il-perjodu, sakemm dan ma kienx miżmum maqtugħ għal kollox mill-annimali l-oħra kollha fl-azjenda; (b) f’dawn l-aħħar 30 jum, ma kienx f’kuntatt ma’ annimali li ġejjin minn merħliet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 2. A.4. L-annimali deskritti hawn fuq ġew eżaminati fil-… [daħħal id-data rilevanti], fit-48 siegħa ta’ qabel it-tluq previst tagħhom, u ma kienu qed juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard infettiv jew li jittieħed. A.5. M’hemm l-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali fuq l-azjenda tal-oriġini u ċ-ċentru tal-ġbir approvat, jekk dan ikun rilevanti, u ż-żona li fihom jinsabu minħabba mard tal-annimali bovini. A.6. Id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li japplikaw ġew issodisfati. A.7. L-annimali huma konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji addizzjonali marbutin mar-rhinotracheitis bovina infettiva u mal-vulvovaġinite tal-ponot infettiva skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw mutatis mutandis skont il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera. A.8. Meta ġew eżaminati, l-annimali msemmija hawn fuq kienu b’saħħithom u setgħu jagħmlu l-vjaġġ previst, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005. A.9. Data tal-wasla fil-mergħa (6): … A.10. Data tat-tluq previst mill-mergħa: … B. Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini marbut mar-ritorn tagħhom mir-ragħi mal-fruntieri (ritorn normali fi tmiem l-istaġun tar-ragħi jew ritorn qabel il-waqt) B.1. L-annimali deskritti hawn fuq [il-lista tal-annimali fil-każ ta’ ritorn qabel il-waqt (3) jew il-lista tal-annimali mniżżlin fiċ-ċertifikat oriġinali korrispondenti (3) (7) (8)] ġew eżaminati fil-… (id-data tat-tagħbija tal-annimali jew 48 siegħa qabel it-tluq tagħhom) u ma kienu qed juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard infettiv jew li jittieħed. B.2. M’hemm l-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali fuq iż-żona li fiha tinsab il-mergħa fejn l-annimali kienu qed jirgħu minħabba mard tal-annimali bovini, u matul il-perjodu tar-ragħi ma nstab l-ebda każ ta’ tuberkulożi, bruċellożi jew lewkożi fiha. * Il-Parti A għandha timtela meta l-annimali jintbagħtu jirgħu mal-fruntieri jew jintbagħtu jirgħu ta’ kuljum, filwaqt li l-Parti B għandha timtela meta l-annimali jirritornaw lura mir-ragħi mal-fruntieri. L-UNJONI EWROPEA 2005/22 Ir-ragħi II. Tagħrif dwar is-saħħa II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. Numru ta’ referenza lokali: (1) It-tagħrif li jrid jingħata f’dan iċ-ċertifikat irid jiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata li torbot lill-awtoritajiet veterinarji ma’ xulxin stipulata fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dakinhar li jinħareġ iċ-ċertifikat u l-aktar tard fi żmien 24 siegħa qabel ma l-annimali jkunu previsti jaslu. (2) Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem minn meta ssir l-ispezzjoni tas-saħħa fl-Isvizzera jew fl-Istat Membru tal-oriġini. Fil-każ tar-ragħi ta’ kuljum, dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għall-perjodu kollu tar-ragħi. (3) Ħassar il-partijiet li ma japplikawx. (4) Fil-każ tar-ragħi ta’ kuljum, dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għall-perjodu kollu tar-ragħi. (5) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligi tagħhom skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji li huma fis-seħħ, l-iktar b’rabta ma’ jekk l-annimali jifilħux għall-vjaġġ jew le. (6) Il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-mergħa huwa mogħti fil-punt I.13 ta’ dan iċ-ċertifikat (“Numru tal-approvazzjoni”). (7) F’każ li l-annimali jintbagħtu lura fl-azjenda tal-oriġini tagħhom matul il-perjodu tar-ragħi minħabba raġunijiet ta’ saħħa, u magħhom jintbagħat ċertifikat tas-saħħa, il-marki ta’ identifikazzjoni tagħhom iridu jitneħħew mil-lista oriġinali, u l-veterinarju uffiċjali jrid jivvalida din il-lista. (8) In-numru taċ-ċertifikat tas-saħħa użat biex l-annimali jitħallew jidħlu fil-mergħa huwa mogħti fil-punt I.6 ta’ dan iċ-ċertifikat. Veterinarju jew spettur uffiċjali Isem (b’ittri kapitali): Kwalifiki u titlu: Unità veterinarja lokali: Numru tal-unità veterinarja lokali: Data: Firma: Timbru:
KAPITOLU III Kundizzjonijiet għall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
A.
