Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (notifikat bid-dokument C(2016) 5028) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-08-05from 2016-08-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1349@2016-08-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 3.
  4. Artikolu 2
  5. Artikolu 7
  6. ANNEX
  7. IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA
  8. Kriterju 1 L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem
  9. 1.1.
  10. 1.2.
  11. Kriterju 2 Tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud
  12. 2.1. Tabella 1 Il-konsum massimu ta' ilma awtorizzat fi proċessi tal-ikkonzar
  13. Kriterju 3 Emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma
  14. Kriterju 4 Komposti organiċi volatili (KOV)
  15. Kriterju 5 Sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben
  16. Tabella 2 Raggruppament ta' perikli ristretti
  17. Perikli tal-Grupp 1 — Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHC)
  18. Perikli tal-Grupp 2 — Perikli CLP
  19. Perikli tal-Grupp 3 — Perikli CLP
  20. 5.2 Tabella 4 Il-kundizzjonijiet tad-derogi li għandhom japplikaw għall-użu ta' sustanzi u ta' taħlitiet funzjonali
  21. Kriterju 6 Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)
  22. Kriterju 7 Parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà Tabella 5 Parametri tad-durabbiltà
  23. Kriterju 8 Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol
  24. Kriterju 9 Imballaġġ
  25. Kriterju 10 Informazzjoni dwar l-imballaġġ
  26. 10.2.
  27. LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a)(b)(c)(d)(i)(e)(f)(g)(h) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.
  28. LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.
  29. LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a)(b)(c)(d)(i) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE, u b'mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għax-xedd tas-saqajn. Biex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti u biex titqies l-innovazzjoni li kien hemm waqt il-perjodu ta' intervent, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(4) B'mod partikolari, il-kriterji ekoloġiċi riveduti għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx, l-aktar f'termini ta' tnaqqis tar-riżorsi naturali, l-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija minn proċessi ta' manifatturar u li jikkontribwixxu għad-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jkunu durabbli, u li jillimitaw il-preżenza ta' sustanzi perikolużi.

(5) Il-kriterji riveduti jippromwovu wkoll id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli billi jdaħħlu rekwiżiti rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-sit tal-assemblaġġ finali, b'referenza għad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji rigward l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO), għall-Patt Globali tan-NU, għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

(6) Il-kriterji ekoloġiċi riveduti, flimkien mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(7) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/563/KE għandha tiġi sostitwita.

(8) Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE, biex ikun żgurat li dawn ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jkunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew skont il-kriterji ekoloġiċi riveduti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għal perjodu ta' żmien suffiċjenti.

(9) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-grupp ta' prodotti xedd tas-saqajn għandu jinkludi l-oġġetti kollha ddisinjati biex jipproteġu jew jgħattu s-sieq, b'pett applikat li jiġi f'kuntatt mal-art. Soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, ix-xedd tas-saqajn kopert bl-Anness II tad-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u x-xedd tas-saqajn protettiv kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.

2. Ix-xedd tas-saqajn jista' jkun magħmul minn diversi materjali naturali u/jew sintetiċi f'konformità mad-Direttiva 94/11/KE.

3. Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:

3.

(a) xedd tas-saqajn li jkun fih xi komponent elettriku jew elettroniku;

(b) xedd tas-saqajn li jintrema wara li jintuża darba;

(c) kalzetti b'pett applikat;

(d) xedd tas-saqajn tal-ġugarelli.

Artikolu 2 Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2

(1) Il-wiċċ taż-żarbun tfisser l-element strutturali ta' fuq, magħmul minn materjal wieħed jew aktar, li jkun mehmuż mal-pett taż-żarbun. Il-wiċċ taż-żarbun jinkludi l-inforra u s-suletti.

(2) L-inforra u s-suletti tfisser l-inforra tal-wiċċ taż-żarbun u s-suletta, li jiffurmaw il-parti ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn.

(3) Il-pett taż-żarbun tfisser il-parti ta' isfel tax-xedd tas-saqajn li hija mehmuża mal-wiċċ taż-żarbun.

(4) L-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn tfisser serje ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jgħaqqdu flimkien il-wiċċ taż-żarbun mal-pett taż-żarbun biex jifforma l-prodott finali. L-imballaġġ finali tal-prodott huwa inkluż.

(5) Is-sit tal-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn tfisser is-sit li fih isiru l-aħħar stadji tal-produzzjoni (mill-qtugħ u l-iffurmar tal-materjal (għall-produzzjoni tal-forom bl-injezzjoni) sal-imballaġġ tal-prodott) li jirrigwardaw il-prodott bil-liċenzja u li jibqgħu taħt il-kontroll tal-ġestjoni tal-applikant.

(6) Il-Komposti organiċi volatili (KOV) huma komposti organiċi li f'293,15 K, ikollhom pressjoni tal-fwar ta' 0,01 KPa jew aktar, jew li jkollhom volatilità korrispondenti fil-kundizzonijiet partikolari tal-użu, kif definit f'EN 14602.

(7) Sustanza bijodegradabbli b'mod inerenti tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C.

(8) Sustanza faċilment bijodegradabbli tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408.

Artikolu 3 Biex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun parti mill-grupp tal-prodotti xedd tas-saqajn kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti xedd tas-saqajn kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5 Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti xedd tas-saqajn għandu jkun 017.

Artikolu 6 Id-Deċiżjoni 2009/563/KE hija mħassra.

Artikolu 7

1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp tal-prodotti xedd tas-saqajn li jkunu sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE.

2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp ta' prodotti xedd tas-saqajn sottomessi fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2016. Għall-Kummissjoni Karmenu Vella Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn: Valutazzjoni u verifika: Għal kull kriterju jitniżżlu r-rekwiżiti dettaljati tal-valutazzjoni u tal-verifika. Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur/i tiegħu jew mill-fornituri tagħhom, kif xieraq. Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom. Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post. Il-prodott finali huwa par żarbun. Ir-rekwiżiti huma bbażati fuq id-daqs taż-żarbun: 42 punt skont il-qies ta' Pariġi għall-irġiel, 38 punt skont il-qies ta' Pariġi għan-nisa, 40 punt skont il-qies ta' Pariġi għal mudelli unisex, 32 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal (jew l-ikbar daqs fil-każ ta' daqsijiet iżgħar minn 32 punt skont il-qies ta' Pariġi), u 26 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin. Sakemm ma jkunux speċifikati separatament, il-kriterji japplikaw għall-prodott finali, li huwa kompost minn uċuħ taż-żraben u minn pettijiet taż-żraben li jkunu magħmula minn materjali u minn oġġetti omoġeni li jifformaw il-prodott finali. L-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, u fiha jniżżel il-materjali u l-oġġetti omoġeni kollha li ntużaw. Il-piż ta' kull materjal kostitwenti għandu jiġi espress fi grammi u bħala persentaġġ tal-uċuħ taż-żraben u tal-pettijiet taż-żraben. Għandha tiġi ddikjarata l-unità ta' piż totali tal-prodott finali. Il-kriterju 6 jirreferi għal Lista ta' Sustanzi Ristretti li hija pprovduta fl-Appendiċi. Il-lista tistabbilixxi l-ambitu tar-restrizzjonijiet u l-metodi tal-verifika rispettivi.

1. L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem;

2. It-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud;

3. L-emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma;

4. Il-komposti organiċi volatili (KOV);

5. Is-sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben;

6. Il-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL);

7. Il-parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà;

8. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol;

9. L-imballaġġ;

10. L-informazzjoni dwar l-imballaġġ.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem

1.1. Rekwiżiti għall-ġlud ħoxnin u għall-ġlud Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet speċifikati fil-kriterji 1.1(a) u 1.1(b).

