Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/805 tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2015-05-19from 2015-06-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/805@2015-05-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4) Huwa xieraq li tingħata dik l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12 (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12 (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Heinz Zourek Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Strument elettroniku (hekk imsejjaħ ġirometru) b'piż ta' 35 g, magħmul minn tliet sensuri tal-veloċità angulari jew anqas, f'qafas b'qisien ta' 24 × 24 × 28 mm. Il-qafas fih ukoll sensur tat-temperatura u diversi oġġetti elettroniċi u hu mgħammar b'kejbil. L-istrument iħoss il-veloċità angolari f'firxa ta' bejn wieħed u ieħor 50-1200 °/s (grad kull sekonda) u jipproduċi, permezz tal-komponenti elettroniċi tiegħu, sinjal tal-output elettriku proporzjonat għall-valuri misjubin. Is-sinjal ma jidhirx fuq l-istrument, iżda jiġi trażmess lil tagħmir ieħor imqabbad b'kejbil. Is-sensur tat-temperatura jipprovdi informazzjoni biex jiġu kkompensati varjazzjonijiet eventwali fis-sinjal tal-output dovuti għall-bidla fit-temperatura. L-istrument huwa magħmul biex jintuża biex jingħataw struzzjonijiet dwar il-pożizzjoni adatta biex ikun jista' jiġi operat tagħmir bħat-turbini tar-riħ, il-magni jew il-magni industrijali. 90318038 Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 90, kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9031, 903180 u 90318038. Minħabba li l-istrument fih kemm sensuri tal-veloċità angulari kif ukoll sensur tat-temperatura, dan huwa magna komposta mwaħħla flimkien biex tifforma xi ħaġa waħda skont it-tifsira tan-nota 3 tal-Kapitolu 90 (in-nota 3 tat-Taqsima XVI). Peress li s-sensur tat-temperatura jintuża prinċipalment biex jagħti tagħrif biex jitwieżen is-sinjal tal-ouput, il-funzjoni prinċipali tal-istrument titwettaq mis-sensuri tal-veloċità angulari. Peress li l-istrument ma jintużax għan-navigazzjoni, il-klassifikazzjoni tiegħu taħt l-intestatura 9014 bħala strumenti navigazzjonali jew bħala partijiet u aċċessorji tagħhom hija eskluża. Minkejja li l-istrument jimmarka n-numru ta' gradi kull sekonda, dan mhuwiex simili għall-indikaturi tal-veloċità li jaqgħu taħt l-intestatura 9029 peress li l-valuri misjuba mhumiex indikati fuq l-istrument iżda jiġu trażmessi, fil-forma ta' sinjal elettriku, lil tagħmir apparat ieħor. Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 90318038 bħala strumenti, apparati u magni elettroniċi li jkejlu jew jiċċekkjaw iżda li mhumiex speċifikati mkien ieħor fil-Kapitolu 90.

Versions

  1. 2015-05-19