LEĠIŻLAZZJONI Iċ-ċertifikati tas-saħħa fil-każ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera fl-annimali ħajjin u fis-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom u fil-każ tar-ragħi tal-annimali bovini mal-fruntieri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu dawk stipulati f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004.
KAPITOLU IV Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
A.1.2.3.4.5.6.7.1.2.3.4.5.6.7.
LEĠIŻLAZZJONI Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin: L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11); Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56); Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3); Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE tat-12 ta’ Novembru 1997 li tistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE rigward il-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin li jridu jiġu importati mill-pajjiżi terzi (ĠU L 323, 26.11.1997, p. 31); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9) Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13); Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14); Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472); Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).
B.1.2.3.4.5. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea approvati għall-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin huma mogħtija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera għandhom ikunu dawn li ġejjin: Isem Kodiċi tas-sistema TRACES Tip Ċentru ta’ spezzjoni Tip ta’ approvazzjoni L-ajruport ta’ Zurich CHZRH4 A Iċ-ċentru numru 3 O - Annimali oħrajn (inklużi dawk taż-żus) L-ajruport ta’ Ġinevra CHGVA4 A Iċ-ċentru numru 2 O - Annimali oħrajn (inklużi dawk taż-żus) Il-bidliet li jsiru wara fil-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ approvazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni msemmijin fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea msemmijin fil-punt 1 ta' din it-Taqsima għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A ta' dan il-Kapitolu. Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera msemmijin fil-punt 2 għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima A ta' dan il-Kapitolu.
KAPITOLU V Dispożizzjonijiet speċifiċi
1. IDENTIFIKAZZJONI TAL-BHEJJEM
1.
A.1.2.1.2. LEĠIŻLAZZJONI Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin: L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31); Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 7 sa 15f tiegħu (ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni); Id-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-bażi tad-dejta dwar il-moviment tal-annimali (RS 916.404.1).
B.a.b.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI L-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku, kif ukoll abbażi tal-Artikolu 1 tad-Digriet tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar il-koordinazzjoni tal-kontrolli fl-azjendi agrikoli (DKKAA, RS 910.15).
2. IL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI
2.
A.1.2.1.2. LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1). Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), u b’mod partikulari l-Artikoli 15 u 15a tagħha (il-prinċipji u t-trasport internazzjonali tal-annimali); Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1), u b’mod partikulari l-Artikoli 169 sa 176 tiegħu (it-trasport internazzjonali tal-annimali).
B.(a)(b)(c)(d)e)
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI L-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jħarsu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 fil-każ tal-kummerċ bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea u fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq. L-implimentazzjoni tal-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u tal-Artikolu 208 tad-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1). B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a (3) tal-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), it-tranżitu tal-annimali bovini, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ħnieżer, taż-żwiemel għall-qatla u tat-tjur għall-qatla minn ġol-Isvizzera huwa permess biss bil-ferrovija u bl-ajru. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jeżamina din il-kwistjoni.
3.1.2. ĦLASIJIET Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li jsiru fuq prodotti li jkun qed isir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera. L-awtoritajiet tal-Isvizzera jintrabtu li jżommu l-ħlas marbut mal-kontrolli uffiċjali stipulat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.
ANNESS VI
L-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 6 Il-prodotti tal-annimali
KAPITOLU I Oqsma li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenza
Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014. 1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13. Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.
Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea Kundizzjonijiet tal-kummerċ Ekwivalenza L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Is-saħħa tal-annimali Laħam frisk, fost l-oħrajn l-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam, il-grass mhux ipproċessat u l-grass tal-annimali mmaċinat L-annimali ungulati domestiċi L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Laħam tal-annimali tal-kaċċa mrobbijin fl-azjendi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam Mammiferi terrestri mrobbijin fl-azjendi minbarra dawk imsemmijin hawn fuq Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Għasafar li ma jtirux imrobbijin fl-azjendi Lagomorfi Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Iva Laħam tal-annimali tal-kaċċa slavaġ, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam L-annimali ungulati slavaġ Lagomorfi Mammiferi terrestri oħrajn Annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Laħam frisk tat-tajr, preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-laħam, grass u grass tal-annimali mmaċinat Tajr Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva L-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren L-annimali bovini In-nagħaġ u l-mogħoż Il-ħnieżer Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Għadam u prodotti magħmulin mill-għadam L-annimali ungulati domestiċi L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi Mammiferi terrestri oħrajn slavaġ jew imrobbijin fl-azjendi Tajr, għasafar li ma jtirux u annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Proteina tal-annimali pproċessata, demm u prodotti tad-demm L-annimali ungulati domestiċi L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi Mammiferi terrestri oħrajn slavaġ jew imrobbijin fl-azjendi Tajr, għasafar li ma jtirux u annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Ġelatina u kollaġen Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Ħalib u prodotti tal-ħalib Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Bajd u prodotti tal-bajd Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Għasel Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Bebbux u saqajn taż-żrinġijiet Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40) Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Iva Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea Kundizzjonijiet tal-kummerċ Ekwivalenza L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Is-saħħa pubblika Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55). Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206). Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi li japplikaw għall-oġġetti tal-ikel (traduzzjoni mhix uffiċjali) (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1); Il-Liġi Federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS 817.0); Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1); Id-Digriet tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar it-taħriġ bażiku, it-taħriġ li jwassal għal kwalifiki u t-taħriġ kontinwu tal-persuni li jaħdmu fis-Servizz veterinarju pubbliku (RS 916.402); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-produzzjoni primarja (DPPr; RS 916.020); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190). Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (RS 817.025.21); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, it-Taħriġ u r-Riċerka dwar l-iġjene fil-produzzjoni primarja (DIġjPPr; RS 916.020.1); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108). Iva, b’kundizzjonijiet speċjali Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60). Il-ħarsien tal-annimali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1). Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455); Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1); Id-Digriet tat-12 ta’ Awwissu 2010 tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji dwar il-ħarsien tal-annimali waqt il-qatla (OPAnAb; RS 455.110.2); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190). Iva, b’kundizzjonijiet speċjali
Kundizzjonijiet speċjali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)
Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, anki f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-annimali fil-mument tal-qatla. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES. L-Isvizzera għandha tfassal lista tal-istabbilimenti approvati tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti). Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Isvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li japplikaw fil-livell Komunitarju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera ma jistgħux jużaw id-deroga mill-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella hekk kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005. F’każ li tintuża din id-deroga, l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub bil-lista tar-reġjuni fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi ġie rrikonoxxut b’mod uffiċjali li huwa baxx ħafna. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom perjodu ta’ tliet xhur minn meta tasal din in-notifika biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarha bil-miktub lill-Kummissjoni. F’każ li la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ma joġġezzjona għaliha, ir-reġjun jiġi rrikonoxxut bħala reġjun fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella huwa baxx ħafna u l-ħnieżer domestiċi li jkunu ġejjin minn dan ir-reġjun jiġu eżentati mill-obbligu li ssirilhom l-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella waqt li jkunu qed jinqatlu. B’hekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Fl-Isvizzera jintużaw il-metodi ta’ detezzjoni deskritti fil-Kapitoli I u II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 għall-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella. Il-metodu tal-analiżi trikinoskopika hekk kif deskritt fil-Kapitolu III tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 ma jintużax. L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jidderogaw mill-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u fil-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin ħat-tismin u għall-qatla fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2016. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1) u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(8) tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), dawn il-karkassi u dan il-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti pproċessati tal-laħam li jsiru minnhom għandhom ikunu mmarkati b’marka speċjali tas-saħħa skont il-mudell speċifikat fl-aħħar subparagrafu tal-Anness 9 tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali. Dawn il-prodotti ma jistax isir kummerċ fihom mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali. Il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera li jkunu ġejjin: li ma tkunx saritilhom l-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005, għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tad-Digriet dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1), f’każijiet partikulari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jippermettu li jkun hemm xi eċċezzjonijiet għall-Artikoli 8, 10 u 14 ta’ dan id-Digriet: Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Isvizzera bid-derogi u l-adattamenti li jiġu applikati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 853/2004, l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 854/2003 u l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005. Skont l-Artikolu 179d tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi b’mod partikulari l-kolonna vertebrali tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali ta’ kull età. Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji u tal-kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma dawn li ġejjin: L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fit-Titolu III u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Sakemm jiġi rrikonoxxut l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma’ dik Svizzera, l-Isvizzera tintrabat li tħares l-atti msemmijin hawn taħt u t-testi ta’ implimentazzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea:
minn azjendi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu li huma ħielsa mit-Trichinella;
minn reġjuni fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi ġie rrikonoxxut b’mod uffiċjali li huwa baxx ħafna;
Kundizzjonijiet speċjali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)
(a) sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-istabbilimenti li jkunu jinsabu f’reġjuni muntanjużi skont il-Liġi Federali tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-politika reġjonali (RS 901.0) u d-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2007 dwar il-politika reġjonali (RS 901.021). L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub b’dawn l-adattamenti. Din in-notifika għandha: Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom perjodu ta’ tliet xhur minn meta tasal in-notifika biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarha bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Veterinarju Konġunt biex jiddiskuti din il-kwistjoni.
tiddeskrivi fid-dettall id-dispożizzjonijiet li l-awtoritajiet Svizzeri jqisu li hemm bżonn li jiġu adattati u tagħti n-natura tal-adattament fil-mira;
tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati;
tispjega r-raġunijiet għall-adattament (fost l-oħrajn, fejn ikun xieraq, billi tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-analiżi tar-riskji li tkun saret u billi tiddeskrivi kull miżura li trid tittieħed sabiex ikun żgurat li l-adattament ma jagħmilx ħsara lill-għanijiet tad-Digriet dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1); u
tagħti kull tagħrif ieħor li jista’ jkun rilevanti.
(b) sabiex jiġu mmanifatturati oġġetti tal-ikel b’karatteristiċi tradizzjonali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub b’dawn l-adattamenti sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn meta jingħataw dawn id-derogi individwali jew ġenerali. Kull notifika għandha:
tiddeskrivi fil-qosor id-dispożizzjonijiet li ġew adattati;
tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; u
tagħti kull tagħrif ieħor li jista’ jkun rilevanti.
Kundizzjonijiet speċjali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)
(a) Għar-residwi mniżżlin fil-punti (1), (2), (3) u (4) tal-Grupp A tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u fil-punti (2)(d) u (3)(d) tal-Grupp B tal-istess Anness: RIKILT - Institute of Food Safety, li jifforma parti minn Wageningen UR P.O. P.O. Box 230 6700 AE Wageningen Netherlands
(b) Għar-residwi mniżżlin fil-punti (1) u (3)(e) tal-Grupp B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, kif ukoll għall-karbadoss u l-olakwindoss: Laboratoire d'étude et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants ANSES - Laboratoire de Fougères 35306 Fougères cedex France
(c) Għar-residwi mniżżlin fil-punt (5) tal-Grupp A tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u fil-punti (2)(a), (b) u (e) tal-Grupp B tal-istess Anness: Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit Diedersdorfer Weg 1 12277 Berlin Germany
(d) Għar-residwi mniżżlin fil-punt (3)(c) tal-Grupp B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE: Istituto Superiore di Sanità (ISS) Viale Regina Elena, 299 00161 Ruma Italy
Kundizzjonijiet speċjali (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
2. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
3. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).
4. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).
5. Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).
6. Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24).
7. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40);
8. Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).
9. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
10. Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);
11. Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);
12. Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
13. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
14. Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).
15. Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
Il-prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea 1.2.3.1.2.3.4.5.
Kundizzjonijiet tal-kummerċ Ekwivalenza L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Iva, b’kundizzjonijiet speċjali Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1). Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1); Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401) Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).
Kundizzjonijiet speċjali
Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Isvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk mogħtija fl-Artikoli 25 sa 28 u 30 sa 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 u fl-Annessi XIV u XV tiegħu (iċ-ċertifikati), skont l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Il-kummerċ fil-materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 jaqa’ taħt l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Il-materjali tal-Kategorija 3 li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jrid ikollhom magħhom id-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011, skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament u skont l-Artikoli 21 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. L-Isvizzera għandha tfassal il-lista tal-istabbilimenti korrispondenti tagħha skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont il-Kapitolu IV u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011.
KAPITOLU II Oqsma oħrajn minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kapitolu I
Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea
Dawn l-esportazzjonijiet għandhom isiru bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati għall-kummerċ intra-Komunitarju. B’hekk, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat biex jakkumpanja l-lottijiet li juri li tħarsu dawn il-kundizzjonijiet. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddiskuti l-mudelli għal dawn iċ-ċertifikati.
ANNESS VII
L-Appendiċi 7 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 7 Awtoritajiet kompetenti
IL-PARTI A L-Isvizzera
Il-kompetenzi fil-qasam tal-kontrolli tas-saħħa u tal-kontrolli veterinarji jinqasmu bejn is-servizzi tad-distretti awtonomi individwali u dawk tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. Japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea, id-distretti awtonomi huma responsabbli għall-kontroll tal-ħarsien tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-produzzjoni, b’mod partikulari tal-ispezzjonijiet imniżżlin fil-liġi u tal-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonfermaw li tħarsu l-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti;
l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali, għall-verifiki tas-sistemi ta’ spezzjoni u għall-miżuri leġiżlattivi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-istandards u r-rekwiżiti jiġu applikati bl-istess mod fis-suq Svizzeru. Dan l-Uffiċċju huwa responsabbli wkoll għall-importazzjonijiet tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali u ta’ prodotti oħrajn tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar nett, dan l-Uffiċċju joħroġ ukoll l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 lejn l-Unjoni Ewropea.
IL-PARTI B L-Unjoni Ewropea
Il-kompetenzi jinqasmu bejn is-servizzi nazzjonali tal-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea. Japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Isvizzera, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma responsabbli għall-kontroll tal-ħarsien tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-produzzjoni, b’mod partikulari tal-ispezzjonijiet imniżżlin fil-liġi u tal-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonfermaw li tħarsu l-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti;
il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali, għall-verifiki tas-sistemi ta’ spezzjoni u għall-miżuri leġiżlattivi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-istandards u r-rekwiżiti jiġu applikati bl-istess mod fis-Suq Uniku Ewropew..
ANNESS VIII
L-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:
Appendiċi 10 Il-prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet
KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
A.1.2.1.2.3.4.5.
LEĠIŻLAZZJONI L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63); Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha; Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13); Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472);
B.1.2. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema kompjuterizzata TRACES, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE. F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema ta’ allarm malajr stipulata fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet marbutin maċ-ċaħda tad-dħul tal-prodotti tal-annimali mal-fruntiera. F’każ li xi awtorità kompetenti tirrifjuta lott, kontejner jew kunsinna f’post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea mal-Isvizzera, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Isvizzera b’dan. L-Isvizzera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih kull meta xi awtorità kompetenti ta’ post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha tirrifjuta lott, kontejner jew kunsinna ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ għalf għall-annimali minħabba riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem, u għandha tħares ir-regoli tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi marbutin ma’ din il-parteċipazzjoni.
KAPITOLU II Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
A.1.2.3.1.2.3.4.5.6.
LEĠIŻLAZZJONI Il-kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet t’hawn taħt: L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34); Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13); Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha; Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13) Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14); Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).
B.
ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq u lill-Kummissjoni bin-natura tal-kontrolli li jkunu għamlu, bid-deċiżjonijiet li jkunu ħadu u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE u fl-Artikoli 9 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.
KAPITOLU III Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.
LEĠIŻLAZZJONI Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet t’hawn taħt: L-Unjoni Ewropea L-Isvizzera Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1); Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206); Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34); Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3); Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10); Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8). Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61). id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9). Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha; Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13); Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106); Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14); Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472); il-Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel (LDAL; RS 817.0); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02); Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (RS 817.025.21); Id-Digriet tas-26 ta’ Ġunju 1995 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar is-sustanzi barranin u l-ingredjenti fl-oġġetti tal-ikel (OSEC; RS 817.021.23).
