Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/459 tad-19 ta' Marzu 2015 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2015-03-19from 2015-04-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/459@2015-03-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Is-submodulu L-isfond edukattiv
  4. Is-submodulu It-tfittxija għal impjieg

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-objettivi komuni stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija relatata Żgħażagħ Attivi, hemm bżonn ta' sett komprensiv ta' dejta dwar iż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni tagħhom lejn is-suq tax-xogħol li tippermetti paraguni bejn l-Istati Membri.

(2) Fil-Komunikazzjoni tagħha Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu riformi fis-sistemi edukattivi tagħhom sabiex iż-żgħażagħ ikunu mgħammra bil-ħiliet it-tajba għall-impjiegi.

(3) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010–2018), il-Kunsill jissottolinja l-ħtieġa li wieħed ikun jaf iktar, u jifhem aħjar, il-kondizzjonijiet tal-għajxien, il-valuri u l-attitudnijiet tan-nisa u l-irġiel żgħażagħ.

(4) Fir-Rakkomandazzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Kunsill iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ malajr kemm jista' jkun, preferibbilment sa mill-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–20. Dawn huma mħeġġa jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej tal-UE u l-Fond Soċjali Ewropew b'mod partikolari għal dan il-għan.

(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha Naħdmu flimkien għaż-żgħażagħ tal-Ewropa: Sejħa għal azzjoni fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u biex jinvestu fiż-żgħażagħ. Din tippromwovi servizzi onlajn li jippermettu liż-żgħażagħ ifittxu opportunitajiet ta' xogħol reklamati minn impjegaturi mill-Istat Membru tagħhom stess u oħrajn, filwaqt li tgħin lill-SMEs jimpjegaw żgħażagħ mill-Ewropa kollha.

(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 jistabbilixxi l-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

(7) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (submoduli ad hoc) li jridu jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

(8) Ir-Regolament (UE) Nru 545/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistipula li l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta skont kull submodulu ad hoc msemmi fil-Premessa 7 għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni.

(9) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw, u l-iskadenza sa meta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

Dan l-Anness jistipula l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol skedat li jsir fl-2016. Jistabbilixxi wkoll id-dati ta' meta trid titressaq id-dejta lill-Kummissjoni. L-iskadenza biex jintbagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2017. Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw biex tintbagħat id-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008, kif emendat bl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2013. Kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni opzjonali; jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew nuqqas ta' tweġiba. il-kolonni 228-231 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 232-233 li fihom pożizzjoni deċimali.

Is-submodulu L-isfond edukattiv

Filtru: 15≤AGE≤ 34 Isem/Kolonna Kodiċi Deskrizzjoni Filtru WORKEXP 211 Esperjenza ta' xogħol matul l-istudji HATLEVEL≠000 Esperjenza ta' xogħol imħallas jew mhux imħallas matul l-ogħla livell ta' edukazzjoni (HATLEVEL) 1 Esperjenza ta' xogħol imħallas u mhux imħallas 2 Esperjenza ta' xogħol imħallas biss 3 Esperjenza ta' xogħol mhux imħallas biss 4 L-ebda esperjenza ta' xogħol matul il-HATLEVEL 9 Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf WORKSTUD 212 Tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol WORKEXP = 1-3 It-tip ta' esperjenza ta' xogħol li hi parti mill-kurrikulu tal-ogħla livell ta' edukazzjoni (HATLEVEL) 1 Apprendistat (definizzjoni operazzjonali tal-Eurostat) 2 Taħriġ obbligatorju 3 Taħriġ obbligatorju bbażat fuq ix-xogħol fejn id-distinzjoni bejn l-1 u t-2 mhix possibbli 4 Apprendistat fakultattiv (parti mill-edukazzjoni) 5 Xogħol barra l-kurrikulu 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf ADDLEVEL 213-214 Livell ta' edukazzjoni formali addizzjonali EDUCSTAT = 2 Il-livell u l-orjentazzjoni ta' edukazzjoni formali li l-persuna bdiet wara li laħqet l-ogħla livell ta' edukazzjoni 00 Ma nbdiet l-ebda edukazzjoni formali wara li ntlaħaq l-ogħla livell ta' edukazzjoni 10 ISCED 1 20 ISCED 2 30 ISCED 3 fejn distinzjoni skont l-orjentazzjoni mhix possibbli 34 ISCED 3 programm ġenerali 35 ISCED 3 programm vokazzjonali 40 ISCED 4 fejn distinzjoni skont l-orjentazzjoni mhix possibbli 44 ISCED 4 programm ġenerali 45 ISCED 4 programm vokazzjonali 50 ISCED 5 60 ISCED 6 70 ISCED 7 80 ISCED 8 99 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf DROPREAS 215 Raġuni għalfejn il-persuna titlaq mill-iskola kmieni EDUCSTAT = 2 and ADDLEVEL≠00 Raġuni prinċipali għala ma jitlestiex il-livell ta' edukazzjoni formali mibdi 0 L-aħħar edukazzjoni formali kompluta Ma tlestitx l-aħħar l-edukazzjoni formali minħabba: 1 Il-livell ta' toqol 2 In-nuqqas ta' studju li jissodisfa l-ħtiġijiet jew l-interess 3 L-ispejjeż tal-istudji 4 Ix-xewqa ta' persuna li tibda taħdem 5 Raġunijiet ta' familja 6 Raġunijiet ta' saħħa 7 Oħra 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf LEAVDATE 216-221 Id-data meta persuna waqfet tieħu l-edukazzjoni formali EDUCSTAT = 2 and ADDLEVEL≠00 Is-sena u x-xahar meta l-persuna ħalliet l-edukazzjoni formali Daħħal l-erba' ċifri tas-sena kkonċernata 9999 Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħrufa (sena) Daħħal iż-żewġ ċifri tas-sena kkonċernata 99 Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf (xahar) NCONREAS 222 Ir-raġuni għala persuna ma komplitx l-edukazzjoni EDUCSTAT = 2 and ADDLEVEL = 00 u HATLEVEL = 000-500 Ir-raġuni prinċipali għala persuna ma komplitx l-edukazzjoni formali 0 L-ogħla livell ta' edukazzjoni ġie kkunsidrat għoli biżżejjed 1 Il-livell ta' toqol 2 L-istudju ma jissodisfax il-ħtiġijiet jew l-interess 3 L-ispejjeż tal-istudju 4 Ix-xewqa ta' persuna li tibda taħdem 5 Raġunijiet familjari 6 Raġunijiet ta' saħħa 7 Oħra 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf

Is-submodulu It-tfittxija għal impjieg

Filtru: 15≤AGE≤ 34 Isem/Kolonna Kodiċi Deskrizzjoni Filtru APPOĠĠ 223 Għajnuna mogħtija biex jinstab ix-xogħol (WSTATOR = 1,2 u STARTIME< 12) jew WSTATOR = 3-5 It-tip ta' appoġġ, ferm utli biex wieħed isib impjieg, mogħti minn aġenziji pubbliċi matul it-12-il xahar ta' qabel 0 L-ebda appoġġ mogħti It-tip ta' appoġġ ferm utli: 1 Assistenza biex jinstabu sejħiet għall-impjiegi 2 Parir dwar kif tapplika għal impjieg 3 Parir dwar opportunitajiet ta' taħriġ u edukazzjoni 4 Qed jingħata kollokament fi programm ta' xogħol 5 Qed jingħata kollokament fi programm ta' edukazzjoni jew taħriġ 6 Oħra 7 Ingħata appoġġ, imma ma tqisx utli 8 Appoġġ mogħti, iżda l-livell ta' kemm hu utli mhux magħruf 9 Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf FINDMETH 224 Il-metodu biex jinstab l-impjieg attwali STAPRO = 3 Il-metodu użat biex jinstab l-impjieg prinċipali attwali 1 Reklami, permezz ta' kwalunkwe mezz 2 Qraba, ħbieb jew konoxxenzi 3 Uffiċċju pubbliku għall-impjiegi 4 Aġenzija privata għall-impjiegi 5 Fornitur ta' edukazzjoni jew taħriġ 6 L-impjegatur ġie kkuntattjat direttament 7 L-impjegatur kkuntattja lill-persuna direttament 8 Metodu ieħor 9 Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf OKLEVEL 225 L-adegwatezza tal-impjieg mogħti skont il-livell ta' edukazzjoni tal-kandidat WSTATOR = 1,2 Kemm l-impjieg ewlieni attwali tal-kandidat jikkorrispondi mal-livell ta' edukazzjoni tiegħu 1 L-impjieg jikkorrispondi tajjeb mal-edukazzjoni tiegħu 2 L-impjieg, sa ċertu punt, jikkorrispondi mal-edukazzjoni tiegħu 3 L-impjieg ma tantx jikkorrispondi mal-edukazzjoni tiegħu 4 L-impjieg ma jikkorrispondi xejn mal-edukazzjoni tiegħu 9 Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru) Vojt Mhux magħruf MOVE4JOB 226 Id-disponibilità tal-kandidat li jiċċaqlaq għal raġuni ta' impjieg Id-disponibilità li jbiddel il-post ta' residenza għal impjieg 1 Il-kandidat diġà ċċaqlaq, jew ikun lest li jiċċaqlaq, f'pajjiżu stess 2 Il-kandidat diġà ċċaqlaq, jew ikun lest li jiċċaqlaq, għal pajjiż ieħor tal-UE 3 Il-kandidat diġà ċċaqlaq, jew ikun lest li jiċċaqlaq, għal pajjiż ieħor barra mill-UE 4 Il-kandidat ma ċċaqlaqx, jew ma jkunx lest jiċċaqlaq, għal impjieg Vojt Mhux magħruf CMT4JOB 227 Id-disponibilità tal-kandidat li jivvjaġġa għal impjieg Id-disponibilità tal-kandidat li jivvjaġġa fit-tul għal impjieg 1 Il-kandidat bħalissa qed jivvjaġġa, jew ikun lest li jivvjaġġa, aktar minn siegħa (kull direzzjoni) 2 Il-kandidat bħalissa mhux qed jivvjaġġa, jew ma jkunx lest li jivvjaġġa, aktar minn siegħa (kull direzzjoni) Vojt Mhux magħruf

Versions

  1. 2015-03-19