1.1.

1.1(a) Ġlud ħoxnin u ġlud Il-kriterju 1.1(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam biss huma permessi li jintużaw għall-produzzjoni tal-ġilda li hija intiża għall-użu fil-prodott finali. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġlud ħoxnin jew tal-ġlud. Id-dikjarazzjoni għandha ssostni li l-kumpanija li timmanifattura l-ġilda twettaq il-kontrolli tal-verifika tal-konformità fuq il-materja prima li tintuża, u li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali joriġinaw minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam.

1.1(b) Ġlud ħoxnin u ġlud projbiti Il-ġlud ħoxnin u ġlud mhux ipproċessati li joriġinaw minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, u dawk li jkunu kważi fil-periklu, skont il-kategoriji stabbiliti mil-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet fil-Periklu tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN), ma għandhomx jintużaw fil-prodott finali. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tidentifika l-annimal tal-oriġini u ssostni li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati intiżi biex jintużaw fil-prodott finali ma joriġinawx minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, jew dawk li jkunu kważi fil-periklu skont il-klassifikazzjoni tal-IUCN.

1.2. Qoton u fibri naturali oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża Il-kriterju 1.2 għandu japplika meta l-kontenut tal-qoton fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Il-qoton li jkun fih 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huwa eżentat mir-rekwiżit tal-kriterju 1.2. Il-qoton u l-fibri naturali l-oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża (minn hawn 'il quddiem, il-qoton) li mhumiex fibri riċiklati, għandu jkollhom kontenut minimu jew ta' qoton organiku (ara l-kriterju 1.2(a)) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) (ara l-kriterju 1.2(b)). Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.2. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità. Meta jintużaw tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE sabiex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE. Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.

1.2.

1.2(a) Standard tal-produzzjoni organika Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 10 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li jintuża fil-prodott għandha titkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton li jkun tkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali. Mill-inqas 95 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata użata fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun qoton organiku. Meta l-qoton organiku jrid jiġi mħallat ma' qoton konvenzjonali jew ma' qoton IPM, il-qoton għandu jkun minn varjetajiet mhux ġenetikament modifikati. Id-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut organiku jistgħu jsiru biss meta l-kontenut organiku jkun tal-anqas 95 %. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità għall-kontenut organiku appoġġata b'evidenza li tkun ġiet ċertifikata minn korp ta' kontroll indipendenti, li kien ġie prodott f'konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tkun ipprovduta għal kull pajjiż ta' oriġini. L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu juri l-konformità mar-rekwiżit ta' kontenut minimu ta' qoton organiku bbażat fuq il-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott/i finali u skont kull linja ta' prodotti. Għandhom jiġu pprovduti r-rekords tat-tranżazzjonijiet u/jew il-fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton ċertifikat mixtri. Għall-qoton konvenzjonali jew IPM li jintuża f'taħlitiet mal-qoton organiku, it-test ta' skrinjar għall-modifikazzjonijiet ġenetiċi komuni għandu jiġi aċċettat bħala prova ta' konformità tal-varjetà tal-qoton.

1.2(b) Produzzjoni tal-qoton skont il-prinċipji ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u r-restrizzjoni fuq il-pestiċidi Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 20 % piż b'piż tal-fibra qoton mhux riċiklata li tintuża fil-prodott għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti fil-programm tal-IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi ta' Ġestjoni Integrata tal-Uċuħ tar-Raba' (ICM) li jinkorporaw il-prinċipji tal-IPM. Mill-inqas 60 % tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li tintuża fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM. Il-qoton IPM li jkun intiż biex jintuża fil-prodott finali għandu jitkabbar mingħajr l-użu tal-ebda waħda mis-sustanzi li ġejjin: aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, ħeptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, pentaklorofenol. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 1.2(b), appoġġata b'evidenza li tikkonferma li tal-anqas 20 % piż b'piż tal-qoton mhux riċiklat li jinsab fil-prodott, jew 60 % piż b'piż fil-każ ta' xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, ikun tkabbar minn bdiewa li jkunu pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ formali tal-FAO tan-NU jew fi programmi IPM jew ICM tal-Gvern u/jew li jkunu ġew awditjati bħala parti minn skemi tal-IPM ċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-qoton IPM kollu mixtri għall-manifattura tal-prodott. L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jiddikjara wkoll li l-qoton IPM ma tkabbarx bl-użu ta' xi sustanza elenkata fil-kriterju 1.2(b). L-iskemi ta' ċertifikazzjoni tal-IPM li jeskludu l-użu tas-sustanzi elenkati għandhom jiġu aċċettati bħala prova ta' konformità.

1.3. Injam u sufra sostenibbli Il-kriterju 1.3 għandu japplika meta l-kontenut tal-injam jew tas-sufra li jintuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent. L-injam kollu u s-sufra kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill Dispensier tal-Foresti (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni Forestali (PEFC) jew ekwivalenti. L-injam u s-sufra verġni kollu ma għandux joriġina mill-ispeċijiet OĠM u għandu jkun kopert b'ċertifikati validi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti. Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra, kif xieraq, għandu jkun materjal iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat sostenibbli. Il-materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat. Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta' kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata b'ċertifikat/i validu/i tal-katina tal-kustodja ċċertifikat/i b'mod indipendenti għall-materjal kollu tal-injam u tas-sufra li ntuża fil-prodott jew fil-linja tal-produzzjoni u juri li tal-anqas 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra joriġina minn foresti jew minn żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-iskema rilevanti indipendenti tal-katina tal-kustodja. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza. Jekk l-iskema ma teħtieġx speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex dan jintwera. Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

1.4. Fibri taċ-ċelluloża artifiċjali (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell) Il-kriterju 1.4(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Il-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li fihom 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huma eżentati m Minimu ta' 25,0 % tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandhom jiġu mmanifatturati minn injam li jkun tkabbar skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit mill-FAO tan-NU. Il-proporzjon li jifdal tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandu jkun ġej minn polpa li tittieħed minn pjantaġġuni u minn forestrija legali. Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.4. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità. Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE. Inkella, l-applikant għandu jikseb mingħand il-manifattur/i tal-fibri, ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja ċċertifikati b'mod indipendenti li juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew ittieħdu minn sorsi legali. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti. Il-manifattur tal-fibri għandu juri li ġew segwiti proċessi ta' diliġenza dovuta kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi żgurat li l-injam ikun inqata' legalment. Il-liċenzji validi u/jew iċ-ċertifikazzjoni minn parti terza dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) għandhom ikunu aċċettati bħala evidenza ta' qtugħ minn sorsi legali. Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.

1.5. Plastik Il-plastik tal-PVC ma għandu jintuża fl-ebda parti tal-prodott. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

Kriterju 2 Tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud

Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-proċess tal-ikkonzar kif speċifikat fil-kriterju 2.1. Il-ġilda li tintuża fi prodotti intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun soġġetta għal restrizzjoni fuq l-ikkonzar abbażi tal-kromu kif speċifikat fil-kriterju 2.2.

2.1. Tabella 1 Il-konsum massimu ta' ilma awtorizzat fi proċessi tal-ikkonzar

Konsum tal-ilma Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda użata fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Il-konsum ta' ilma espress bħala volum medju annwali ta' ilma kkonsmat għal kull tunnellata ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud mhux ipproċessati ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija fit-Tabella 1: Ġlud ħoxnin 28 m3/t Ġlud 45 m3/t Ikkunzar veġetali tal-ġilda 35 m3/t Ġilda tal-majjal 80 m3/t Ġilda tan-nagħaġ 180 l/ġilda Valutazzjoni u verifika: kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-fornitur tal-ġilda jew mill-kumpanija li timmanifattura l-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-ammont annwali ta' produzzjoni ta' ġilda u l-konsum relatat ta' ilma abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar tal-aħħar tnax-il xahar qabel l-applikazzjoni, imkejjel mill-kwantità ta' ilma mormi skarikat. Jekk il-proċess tal-produzzjoni tal-ġilda jsir f'postijiet ġeografiċi differenti, l-applikant jew il-fornitur tal-ġlud nofshom lesti għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tispeċifika li l-kwantità ta' ilma skarikat (m3) għall-kwantità ta' ġlud nofshom lesti pproċessati f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' ġlud għall-ġlud tan-nagħaġ, kif xieraq, abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar matul it-tnax-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni.

2.2. Restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-kisi u fl-inforra, kif definit fl-Artikolu 2(2), għandhom jiġu pproċessati bl-użu ta' teknoloġija tal-ikkonzar mingħajr kromu. Valutazzjoni u verifika: Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda, kif jixraq, bl-informazzjoni li l-ġilda li ntużat fil-partijiet ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (il-kisi u/jew l-inforra) ġiet ikkonzata mingħajr kromu. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-aġent tal-ikkonzar li ntuża fl-ipproċessar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud.

Kriterju 3 Emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma

It-tessuti, il-ġilda u l-gomma li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq l-emissjonijiet fl-ilma. Dan il-kriterju għandu japplika kull meta l-kontenut tal-ġilda, tal-gomma jew tat-tessuti, kif xieraq, li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

3.1. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkunzar tal-ġilda Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkonzar tal-ġilda, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 200,0 mg/l. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.2. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-proċessi tal-irfinar tat-tessuti Il-valur tad-DKO fl-iskariki tal-ilma mormi minn proċessi tal-irfinar tat-tessuti ma għandux jaqbeż 20,0 g/kg ta' tessuti ipproċessati. Il-proċessi tal-irfinar għandhom jinkludu thermosetting, thermosoling, il-kisi u t-tixpip tat-tessuti. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw fl-irfinar tad-drapp tessili. Ir-rekwiżit għandu jitkejjel f'punt wara l-impjant ta' trattament tal-ilma tad-drenaġġ ta' fuq is-sit jew f'impjant muniċipali għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ li jirċievi l-ilma tad-drenaġġ minn dawk is-siti tal-iproċessar. Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-Kriterju 3.2. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità. Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE. Inkella, l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.3. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali u sintetika Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali jew sintetika, kif applikabbli, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 150,0 mg/l. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw biex tiġi mmanifatturata l-gomma. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tal-ittestjar, abbażi tal-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi trattat lil hinn mis-sit, il-konformità tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.4. Kromu fl-ilma mormi mill-ikkunzar wara t-trattament Il-konċentrazzjoni totali tal-kromu fl-ilma mormi mill-konzerija wara t-trattament ma għandhiex taqbeż il-1,0 mg/l kif speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'rapport tat-test billi juża wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin: l-ISO 9174, l-EN 1233 jew l-EN ISO 11885 għall-kromu u li juri l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-BAT 10, u mal-BAT 11 jew 12, kif xieraq, tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/84/UE għat-tnaqqis tal-kontenut tal-kromu fi skariki ta' ilma mormi.

Kriterju 4 Komposti organiċi volatili (KOV)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-użu totali tal-KOV fil-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja t-18,0-il gramma KOV/par. Għaż-żraben kklassifikati bħala tagħmir tal-protezzjoni personali f'konformità mad-Direttiva 89/686/KEE, l-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja l-20,0 g KOV/par. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'kalkolu tal-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali taż-żraben skont l-EN 14602. Il-kalkolu għandu jiġi appoġġat b'riżultati tat-testijiet u b'dokumentazzjoni (ir-reġistrazzjoni tal-ġilda mixtrija, il-kolla, l-irfinituri u l-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn) kif xieraq. Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.

Kriterju 5 Sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben

Il-preżenza fil-prodott finali u fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ta' sustanzi u ta' taħlitiet li skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar (CLP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perikli elenkati fit-Tabella 2, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 5.1 u 5.2. Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' susutanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP huma miġbura fit-Tabella 2 skont il-proprjetajiet tagħhom tal-periklu. Il-kriterju ma japplikax għal sustanzi jew għal taħlitiet li fl-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (ngħidu aħna, sustanzi li ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew li jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika. Dan għandu jinkludi reazzjonijiet kimiċi li fihom is-sustanzi jkunu ġew modifikati bħall-polimerizzazzjoni, meta l-monomeri jew l-addittivi jintrabtu b'mod kovalenti. Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 5.

Tabella 2 Raggruppament ta' perikli ristretti
Perikli tal-Grupp 1 — Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHC)

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 1:

Sustanzi li jidhru fil-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Sustanzi Karċinoġeni, Mutaġeni u/jew Tossiċi għar-Riproduzzjoni (CMR), il-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

Perikli tal-Grupp 2 — Perikli CLP

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 2:

CMR tal-kategorija 2: H341, H351, H361f, H361d, H361fd, H362

Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

Tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330,

Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372

Sensitizzatur tal-Ġilda tal-kategorija 1: H317

Perikli tal-Grupp 3 — Perikli CLP

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 3:

Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

STOT tal-kategorija 2: H371, H373

5.1 Restrizzjoni fuq is-sustanzi ta' tħassib serju ħafna Il-prodott finali, u kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ma għandux ikun fih sustanzi li jkunu ġew identifikati bil-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs, f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % piż b'piż. Ma għandha tingħata l-ebda deroga għal-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs jekk ikunu preżenti fil-prodott finali, jew lil kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifformaw parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % piż b'piż. Dan l-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal preżenza ta' sustanzi bħal dawn fil-prodott. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, fejn xieraq, appoġġata b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur tal-materjal fir-rigward tan-nuqqas ta' preżenza tal-SVHCs f'konċentrazzjoni ogħla minn 0,10 % (piż b'piż) għall-prodott finali, u ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati li ppubblikat l-ECHA. Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

