Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/704 tat-30 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 rigward il-livell massimu ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/704@2015-04-30/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 jistabilixxi livelli massimi għad-diossini, poliklorobifenili (PCB) simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini fil-ħut u prodotti tal-ħut.
(2) Assoċjazzjonijiet ta' partijiet ikkonċernati ipprovdew dejta fuq il-preżenza ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ. Minn dik id-dejta jista' jiġi osservat li l-livell massimu attwali ta' 75 ng/g ta' piż bil-kontenut tal-ilma ma jistax jintlaħaq fuq diversi okkażjonijiet wara li ġew segwiti prattiki tajba tas-sajd f'kundizzjonijiet normali ta' qabda u tkabbir. Id-dejta pprovduta turi li l-livell massimu attwali mhuwiex konformi mal-prinċipju li livelli massimi għall-kontaminanti huma stabbiliti f'livell baxx li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli. Għaldaqstant huwa xieraq li jiżdied il-livell massimu attwali ta' PCB mhux simili għad-diossini fil-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ mingħajr ma jipperikola s-saħħa pubblika.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) il-punt 5.3 jinbidel b'dan li ġej: 5.3 Laħam tal-muskoli tal-ħut u tal-prodotti mis-sajd u prodotti tagħhom (25) (34), bl-eżenzjoni ta': Il-livell massimu għall-krustaċej japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome (44). Fil-każ tal-granċijiet u krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi. 3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma 6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma 75 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma
sallur maqbud mis-selvaġġ
mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ
ħut tal-ilma ħelu maqbud mis-selvaġġ, bl-eċċezzjoni tal-ispeċi tal-ħut diadromous maqbuda fl-ilma ħelu
fwied tal-ħut u prodotti ġejjin minnu
żjut tal-ħut
(2) il-punt 5.4a li ġej jiddaħħal wara l-punt 5.4: 5.4a Il-laħam tal-muskoli tal-mazzola griża (Squalus acanthias) maqbuda mis-selvaġġ u l-prodotti tiegħu (34) 3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma 6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma 200 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma