Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/49 tal-14 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/49@2015-01-14/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja, u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi: IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1106/2013, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta': li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 72230019 u 72230099 u li joriġinaw mill-Indja (il-prodott ikkonċernat).
2,5 % jew aktar ta' nikil, ħlief wajers li fihom piż ta' 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta' nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta' kromju;
inqas minn 2,5 % ta' nikil, ħlief wajers li fihom piż ta' 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta' kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta' aluminju,
(2) Fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv ikkooperaw għadd kbir ta' produtturi esportaturi mill-Indja. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Indjani biex jiġi investigat.
(3) Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jvarjaw minn 0 % għal 12,5 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun u d-dazju medju differenzjat ta' 5 % għall-kumpaniji li kkooperaw iżda li mhumiex fil-kampjun.
(4) Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 12,5 % mal-pajjiż kollhu fuq il-kumpaniji l-oħra li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.
(5) L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid mill-Indja jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja peżata ta' 5 %.
(5)
(a) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li fuqu huma bbażati l-miżuri, jiġifieri mill-1 ta' April 2011 sal-31 ta' Marzu 2012 (il-perjodu ta' investigazzjoni);
(b) mhuwiex relatat ma' esportatur jew produttur suġġett għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll
(c) jew effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni,
IT-TALBA TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI L-ĠODDA
(6) Il-kumpaniji Indjani Superon Schweisstechnik India Ltd. (l-ewwel applikant) u Anand ARC Ltd. (iktar 'il quddiem it-tieni applikant) talbu li jingħataw ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (trattament ta' produttur esportatur ġdid jew NEPT).
(7) Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikanti jissodisfawx il-kriterji biex jingħata NEPT kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013.
(8) Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti biex jitlobhom ifornu evidenza li ssodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti hawn fuq fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1106/2013.
(9) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk l-applikanti jissodisfawx it-tliet kriterji biex jingħataw NEPT. Twettqu żjarat ta' verifika fil-bini ta':
Superon Schweisstechnik India Ltd., Gurgaon;
Anand ARC Ltd., Mumbai.
(10) L-ewwel applikant ta biżżejjed evidenza biex jipprova li jissodisfa t-tliet kriterji msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1106/2013. L-ewwel applikant fil-fatt ipprova li: u għalhekk jista jingħata r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5 % skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, u għandu jiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun.
(10)
(i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-perjodu mill-1 ta' April 2011 sal-31 ta' Marzu 2012;
(ii) mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fl-Indja li hu suġġett għall-miżuri antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, kif ukoll
(iii) effettivament esporta kwantità sinifikanti ta' 30 tunnellata tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni f'Ottubru 2012;
(11) It-tieni applikant, madankollu, ma ssodisfax l-ewwel kriterju minħabba li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, it-talba tiegħu għan-NEPT ġiet miċħuda.
(12) Il-Kummissjoni nfurmat lill-applikanti u lill-industrija tal-Unjoni bis-sejbiet ta' hawn fuq u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.
(13) Dan ir-Regolament se jimplika li kodiċi addizzjonali TARIC B781 huwa attribwit lil Superon Schweisstechnik Indja Ltd. hekk kif il-kumpanija se tiġi miżjuda fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013. Purament għal raġunijiet ta' integrazzjoni teknika f'TARIC (Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) l-istess kodiċi għandu jsir applikabbli għad-dazju kumpensatorju eżistenti fuq il-kumpanija impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kumpanija li ġejja tiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (kodiċi addizzjonali TARIC B781) fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1106/2013: Kumpanija Belt Superon Schweisstechnik India Ltd. Gurgaon, Haryana, Indja
Artikolu 2 L-entrata B999 li tidher fit-tabella tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 ġiet sostitwita bi: B999 (Għal Superon Schweisstechnik India Ltd., Gurgaon, Haryana, India, kodiċi addizzjonali TARIC huwa B781).
Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker