Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1320 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2016-07-26from 2016-08-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1320@2016-07-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4) Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2016. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Stephen Quest Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Tapit u pinna speċjali mibjugħa flimkien. It-tapit huwa rettangolari u jikkonsisti f'żewġ saffi ta' drapp infurrati flimkien mit-truf. Is-saff ta' fuq huwa drapp minsuġ ta' fibri tessili li għandu stampi tal-cartoons stampati mat-truf. Fil-parti ċentrali, hemm stampi kkuluriti miksija b'kimika bajda li meta tixxarrab issir trasparenti, u b'hekk l-istampi kkuluriti fuq id-drapp jiġu jidhru eż. swaba mxarrba jħallu traċċi kkuluriti. Ladarba d-drapp jinxef, il-kuluri jerġgħu jisparixxu taħt il-kisja bajda. Il-pinna speċjali tal-plastik tintuża għall-kitba fuq it-tapit billi xxarrab il-kisja tal-wiċċ bil-ponta mxarrba tagħha. Il-pinna speċjali tista' terġa' timtela bl-ilma. (Ara l-istampa) 95030070 Il-klassifikazzjoni tiġi ddeterminata permezz tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9503 u 95030070. L-immaġni stampati mat-truf tat-tapit u l-istampi kkuluriti mgħottija bis-saff speċjali, kif ukoll il-pinna speċjali li tintuża għall-kitba bl-ilma, jindikaw li l-oġġetti huma maħsuba biex jilagħbu bihom it-tfal (ara wkoll in-Noti ta' Spejga tas-Sistema Armonizzata, fil-Kapitolu 95, Ġenerali, l-ewwel paragrafu). Il-pinna speċjali mhix aċċessorju mat-tapit, għaliex taqdi l-funzjoni ewlenija tat-tapit, jiġifieri l-kitba fuq it-tapit. Ma tadattax it-tapit għal operazzjoni partikolari, u lanqas ma żżidlu fil-possibilitajiet tal-operazzjoni, jew tippermettilu jwettaq servizz partikolari marbut mal-funzjoni ewlenija tat-tapit. Minkejja li fuq it-tapit, wieħed jista' jikteb b'mezzi oħra u mhux bilfors bil-pinna, il-pinna tibqa' l-mezz ewlieni għall-kitba fuq it-tapit. Il-pinna speċjali għalhekk ma tistax titqies bħala artiklu minuri negliġibbli fit-tifsira tat-tielet paragrafu tan-Noti ta' Spjega tan-Nomenklatura Magħquda (CNEN) għas-sottointestatura 95030070. B'hekk, il-pinna speċjali hija artklu individwali ta' importanza daqs it-tappit u ż-żewġ oġġetti jiffurmaw sett. L-oġġetti jistgħu jitqiesu bħala parti minn sett skont it-tifsira tas-sottointestatura 95030070 minħabba li huma tipi ta' oġġetti differenti. Li kieku kellhom jiġu ppreżentati individwalment, kienu jiġu kklassifikati taħt sottointestaturi differenti tan-NM (ara wkoll in-NSNM tal-ewwel paragrafu tas-sottointestatura 95030070). Il-klassifikazzjoni taħt is-sottointestatura 95030099 hija għalhekk eskluża. B'konsegwenza, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 95030070 bħala ġugarelli oħrajn, ippreżentati f'settijiet.

Versions

  1. 2016-07-26