Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2380 tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

In forceVersion 2015-12-16from 2015-12-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/2380@2015-12-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2) Minn kontroll regolari tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

ANNESS I

Kodiċi tan-NM Deskrizzjoni tal-prodotti Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) Oriġini 02071210 Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati 130,1 0 AR 02071290 Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati 154,5 145,7 0 0 AR BR 02071410 Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati 286,0 197,1 343,8 219,0 4 32 0 24 AR BR CL TH 02072710 Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjan, iffriżati 329,9 244,7 0 16 BR CL 04089180 Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef 431,0 0 AR 16023211 Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq jew ta' tiġieġ 225,1 19 BR

Versions

  1. 2015-12-16