5.2 Tabella 4 Il-kundizzjonijiet tad-derogi li għandhom japplikaw għall-użu ta' sustanzi u ta' taħlitiet funzjonali

Restrizzjoni abbażi ta' sustanzi u ta' taħlitiet ikklassifikati skont is-CLP Bl-eċċezzjoni tal-kisi u tal-inforra, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni, il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kull materjal jew oġġett omoġenu fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Għall-kisi u l-inforra, kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jintuża għall-kisi u l-inforra għandu jkun soġġett għal restrizzjoni kif speċifikat fil-paragrafu li jmiss. Is-sustanzi u t-taħlitiet li jaqgħu fi ħdan il-gruppi identifikati fit-Tabella 3 li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP fit-Tabella 2 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż b'piż). L-użu ta' ċerti sustanzi u taħlitiet imsemmija fit-Tabella 3 huma eżentati mir-rekwiżiti tal-kriterju 5.2 soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 4. Sustanzi u taħlitiet Ambitu tad-deroga Kundizzjonijiet tad-deroga Applikabbiltà għax-xedd tas-saqajn Nikil H317, H351, H372 In-nikil jista' jkun preżenti fl-azzar inossidabbli biss. Ir-rata ta' rilaxx ta' nikil mill-azzar inossidabbli għandha tkun 0,5 μg/cm2/kull ġimgħa jew inqas kif speċifikat fil-kriterju 6 (RSL). Maskaretti tal-metall u aċċessorji tax-xedd tas-saqajn Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti H301, H311, H331, H317 Formulazzjonijiet ta' tiżbigħ mingħajr trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi taż-żebgħat għandhom jintużaw mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi biex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema. Żebgħat Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti H411, H412, H413 Proċessi tat-tiżbigħ bl-użu minn żebgħat reattivi, diretti, tal-bittija jew tal-kubrit b'dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: L-użu ta' għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni u/jew ta' stampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet. Żebgħat Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'. H413 Ir-repellent u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu għandhom ikunu faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli u sustanzi mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akwatiku, inkluż is-sediment akwatiku. Repellenza tal-ilma Awżiljarji residwi misjuba fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali L-awżiljarji li jinkludu: trasportaturi, aġenti tal-livellar, aġenti ta' dispersjoni, aġenti tensjoattivi, aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H411, H412, H413, EUH070, Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard. Is-sustanzi kklassifikati b'H311, H331, H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % piż b'piż fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali. Awżiljarji Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 5.2 appoġġata, meta dan ikun xieraq, b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur/i tal-materjal. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn lista ta' sustanzi u/jew minn sustanzi f'taħlitiet kif speċifikat fit-Tabella 3 li jkunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali, flimkien ma' informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tal-klassifikazzjoni jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza jew taħlita: Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-data dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lill-entrati minn sottomissjonijiet konġunti. Meta klassifikazzjoni tkun irreġistrata bħala b'dejta nieqsa jew inkonklużiva skont il-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi rreġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fir-Regolament REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex tappoġġa l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' appoġġ tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi tad-dejta b'dejta nieqsa jew inkonklużiva, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati u għandhom jiġu aċċettati dawn is-sorsi ta' informazzjoni: Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet jistgħu jinkisbu b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi tal-attività tal-istruttura jew bl-użu tar-raggruppar jew tar-read-across. Għas-sustanzi u għat-taħlitiet derogati elenkati fit-Tabella 4, l-applikant għandu jipprovdi evidenza li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tad-deroga. Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

Sustanzi attivi tal-prodotti bijoċidali;

Żebgħat (inklużi linka, pigmenti u verniċi);

Trasportaturi awżiljarji, aġenti neffieħa, tal-livellar u tad-dispersjoni, aġenti tensjoattivi;

Aġenti tad-dlik bix-xaħam;

Solventi;

Aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti, stabbilizzaturi u plastifikanti użati fl-istampar;

Ritardanti tal-fjammi;

Aġenti li jqassmu, adeżivi;

Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'.

1. L-użu ta' żebgħat b'affinità għolja;

2. Il-kisba ta' rata ta' rifjut ta' inqas minn 3,0 %;

3. L-użu ta' strumentazzjoni li tqabbel il-kuluri;

4. L-implimentazzjoni ta' proċeduri operattivi standard għall-proċess tal-għoti taż-żebgħa;

5. L-użu tat-tneħħija tal-kulur għat-trattament tal-ilma mormi.

in-numru CAS, EC jew tal-lista tas-sustanza (meta jkun disponibbli għat-taħlitiet);

il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita;

il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP;

l-entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-ECHA dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH jekk ma kienet disponibbili l-ebda klassifikazzjoni armonizzata;

il-klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament CLP.

L-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-periklu mingħand l-aġenzji regolatorji bejn il-pari tal-ECHA, il-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew il-korpi intergovernattivi;

Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Ġudizzju espert dokumentat mogħti minn tossikoloġista professjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-letteratura xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, u meta meħtieġ appoġġati b'riżultati minn testijiet ġodda li jkunu saru f'laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi rikonoxxuti mill-ECHA.

Attestazzjoni, fejn xieraq, ibbażata fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat ta' valutazzjoni tal-konformità li jwettaq valutazzjonijiet tal-periklu skont is-Sistema Globalment Armonizzata (GHS) tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi jew ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tal-periklu CLP.

Kriterju 6 Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li ntuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Il-prodott finali, il-materjali jew l-oġġetti omoġeni li jifformaw parti mill-prodott finali, jew ir-riċetti tal-produzzjoni li ntużaw, kif applikabbli, ma għandux ikun fihom sustanzi speċifikati fil-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL). L-applikabbiltà, l-ambitu tar-restrizzjonijiet, ir-rekwiżiti tal-verifika u tal-ittestjar huma pprovduti fl-RSL għal kull sustanza jew grupp ta' sustanzi. L-RSL tista' tinstab fl-Appendiċi ta' din id-Deċiżjoni. L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjali jew tal-oġġetti li jkun se jintużaw bħala komponenti tal-prodott bl-Ekotikketta tal-UE. Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6. Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur/i tal-materjal tiegħu, kif ikun xieraq, għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità mal-RSL appoġġata b'evidenza li tkun applikabbli għas-sustanzi u għat-taħlitiet li ntużaw fil-manifattura tal-prodott finali jew fil-materjali tiegħu. Il-verifika għandha tiġi pprovduta għal kull rekwiżit rilevanti kif indikat fl-RSL, li jistgħu jinkludu: Meta jkun meħtieġ, l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għandhom jimtlew skont il-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għat-Tfassil tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mhux kompluti se jeħtieġu dikjarazzjonijiet supplimentari mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi. Meta tkun meħtieġa analiżi fil-laboratorju tal-prodott finali, din għandha titwettaq għal linji speċifiċi ta' prodotti u abbażi ta' kampjuni meħuda każwalment. Meta jkun speċifikat, din għandha ssir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja biex tintwera konformità kontinwa mal-kriterju tal-RSL bir-riżultati li mbagħad jiġu kkomunikati lill-korp kompetenti rilevanti. Id-dejta tat-testijiet miksuba għall-finijiet ta' konformità mal-RSLs tal-industrija u skemi oħra għaċ-ċertifikazzjoni tax-xedd tas-saqajn għandhom jiġu aċċettati meta l-metodi tat-test ikunu ekwivalenti. Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta li ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

dikjarazzjonijiet miksuba minn dawk responsabbli għall-istadji tal-produzzjoni relatati;

dikjarazzjonijiet minn fornituri tas-sustanzi kimiċi; jew

riżultati tat-testijiet minn analiżi fil-laboratorju tal-kampjuni tal-prodott finali.

