Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/522 tal-25 ta' Marzu 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument C(2015) 1711) (It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2015-03-25from 2015-03-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/522@2015-03-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. PARTI A
  4. PARTI B

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1) L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom ta' din il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma ta' patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta' patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà mit-trobbija tal-pollam tal-irziezet.

(2) L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3) Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabbew pollam jew għasafar oħra. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ ta' tjur ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u d-detezzjoni kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda f'pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza f'każ li tfaqqa' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja.

(5) Wara n-notifka mill-Ungerija dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda għat-tismin tal-papri fil-Kontea ta' Békés, fl-Ungerija, fl-24 ta' Frar 2015, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/338.

(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-Ungerija, f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 għandha tapplika sas-26 ta' Marzu 2015.

(7) Il-miżuri protettivi interim li daħlu fis-seħħ wara li faqqgħet din il-marda fl-Ungerija issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u ż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet issa jistgħu jiġu deskritti b'mod aktar preċiż.

(8) Biex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu ddefiniti ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fl-Ungerija fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9) Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 għandha titħassar.

(10) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Ungerija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/338 hija mħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Marzu 2015. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

PARTI A

Iż-żoni ta' protezzjoni kif hemm referenza fl-Artikolu 1: ISO Kodiċi tal-Pajjiż Stat Membru Kodiċi (jekk huwa disponibbli) Isem Id-data sa meta japplika skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE HU L-Ungerija Kodiċi postali Żona li tinkludi: 27.3.2015 5525 Dik il-parti mill-belt ta' Füzesgyarmat u l-periferija tagħha (li tinsab fil-Kontea ta' Békés) f'ċirku b'raġġ ta' tliet(3) kilometri iċċentrata fuq il-punt ta' Latitudni 47.1256 u Lonġitudni 21.1875. Barra minn hekk, il-parti mill-belt ta' Füzesgyarmat fil-Punent tat-toroq Kossuth u Árpád u fit-Tramuntana tat-triq Mátyás.

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif hemm referenza fl-Artikolu 1: ISO Kodiċi tal-Pajjiż Stat Membru Kodiċi (jekk huwa disponibbli) Isem Id-data sa meta japplika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE HU L-Ungerija Kodiċi postali Żona li tinkludi: 5.4.2015 4172 5520 5525 5526 Il-parti mill-kontej ta' Békés u Hajdú-Bihar f'ċirku b'raġġ ta' 10 kilometri, iċċentrata fuq il-punt ta' Latitudni 47.1256 u Lonġitudni 21.1875, li tinkludi t-territorju kollu ta' residenzi Füzesgyarmat u Töviskes u:

Parti mill-belt ta' Szeghalom fit-Tramuntana tat-toroq Arany János u Kinizsi.

Iż-żona kollha tal-lokalità ta' Kertészsziget.

Parti mill-lokalità ta' Biharnagybajom fin-Nofsinhar tat-toroq Kossuth u Rákóczi.

Versions

  1. 2015-03-25