Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/484 tas-17 ta' Marzu 2015 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

In forceVersion 2015-03-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/484@2015-03-17/mt

Contents
  1. Preamble

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fit-13 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Tony VANDEPUTTE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Rudi THOMAES, Administrateur délégué honoraire de la Fédération des Entreprises de Belgique (FEB), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015. Għall-Kunsill Il-President E. Rinkēvičs

Versions

  1. 2015-03-17