Kriterju 7 Parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà Tabella 5 Parametri tad-durabbiltà

Ix-xedd tas-saqajn okkupazzjonali u tas-sikurezza għandu jġorr il-marka CE u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' durabbiltà speċifikati skont id-Direttiva 89/686/KEE. Ix-xedd l-ieħor kollhu tas-saqajn għandu jissodisfa r-rekwiżiti indikati fit-Tabella 5. Parametru/Metodu tat-test standard Sport ġenerali Xedd tas-saqajn tal-iskola Każwali Tal-irġiel formali Tat-temp kiesaħ Xedd tas-saqajn Tan-nisa formali Tal-moda Tat-trabi Ta' ġewwa Wiċċ reżistenti għal-liwi: (kc mingħajr ħsara viżibbli)/EN 13512 Xott = 100 Imxarrab = 20 Xott = 100 Imxarrab = 20 Xott = 80 Imxarrab = 20 Xott = 80 Imxarrab = 20 Xott = 100 Imxarrab = 20 – 20° = 30 Xott = 50 Imxarrab = 10 Xott = 15 Xott = 15 Xott = 15 Saħħa tal-wiċċ kontra t-tqattigħ (Forza medja tat-tqattigħ, N)/EN 13571 Ġilda ≥ 80 ≥ 60 ≥ 60 ≥ 60 ≥ 60 ≥ 40 ≥ 30 ≥ 30 ≥ 30 Materjali oħrajn ≥ 40 ≥ 40 ≥ 40 ≥ 40 ≥ 40 ≥ 40 ≥ 30 ≥ 30 ≥ 30 Reżistenza tal-pett ta' barra għal-liwi: EN 17707 Tkabbir tal-qatgħa (mm) Nsc = mingħajr xquq spontanji ≤ 4 Nsc ≤ 4 Nsc ≤ 4 Nsc ≤ 4 Nsc ≤ 4 Nsc f' – 10 °C ≤ 4 Nsc Reżistenza tal-pett ta' barra għall-brix/EN 12770 D ≥ 0,9 g/cm3 (mm3) ≤ 200 ≤ 200 ≤ 250 ≤ 350 ≤ 200 ≤ 400 ≤ 450 D < 0,9 g/cm3 (mg) ≤ 150 ≤ 150 ≤ 170 ≤ 200 ≤ 150 ≤ 250 ≤ 300 Adeżjoni tal-pett ta' fuq (N/mm)/EN 17708 ≥ 4.0 ≥ 4,0 ≥ 3.0 ≥ 3,5 ≥ 3,5 ≥ 3,0 ≥ 2,5 ≥ 3,0 ≥ 2,5 Saħħa tal-pett ta' barra kontra t-tqattigħ (Saħħa medja, N/mm)/EN 12771 D ≥ 0,9 g/cm3 8 8 8 6 8 6 5 6 5 D < 0,9 g/cm3 6 6 6 4 6 4 4 5 4 Iż-żamma tal-kulur fuq in-naħa ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (l-inforra jew il-kisi tal-wiċċ fuq ġewwa) Skala griża tal-pannu wara 50 ċiklu ta' tixrib/EN ISO 17700 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 ≥ 2/3 Ċikli ta' brix tal-kisi u tal-inforra EN 17704 > 25600 xott > 12800 imxarrab > 25600 xott > 12800 imxarrab > 25600 xott > 12800 imxarrab > 25600 xott > 6400 imxarrab > 25600 xott > 12800 imxarrab > 25600 xott > 6400 imxarrab > 25600 xott > 3200 imxarrab >= 25600 xott >= 12800 imxarrab > 8400 xott > 1600 imxarrab Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapporti tat-testijiet kif speċifikat fit-Tabella 5. Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.

Kriterju 8 Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol

Ir-rekwiżiti f'dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ finali tax-xedd tas-saqajn. Wara li jkun ikkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU (il-Pilastru 2), il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-applikant għandu jikseb verifika mingħand parti terza appoġġata b'verifika/i fuq il-post li turi/juru li fl-impjant tal-assemblaġġ finali tal-prodott ġew irrispettati l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u fid-dispożizzjonijiet supplimentari ta' hawn taħt. Il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO: F'dawk il-postijiet li bil-liġi jillimitaw id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-innegozjar kollettiv, il-kumpanija għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-ħaddiema biex magħhom tiddjaloga dwar kwistjonijiet relatati mal-post tax-xogħol. Il-proċess tal-awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni fiż-żoni lokali madwar is-siti, inklużi t-trade unions, l-organizzazzjonijiet tal-komunità, l-NGOs u l-esperti tax-xogħol. L-applikant għandu jippubblika online ir-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditjar online sabiex lill-konsumaturi interessati jipprovdilhom evidenza tal-prestazzjoni tal-fornitur tagħhom. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kopji taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-awditi ta' appoġġ għal kull impjant tal-assemblaġġ tal-prodott finali sabiex il-mudell/i jingħata/w l-ekotikketta. L-awditu fuq il-post mill-parti terza għandu jitwettaq minn awdituri privati li jkunu kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tal-katina tal-provvista tal-industrija tax-xedd tas-saqajn mal-istandards soċjali jew mal-kodiċi ta' kondotta jew, fil-pajjiżi li rratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni fuq ix-Xogħol Nru 81 tal-1947 u s-superviżjoni tal-ILO turi li s-sistema nazzjonali għall-ispezzjoni fuq ix-xogħol hi effettiva u meta l-ambitu tas-sistemi tal-ispezzjoni jkun ikopri ż-żoni msemmija hawn fuq, minn spettur/i tax-xogħol maħtur/a minn awtorità nazzjonali. Għandu jiġi aċċettat ċertifikat datat/Għandhom jiġu aċċettati ċertifikati datati mhux iktar minn 12-il xahar qabel l-applikazzjoni, għal skemi jew għal proċessi li jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li ġew elenkati, flimkien mad-dispożizzjonijiet supplimentari dwar is-sigħat tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u s-sikurezza.

(i) L-impjieg tat-tfal:

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);

Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182).

(ii) Ix-Xogħol Obbligatorju u Furzat:

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u l-Protokoll tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105).

(iii) Il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87);

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98).

(iv) Id-Diskriminazzjoni: Dispożizzjonijiet supplimentari:

Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali, 1951 (Nru 100);

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (fl-Impjieg u fix-Xogħol), 1958 (Nru 111).

(v) Is-Sigħat tax-Xogħol:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), 1919 (Nru 1).

(vi) Ir-Remunerazzjoni:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Iffissar tal-Paga Minima, 1970 (Nru 131);

Paga għall-għajxien: L-applikant għandu jiżgura li l-pagi mħallsa għal ġimgħa tax-xogħol normali għandhom dejjem jissodisfaw minn tal-inqas l-istandards minimi legali jew industrijali, li jkunu biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema u jiġi pprovdut dħul diskrezzjonali. L-implimentazzjoni għandha tiġi awditjata b'referenza għall-gwida SA8000 dwar ir-Remunerazzjoni.

(vii) Is-Saħħa u s-Sikurezza:

Il-Konvezjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza fl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq ix-xogħol, 1981 (Nru 170);

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, 1990 (Nru 155).

Kriterju 9 Imballaġġ

Dan il-kriterju japplika biss għall-imballaġġ primarju kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

9.1. Kartun u karti Il-kartun u l-karti li jintużaw għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandhom ikunu magħmula minn materjal riċiklat 100 %.

9.2. Plastik Il-plastik li jintuża għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandu jkun magħmul minn materjal riċiklat tal-inqas 80 %. Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-imballaġġ, kif ikun xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ u l-persentaġġi ta' materjal riċiklat u ta' materjal verġni.

Kriterju 10 Informazzjoni dwar l-imballaġġ

10.1. Struzzjonijiet għall-Utent It-tagħrif ta' hawn taħt għandu jingħata mal-prodott: Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ jew tal-grafika proposta tal-imballaġġ li turi l-istruzzjonijiet għall-utent li se jkunu fornuti mal-prodott.

Għal kull prodott għandhom jiġu speċifikati struzzjonijiet dwar it-tindif u dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb il-prodott.

Sewwi x-xedd tas-saqajn tiegħek minflok ma tarmih. Dan jagħmel anqas ħsara lill-ambjent.

Jekk jogħġbok armi x-xedd tas-saqajn tiegħek fil-punt tal-ġbir lokali xieraq.