B.1.2. ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI Għall-għanijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/78/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati biex jagħmlu l-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti tal-annimali li huma mogħtija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Għall-għanijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera għandhom ikunu dawn li ġejjin: Isem Kodiċi tas-sistema TRACES Tip Ċentru ta’ spezzjoni Tip ta’ approvazzjoni L-ajruport ta’ Zurich CHZRH4 A Iċ-ċentru numru 1 NHC Iċ-ċentru numru 2 HC(2) L-ajruport ta’ Ġinevra CHGVA4 A Iċ-ċentru numru 2 HC(2), NHC Il-bidliet li jsiru wara fil-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ approvazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.
KAPITOLU IV Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
Fil-każ tal-oqsma li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku, il-prodotti tal-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES. Fil-każ tal-oqsma l-oħra, għandhom jibqgħu japplikaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Appendiċi 6.
KAPITOLU V Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
I.
L-UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI
A.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.17.18.19.20.21.22.
Regoli fil-qasam tas-saħħa pubblika Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3); Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34). Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11). Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1). Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta’ taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1). Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16). Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24). Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40). Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1). Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33). Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55). Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).
B.1.2.3.4.5.6.
Regoli fil-qasam tas-saħħa tal-annimali Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49). Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1). Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11). Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006,p. 14).
C.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.
Miżuri speċifiċi oħrajn Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino - Dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti - Dikjarazzjoni tal-Komunità (ĠU L 359, 9.12.1992, p. 14). Id-Deċiżjoni 94/1/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/345/KE tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll supplimentari li jittratta dwar materji veterinarji għall-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Andorra (ĠU L 148, 6.6.1997, p. 15). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/504/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim fuq il-Kummerċ u l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kummerċ bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 24). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1). Id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/778/KE tal-15 ta’ Novembru 1999 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll fuq affarijiet veterinarji li jissuplimentaw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 25) Il-Protokoll 1999/1130/KE dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, mill-parti ’l waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Residenti tal-Gżejjer Faroe, mill-partti ’l oħra (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 26). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).
2.A.B. L-Isvizzera – Liġijiet Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10); Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13).
3.A.B.C.D. Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti fl-atti msemmijin fil-Kapitolu I ta’ din l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu se jkun japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri msemmijin fil-punt 1 tal-Parti B tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tal-parti A tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi. Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera msemmijin fil-punt 2 tal-Parti B tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont il-parti A tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi. Skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13), il-Konfederazzjoni Svizzera żżomm il-possibbiltà li timporta laħam taċ-ċanga li jkun ġej minn baqar li jistgħu jkunu ġew ittrattati bil-promoturi tat-tkabbir. Dan il-laħam ma jistax jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Konfederazzjoni Svizzera:
se tillimita l-użu ta’ dan il-laħam għall-bejgħ dirett lill-konsumaturi minn stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut biss, dejjem jekk dan il-laħam ikun ittikkettat kif xieraq;
se tillimita d-dħul tiegħu fl-Isvizzera għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera Svizzeri biss; u
se żżomm sistema ta’ traċċabbiltà u ta’ mezzi ta’ informazzjoni adegwati sabiex jiġi evitat li dan il-laħam ikun jista’ jiddaħħal wara fit-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
darba fis-sena se tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-oriġini tal-importazzjonijiet u d-destinazzjoni tagħhom, kif ukoll rendikont tal-kontrolli li jkunu saru sabiex ikun żgurat li tħarsu l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq;
f’każ ta’ xi tħassib, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina dawn id-dispożizzjonijiet.
KAPITOLU VI 1.2. Ħlasijiet
Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li japplikaw għall-prodotti li jkun qed isir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera. Għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-Isvizzera jintrabtu li jiġbru l-ħlasijiet relatati mal-kontrolli uffiċjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS IX
L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel bit-test li ġej:
Appendiċi 11 Punti ta’ kuntatt I.II.
Għall-Unjoni Ewropea: The Director Veterinary and International Affairs Directorate-General for Health and Food Safety European Commission B-1049 Brussels, Belgium Għall-Isvizzera: The Director Federal Food Safety and Veterinary Office CH-3003 Berne, Switzerland.