Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1253 tad-29 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 92/2010 rigward l-iskambju tad-dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u rigward il-kompilazzjoni tal-istatistika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-07-29from 2016-08-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1253@2016-07-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 1 Modalitajiet ta' skambju ta' dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika
  5. 1.
  6. 2.
  7. (3)
  8. Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95, u b'mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Ewropea relatata mal-kummerċ ta' merkanzija ma' pajjiżi li mhumiex membri. Is-sors prinċipali tad-dejta għal dik l-istatistika hija dejta miksuba minn dikjarazzjonijiet doganali. Dak ir-Regolament kien stabbilit biex jitqiesu s-simplifikazzjonijiet ta' żdoganar ġodda u speċifiċi implimentati skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Kodiċi Doganali Modernizzat). Dan kien jikkonċerna b'mod speċjali l-awtovalutazzjoni li kellha tinkludi rinunzja li tingħata dikjarazzjoni lid-dwana u l-iskema ta' Żdoganar Ċentralizzat fejn il-formalitajiet tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni doganali setgħu jiġu ssodisfati f'iktar minn Stat Membru wieħed.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni) ħassar il-Kodiċi Doganali Modernizzat u mill-1 ta' Mejju 2016 issostitwixxa d-dispożizzjonijiet doganali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92

(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tistabbilixxi l-Programm ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 280 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u għandha x'taqsam mas-sistemi doganali elettroniċi li għandhom jiġu żviluppati b'konformità miegħu.

(4) Sakemm isiru disponibbli dawk is-sistemi elettroniċi, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (l-Att Delegat Transitorju) jipprevedi miżuri transitorji għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet doganali u bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 kien implimentat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2010.

(6) Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 92/2010 jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fir-rigward tal-proċeduri speċifiċi għall-iskambju tad-dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, speċjalment fir-rigward tas-simplifikazzjoni doganali li ssir referenza għaliha bħala Żdoganar Ċentralizzat previst fl-Artikolu 179 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(7) Il-ftehim tal-awtoritajiet doganali dwar simplifikazzjoni għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet doganali tal-merkanzija li tidħol taħt sottointestaturi tariffarji differenti, għandu jkun rifless fl-istatistika kkompilata.

(8) Sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar movimenti ekonomikament rilevanti bejn l-Istati Membri wara l-iżdoganar fuq l-importazzjonijiet, jew qabel fuq l-esportazzjonijiet, għandhom jitwettqu miżuri mmirati lejn l-identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għal finijiet tal-istatistika kummerċjali.

(9) L-emendi li jirrikjedu aġġustament tat-trasmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat) għandhom isiru applikabbli biss għall-perjodi ta' referenza ta' kull xahar, fejn il-bidu jkun ix-xahar ta' referenza ta' Jannar 2017.

(10) Ir-Regolament (UE) Nru 92/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(11) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-istatistika marbuta mal-kummerċ ta' merkanzija ma' pajjiżi li mhumiex membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 92/2010 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

Artikolu 1 Modalitajiet ta' skambju ta' dejta bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

(a) Żdoganar Ċentralizzat fil-perjodu transitorju tfisser żdoganar ċentralizzat kif imsemmi fl-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), li jinvolvi l-awtoritajiet doganali ta' aktar minn Stat Membru wieħed, u fejn il-mezz għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali huwa stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341;

(b) Żdoganar Ċentralizzat awtomatizzat tfisser żdoganar ċentralizzat li jinvolvi l-awtoritajiet doganali ta' aktar minn Stat Membru wieħed u fejn il-mezz ta' skambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali huwa kopert mis-sistema elettronika transnazzjonali rispettiva għall-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni jew għall-Esportazzjoni kif speċifikat fil-Programm ta' Ħidma msemmi fl-Artikolu 280 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

2. Mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard mix-xaħar wara dak li fih id-dikjarazzjonijiet doganali jkunu ġew aċċettati jew ikunu ġew suġġetti għal deċiżjonijiet mid-dwana, l-awtoritajiet doganali nazzjonali għandhom jibgħatu r-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li jkunu nġabru mid-dikjarazzjonijiet doganali L-obbligu li r-rekords meħuda mid-dikjarazzjonijiet doganali jintbagħtu lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika ma għandux japplika għad-dikjarazzjonijiet doganali koperti minn Żdoganar Ċentralizzat awtomatizzat, li għandhom jintbagħtu lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 3. Kif imsemmi fl-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-aċċess għar-rekords amministrattivi u l-użu tagħhom tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

2.

(a) li ġew ippreżentati lilhom; jew

(b) li fir-rigward tagħhom, id-dikjarazzjoni supplimentari tkun, b'konformità mal-Artikolu 225 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, disponibbli għalihom permezz ta' aċċess elettroniku dirett fis-sistema tad-detentur tal-awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet doganali għandhom jibgħatu r-rekords riveduti tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet fil-każijiet meta d-dejta statistika li kienet ipprovduta qabel tiġi emendata jew mibdula.

3. B'effett mid-data tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad-dejta b'mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009, li għandu jfisser, hekk kif l-Istat Membru rispettiv japplika l-Iżdoganar Ċentralizzat awtomatizzat, dan li ġej għandu japplika: Fejn dikjarazzjoni doganali tkun koperta minn Żdoganar Ċentralizzat awtomatizzat, l-awtorità doganali ta' fejn tiġi ppreżentata dik id-dikjarazzjoni għandha tiżgura li jintbagħtu l-kopji tad-dejta ta' dik id-dikjarazzjoni doganali fl-istess qafas ta' żmien, kif imniżżel fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2, lill-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali. L-obbligu li tintbagħat id-dejta għandu jirreferi wkoll għal dikjarazzjoni doganali fejn, b'konformità mal-Artikolu 225 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dikjarazzjoni supplimentari, tkun disponibbli permezz ta' aċċess elettroniku dirett fis-sistema tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, It-trasmissjoni titqies li tkun assigurata u l-qafas ta' żmien ikun rispettat meta t-trasmissjoni bejn l-Istati Membri sseħħ skont l-arranġamenti previsti fl-Artikoli 231 u 232 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. L-awtorità doganali riċeventi għandha tgħaddi d-dejta mingħajr dewmien lill-awtorità nazzjonali tal-istatistika nazzjonali tagħha. Madankollu, dan ma għandux jaffettwa d-drittijiet, imsemmijin fl-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għall-aċċess u għall-użu tar-rekords amministrattivi, tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

4. Meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jitolbu hekk, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-korrettezza u l-kompletezza tar-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ipprovduti minnhom.

(2)(a) Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: ir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li l-awtoritajiet doganali pprovdew skont l-obbligi msemmija fl-Artikolu 1;

(3) L-Artikolu 2(2) huwa emendat kif ġej:

(3)

(i)(g) il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej: il-kodiċi tal-merkanzija; meta l-istatistika tiġi kkomplilata bl-użu tas-sors tad-dejta msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 u dan is-sors tad-dejta jkun, skont is-sejbiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, affettwat mill-ftehim tal-awtoritajiet doganali msemmi fl-Artikolu 177 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jipprevedu l-possibbiltà li jidentifikaw id-dejta li r-rilevanza jew il-kwalità tagħha jkunu affettwati minn dak il-ftehim, fl-istatistika kompilata tagħhom;

(ii)(h) il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej: l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom ikunu obbligati biss li jikkompilaw din l-informazzjoni meta l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jkunu relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali koperti bi Żdoganar Ċentralizzat fil-perjodu tranżitorju; l-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni doganali tiġi ppreżentata. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom ikunu obbligati biss li jikkompilaw din l-informazzjoni, meta l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jkunu relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali koperti bi Żdoganar Ċentralizzat awtomatizzat;

(iii)(i) il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej: l-Istat Membru tad-destinazzjoni mal-importazzjoni. Għal dawk ir-rekords tal-importazzjoni li d-dejta doganali dwar l-Istat Membru ta' destinazzjoni tagħhom ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw kull informazzjoni oħra fid-dikjarazzjoni doganali li jqisu li tkun rilevanti għall-kompilazzjoni ta' statistika kummerċjali esterna mill-Istat Membru ta' destinazzjoni. Meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika ma jkunu jistgħu jiksbu l-ebda informazzjoni diretta jew indiretta li tippermetti dik il-kompilazzjoni, dawn għandhom jindikaw il-Kodiċi ta' Ġeonomenklatura QV fejn iqisu li l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkun differenti mill-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali;

(iv)(j) il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej: l-Istat Membru tal-esportazzjoni reali mal-esportazzjoni. Għar-rekords tal-esportazzjoni fejn id-dejta doganali dwar l-Istat Membru ta' esportazzjoni reali ma tkunx disponibbli, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom jisfruttaw kull informazzjoni oħra mid-dikjarazzjoni doganali li jqisu li tkun rilevanti għall-kompilazzjoni tal-istatistika kummerċjali esterna mill-Istat Membru ta' esportazzjoni reali. Meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika ma jkunu jistgħu jiksbu l-ebda informazzjoni diretta jew indiretta li tippermetti dik il-kompilazzjoni, għandhom jindikaw il-Kodiċi tal-Ġeonomenklatura QV fejn iqisu li l-Istat Membru tal-esportazzjoni reali jkun differenti mill-Istat Membru fejn tkun tinsab il-merkanzija fil-mument tar-rilaxx fil-proċedura doganali;

(v)(l) il-punt (l) huwa sostitwit b'dan li ġej: il-pajjiż tal-kunsinna/dispaċċ mal-importazzjoni;.

(4) Fl-Artikolu 2(3), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: L-istatistika għandu jkun fiha l-aġġustamenti dwar ir-rekords neqsin, imdewmin jew mhux kompluti.

(5) Fl-Artikolu 2(4), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: L-Istati Membri jistgħu jikkompilaw informazzjoni inqas dettaljata minn kif speċifikat fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 għat-tranżazzjonijiet individwali taħt il-limitu massimu statistiku.

Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) għandhom japplikaw għall-perjodi ta' referenza minn Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2016-07-29