10.2. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva b'kaxxa tal-kliem, din għandu jkun fiha, meta jkun rilevanti, tlieta mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin: Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jistgħu jinsabu fil-Linji Gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta fis-sit web: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika proposta li turi fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE.

10.2.

(i) materja prima ta' oriġini naturali mmaniġġjata b'mod sostenibbli (fil-każ li japplika l-kriterju 1);

(ii) anqas tniġġis fil-proċessi tal-produzzjoni;

(iii) użu minimizzat ta' sustanzi perikolużi;

(iv) ittestjat għad-durabbiltà;

(v) intuża xx % qoton organiku (din id-dikjarazzjoni tista' ssir biss jekk, abbażi tal-kriterju 1.2(a), aktar minn 95 % tat-total tal-qoton ikun organiku).

APPENDIĊI

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a)(b)(c)(d)(i)(e)(f)(g)(h) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.

Il-lista tapplika għal sustanzi li jistgħu jintużaw matul il-proċess ta' produzzjoni jew li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali. L-RSL għax-xedd tas-saqajn bl-Ekotikketta tal-UE tiġbor fiha sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li l-preżenza tagħhom fil-prodott finali, fil-materjali jew fl-oġġetti tiegħu, jew ir-riċetti tal-produzzjoni, kif ikun applikabbli, għandhom ikunu speċifikament ristretti jew ivverifikati. Ir-restrizzjonijiet japplikaw: L-applikabbiltà, il-materjal/i u/jew l-istadju/i tal-produzzjoni meta dan ikun rilevanti, l-ambitu tar-restrizzjoni, ir-rekwiżit tal-verifika u/jew tal-ittestjar huma speċifikati għal kull rekwiżit. L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjal. Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6. Applikabbiltà Ambitu tar-restrizzjoni Valuri ta' limitu Verifika Awżiljarji Kwalunkwe taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji tal-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u ta' ġilda u tessuti ta' miksija Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji ta' produzzjoni u huma soġġetti għall-valuri ta' limitu għall-preżenza ta' sustanzi fil-prodott finali: L-alkilfenoletoksilati (APEOs) li ġejjin: 25 mg/kg mis-somma totali għat-tessuti 100 mg/kg mis-somma totali għall-ġilda Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li dawn is-sustanzi ma ntużawx, appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza jew b'riżultati ta' testijiet tal-prodott finali jew tal-ġilda, tat-tessuti, tal-ġilda jew tat-tessuti miksija li jagħmlu parti mill-prodott finali. Metodu tat-test: ġilda: EN ISO 18218-2 (metodu indirett); tessuti u tessuti miksija: EN ISO 18254 għall-alkilfenoletossilati; għall-prodott finali tal-alkilfenoli, l-ittestjar irid isir bl-estrazzjoni ta' solvent segwita minn LC-MS jew minn GC-MS Operazzjonijiet ta' tiżbigħ u ta' rfinar għall-ġilda, għat-tessuti u għall-ġilda u għat-tessuti miksija Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għat-tiżbigħ u għall-irfinar tal-ġilda, tal-ġilda miksija u tat-tessuti: mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Kolofonija Stampar, verniċar u nkullar Ma għandhiex tintuża l-kolofonija bħala ingredjent fil-linka tal-istampar, fil-verniċi jew fil-kolla. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Solventi Awżiljarji li ntużaw f'taħlitiet, f'formulazzjonijiet u f'kolla għall-ġilda, għat-tessuti, għall-ġilda u għat-tessuti miksija, għall-plastik u għall-prodotti finali Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta' komponenti u fil-kolla li tintuża għall-assemblaġġ tal-prodott finali: mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Paraffini klorinati L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti u tal-kisi Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira (SCCPs), C10-C13 ma għandhomx jintużaw fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi. L-ebda traċċa Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira C10-C13, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219. Ipproċessar ta' materjali għall-ġilda, għall-gomma sintetika, għall-plastik, għat-tessuti u għall-kisi Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Medja (MCCPs), C14-C17, għandhom ikunu ristretti fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi. 1000 mg/kg Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Medja C14-C17, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornituri tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219. Prodotti bijoċidali (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li ntużaw matul it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti, ta' prodotti finali jew tal-imballaġġ tal-prodott finali Għandhom ikunu permessi s-sustanzi attivi li ġejjin (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 biss: mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu qabel it-trasport u l-ħżin, jew evidenza li l-użu tas-sustanza attiva bijoċidali huwa awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Jekk jintużaw, għandha tingħata lista ta' sustanzi attivi miżjuda waqt it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti jew tal-imballaġġ tal-prodott finali, inklużi d-dikjarazzjonijiet H relatati. Il-prodotti bijoċidali ma għandhomx jiġu inkorporati fil-prodotti finali jew fi kwalunkwe parti minnhom matul l-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn biex jingħataw proprjetajiet bijoċidali lill-prodott finali. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu. Il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom), il-komposti tal-organitin (inkluż TBT, TPhT, DBT u DOT) u d-dimetil fumarat (DMFu), it-triklosan u n-nanofidda ma għandhomx jintużaw matul it-trasport jew il-ħżin tal-prodott, ta' kwalunkwe oġġett tiegħu u ta' kwalunkwe parti omoġena tiegħu u ma għandhomx ikunu inkorporati fil-prodott finali jew fl-imballaġġ tiegħu. L-ebda traċċa Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata bir-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali għall-preżenza tas-sustanzi li ġejjin: Sustanzi speċifiċi oħra Ir-riċetti tal-produzzjoni u l-kolla li ntużaw fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment ma' kwalunkwe taħlita u formulazzjoni jew mal-kolla li ntużaw matul l-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn: mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Applikabbiltà Ambitu tar-restrizzjoni Valuri ta' limitu Verifika Trasportaturi Trasportaturi li ntużaw fil-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li fihom jintużaw żebgħat f'dispersjoni Ma għandhomx jintużaw aċċelleraturi aloġenati tat-tiżbigħ (trasportaturi) (eżempji ta' trasportaturi jinkludu: 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol). mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Trasporaturi li ntużaw bħala aġenti neffieħa għall-plastik u għall-fowm Ma għandhomx jintużaw komposti organiċi aloġenati bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti neffieħa awżiljarji. