Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/453 tas-16 ta' Marzu 2015 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għad-Danimarka u l-Ġermanja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/453@2015-03-16/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' impjegati u ta' min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
(1) Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2013, tat-12 ta' Ġunju 2014, tat-18 ta' Novembru 2014 u tal-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta' Novembru 2016.
(2) L-organizzazzjoni ta' impjegati l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u l-organizzazzjoni ta' min iħaddem BUSINESSEUROPE ippreżentaw nomini għal żewġ karigi li għandhom jimtlew,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 II. III.
Dawn li ġejjin huma maħtura bħala membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta' Novembru 2016: RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' IMPJEGATI Pajjiż Membru supplenti Ġermanja Is-Sinjura Susanne JASPER RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM Pajjiż Membru Danimarka Is-Sinjura Lena SØBY
Artikolu 2 Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f'data aktar tard.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015. Għall-Kunsill Il-President J. Dūklavs