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Żebgħat ristretti Ażożebgħat u ażokoloranti Applikazzjoni fil-proċess tat-tiżbigħ L-ammini aromatiċi karċinoġeniċi li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali. Arilammina Numru CAS 4-amminodifenil 92-67-1 Benżidina 92-87-5 4-kloro-o-toluwidin 95-69-2 2-naftilammin 91-59-8 o-ammino-ażotoluwen 97-56-3 2-ammino-4-nitrotoluwen 99-55-8 p-kloroanilin 106-47-8 2,4-diamminoanisol 615-05-4 4,4′-diamminodifenilmetan 101-77-9 3,3′-diklorobenżidina 91-94-1 3,3′-dimetossibenżidina 119-90-4 3,3′-dimetilbenżidina 119-93-7 3,3′-dimetil-4,4′-Diamminodifenilmetan 838-88-0 p-kresidina 120-71-8 4,4′-metilen-bis-(2-kloroanilina) 101-14-4 4,4′-ossidianilina 101-80-4 4,4′-tijodianilina 139-65-1 o-toluwidina 95-53-4 2,4-diamminotoluwen 95-80-7 2,4,5-trimetilanilina 137-17-7 o-aniżidina (2-Metossianilina) 90-04-0 2,4-ksilidina 95-68-1 2,6-ksilidina 87-62-7 4-amminoażobenżen 60-09-3 30 mg/kg għal kull arilammina fil-prodott finali Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' testijiet speċifiċi skont EN 14362-1:2012 u 3:2012 għat-tessuti, u CEN ISO/TS 17234-1 u 2 għall-ġilda. (Nota: jistgħu jkunu possibbli pożittivi foloz fir-rigward tal-preżenza tal-4-aminoażobenżin, u għalhekk għandhom jiġu rrapportati.) Żebgħat CMR Iż-żebgħat li ġejjin li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni ma għandhomx jintużaw. Żebgħat li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni Numru CAS C.I. Aħmar Aċidu 26 3761-53-3 C.I. Aħmar Bażiku 9 569-61-9 C.I. Vjola Bażiku 14 632-99-5 C.I. Iswed Dirett 38 1937-37-7 C.I. Blu Dirett 6 2602-46-2 C.I. Aħmar Dirett 28 573-58-0 C.I. Blu f'dispersjoni 1 2475-45-8 C.I. Oranġjo f'dispersjoni 11 82-28-0 C.I. Isfar f'dispersjoni 3 2832-40-8 mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw Iż-żebgħat li ġejjin li potenzjalment jissensitizzaw ma għandhomx jintużaw. Żebgħat f'dispersjoni li potenzjalment jissensitizzaw Numru CAS C.I. Blu f'dispersjoni 1 2475-45-8 C.I. Blu f'dispersjoni 3 2475-46-9 C.I. Blu f'dispersjoni 7 3179-90-6 C.I. Blu f'dispersjoni 26 3860-63-7 C.I. Blu f'dispersjoni 35 12222-75-2 C.I. Blu f'dispersjoni 102 12222-97-8 C.I. Blu f'dispersjoni 106 12223-01-7 C.I. Blu f'dispersjoni 124 61951-51-7 C.I. Kannella f'dispersjoni 1 23355-64-8 C.I. Oranġjo f'dispersjoni 1 2581-69-3 C.I. Oranġjo f'dispersjoni 3 730-40-5 C.I. Oranġjo f'dispersjoni 37 12223-33-5 C.I. Oranġjo f'dispersjoni 76 13301-61-6 C.I. Aħmar f'dispersjoni 1 2872-52-8 C.I. Aħmar f'dispersjoni 11 2872-48-2 C.I. Aħmar f'dispersjoni 17 3179-89-3 C.I. Isfar f'dispersjoni 1 119-15-3 C.I. Isfar f'dispersjoni 3 2832-40-8 C.I. Isfar f'dispersjoni 9 6373-73-5 C.I. Isfar f'dispersjoni 39 12236-29-2 C.I. Isfar f'dispersjoni 49 54824-37-2 mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Żebgħat fissanti tal-kromu Ma għandhomx jintużaw żebgħat fissanti tal-kromu. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Żebgħat ta' kumpless metalliku Iż-żebgħat ta' kumpless metalliku bbażati fuq ir-ram, il-kromu u n-nikil għandhom ikunu permessi biss għall-ġilda, għat-tiżbigħ tas-suf, tal-poliammid jew ta' taħlitiet ta' dawn il-fibri ma' fibri ċellulożi artifiċjali (eż. visk). mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Pigmenti Ma għandhomx jintużaw pigmenti bbażati fuq kadmju, ċomb, kromu (VI), merkurju u/jew antimonju. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Applikabbiltà Ambitu tar-restrizzjoni Valuri ta' limitu Verifika Kimiki perfluworurati u polifluworurati (PFCs) Prodott finali Trattamenti bl-ilma fluwororat u bir-repellenti tat-tbajja' u taż-żjut ma għandhomx jintużaw għat-tixpip tax-xedd tas-saqajn. Dawn għandhom jinkludu t-trattamenti perfluworinati u polifluworinati. It-trattamenti mingħajr fluworinati għandhom jużaw sustanzi li jkunu faċilment bijodegradabbli u sustanzi mhux bijokumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Xedd tas-saqajn b'funzjoni repellenti tal-ilma integrata u ddikjarata Il-membrani u l-lamminati tal-fluworopolimeri jistgħu jintużaw għax-xedd tas-saqajn biss jekk il-penetrazzjoni tal-ilma meħtieġa tal-materjal tkun anqas minn 0,2 g u l-assorbiment tal-ilma jkun anqas minn 30 % skont l-Istandard ISO 20347. Il-membrani tal-fluworopolimeri ma għandhomx jiġu mmanifatturati bl-użu ta' PFOA jew ta' kwalunkwe omologu għoli ieħor tiegħu kif definit mill-OECD. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mill-manifattur tal-membrana jew tal-lamminati fir-rigward tal-produzzjoni tal-polimeri. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b'riżultati ta' testijiet tekniċi għall-penetrazzjoni tal-ilma fil-materjal skont ISO 20347. Ritardanti tal-fjammi Xedd għas-saqajn b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata L-użu ta' ritardanti tal-fjammi huwa permess biss għal xedd tas-saqajn kklassifikat u bil-marka CE tal-Kategorija III li jkun tagħmir ta' protezzjoni personali b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata li jassigura s-sikurezza fuq ix-xogħol f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 89/686/KEE. Is-sustanza/i li tintuża/jintużaw biex tinkiseb ir-resistenza għall-fjammi għandha/għandhom tkun/ikunu konformi mal-kriterju 5. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu tar-ritardanti tal-fjammi jew dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 5. Fiż-żewġ każijiet, id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Meta jkun applikabbli, għandha tingħata lista ta' ritardanti tal-fjammi li ntużaw fil-prodott flimkien mad-dikjarazzjonijiet H/il-frażijiet R relatati. Għandha tingħata kopja taċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott jiġi kkummerċjalizzat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali tal-Kategorija III li huwa reżistenti għall-fjammi. Applikabbiltà Ambitu tar-restrizzjoni Valuri ta' limitu Verifika PAHs Plastik, gomma sintetika u kisi tat-tessuti jew tal-ġilda L-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti f'livelli ogħla mil-limiti speċifikati fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda. Il-PAHs ikklassifikati mal-perikli tal-Gruppi 1 u 2 ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet daqs jew akbar mil-limiti individwali u tas-somma totali tal-konċentrazzjoni fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda. Għandhom jiġu vverifikati l-preżenza u l-konċentrazzjoni tal-PAHs li ġejjin. Il-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006: Isem CAS Krisen 218-01-9 Benżo[a]antraċen 56-55-3 Benżo[k]fluworantene 207-08-9 Benżo[a]piren 50-32-8 Dibenżo[a,h]antraċen, 53-70-3 Benżo[j]floranten 205-82-3 Benżo[b]fluworanten, 205-99-2 Benżo[e]piren 192-97-2 Il-PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni: Isem CAS Naftalen 91-20-3 Aċenaftilen 208-96-8 Aċenaften 83-32-9 Fluworen 86-73-7 Fenantren 85-1-8 Antraċen 120-12-7 Fluworanten 206-44-0 Piren 129-00-0 Indeno[1,2,3-c,d]piren 193-39-5 Benżo[g,h,i]perilen) 191-24-2 Għax-xedd tas-saqajn kollu: Għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin: Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test AfPS GS 2014:01 PAK. N-Nitrożammini Gomma naturali jew sintetika In-N-Nitrożammini li ġejjin ma għandhomx jiġu rilevati fil-gomma naturali u sintetika. N-nitrożammini CAS N-nitrożodietanolammin (NDELA) 1116-54-7 N-nitrożodimetilammin (NDMA) 62-75-9 N-nitrożodipropilammin (NDPA) 621-64-7 N-nitrożodietilammin (NDEA) 55-18-5 N-nitrożodiisopropilammin (NDiPA) 601-77-4 N-nitrożodibutilammin (NDBA) 924-16-3 N-nitrożopiperidin (NPIP) 100-75-4 N-nitrożodiiżobutilammin (NdiBA) 997-95-5 N-nitrożodiiżononilammin (NdiNA) 1207995-62-7 N-nitrożomorfolin (NMOR) 59-89-2 N-nitrożo N-metil N-fenilammin (NMPhA) 614-00-6 N-nitrożo N-etil N-fenilammin (NEPhA) 612-64-6 N-Nitrożopirrolidin 930-55-2 L-ebda traċċa Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-gomma għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN 12868 jew EN 14602. Sustanzi tal-organotin Prodott finali Il-komposti tal-organotin elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat. Komposti tat-tributiltin (TBT) 0,025 mg/kg Komposti tad-dibutiltin (DBT) 1 mg/kg Komposti tal-monobutiltin (MBT) 1 mg/kg Komposti tad-diottiltin (DOT) 1 mg/kg Trifeniltin (TPT) 1 mg/kg Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull kompost tal-organotin Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test skont il-metodu tat-test ISO/TS 16179. Ftalati Plastik, gomma, materjali sintetiċi, kisi u stampar tal-materjali Dawk il-ftalati biss li fiż-żmien tal-applikazzjoni tkun saritilhom valutazzjoni tar-riskju u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 5 jistgħu jintużaw fil-prodott. mhux applikabbli Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza Is-somma tal-plastifikanti ristretti għandha tkun anqas minn 0,10 % piż b'piż; Is-somma tal-plastifikanti ristretti għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun anqas minn 0,05 % piż b'piż; Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-materjali appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza għall-plastifikanti li ntużaw fil-formulazzjoni jew ir-riżultati tat-test skont l-ISO/TS 16181. Metalli li jistgħu jiġu estratti Prodott finali Għal xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, is-sustanzi elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat. Antimonju (Sb) 30,0 mg/kg Arseniku (As) 0,2 mg/kg Kadmju (Cd) 0,1 mg/kg Kromju (Cr) 1,0 mg/kg (għat-tessuti) Kobalt (Co) 1,0 mg/kg Ram (Cu) 25,0 mg/kg Ċomb (Pb) 0,2 mg/kg Nikil (Ni) 1,0 mg/kg Merkurju (Hg) 0,02 mg/kg Il-valuri ta' limitu li ġejjin għandhom japplikaw għax-xedd tas-saqajn għajr ix-xedd tas-saqajn li mhux maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin. Antimonju (Sb) 30,0 mg/kg Arseniku (As) 1,0 mg/kg Kadmju (Cd) 0,1 mg/kg Kromju (Cr) 2,0 mg/kg (għat-tessuti) Kobalt (Co) 4,0 mg/kg Ram (Cu) 50,0 mg/kg Ċomb (Pb) 1,0 mg/kg Nikil (Ni) 1,0 mg/kg Merkurju (Hg) 0,02 mg/kg Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull sustanza Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test f'konformità mal-metodi ta' ttestjar li ġejjin: Estrazzjoni — EN ISO 105-E04-2013 (soluzzjoni tal-għaraq aċiduż). Rilevament: EN ISO 17072-1 għall-ġilda, ICP-MS, ICP-OES (għat-tessuti u għall-plastik). L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Komponenti tal-metall Il-migrazzjoni tan-nikil minn ligi tal-metall li jkun fihom in-nikil li jiġu f'kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda għandha tkun anqas minn 0,5 μg/cm2kull ġimgħa. 0,5μg/cm2kull ġimgħa Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' nikil fil-komponenti tax-xedd tas-saqajn, appoġġata biċ-ċertifikazzjoni mill-manifattur tal-partijiet tal-metall, jew b'dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tal-metodu tat-test EN 1811. Ġilda kkunzata bil-kromu Għal żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, ma għandu jkun hemm l-ebda traċċa ta' kromu (VI) fil-prodott finali. L-ebda traċċa Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17075 (limitu ta' rilevament: 3 ppm). Il-preparazzjoni tal-kampjun trid issegwi l-indikazzjonijiet ta' EN ISO 4044. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit. Għaż-żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, il-kontenut ta' kromu li jista' jiġi estratt fil-prodott finali għandu jkun anqas minn 200 mg/kg. 200 mg/kg Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17072-1. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit. TDA u MDA PU 2,4-Toluwendiammina (2,4-TDA, 95-80-7) 4,4′-Diamminodifenilmetan (4,4′-MDA, 101-77-9) Inqas minn 5 mg/kg kull waħda Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata mir-riżultati skont il-proċedura li ġejja: Estrazzjoni b'soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ekwivalenti għal 1 %. Il-kampjun irid ikun kompożitu ta' sitt biċċiet li jridu jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 cm mis-superfiċe). Iridu jsiru erba' estrazzjonijiet ripetuti tal-istess kampjun tal-fowm, filwaqt li jinżamm proporzjon tal-piż tal-kampjun mal-volum ta' 1:5 f'kull każ. L-estratti jingħaqdu, jiġu fformati għal volum magħruf, jiġu ffiltrati u analizzati b'HPLC-UV jew b'HPLC-MS. Jekk titwettaq HPLC-UV u tiġi suspettata interferenza, għandha ssir analiżi mill-ġdid b'HPLC-MS. Formaldeid Prodott finali/ġilda, tessut L-ammont ta' formaldeid idrolizzat u liberu tal-komponenti tax-xedd tas-saqajn ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin: Valur ta' limitu speċifikati Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test billi jintużaw il-metodi tal-ittestjar li ġejjin: tessuti: EN ISO 14184-1; ġilda: EN ISO 17226-1. Antimonju Fibri tal-poliester mhux maħdum Il-livell ta' antimonju preżenti fil-fibri tal-poliester mhux maħdum ma għandux jaqbeż il-260 ppm. 260 mg/kg Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-manifattur tal-fibri għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu matul il-proċess tal-manifattura jew dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn rapport tat-test li juża l-metodi tal-ittestjar li ġejjin: determinazzjoni diretta permezz ta' Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku jew permezz ta' Spettrometrija tal-Massa bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP). It-test għandu jitwettaq fuq kampjun kompożitu ta' fibri mhux maħduma qabel kwalunkwe pproċessar fl-imxarrab.

għall-istadji tal-produzzjoni (pereżempju t-tiżbigħ);

għar-riċetti li jintużaw fl-istadji tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn (pereżempju l-awżiljari);

għall-materjali jew għall-oġġetti omoġeni (pereżempju l-gomma sintetika jew naturali);

għall-prodott finali.

Nonilfenol, isomeri mħallta Nru CAS 25154-52-3

4-Nonilfenol Nru CAS 104-40-5

4-Nonilfenol, rammifikat Nru CAS 84852-15-3

Ottilfenol Nru CAS 27193-28-8

4-Ottilfenol Nru CAS 1806-26-4

4-tert-Ottilfenol Nru CAS 140-66-9

Ottil fenol polioksietilat Nru CAS 9002-93-1

Nonil fenol polioksietilat Nru CAS 9016-45-9

P-nonil fenol polioksietilat Nru CAS 26027-38-3

Bis(alkil tax-xaħam tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

Klorur tal-ammonju tad-distejaril tad-dimetil (DSDMAC)

Di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DHTDMAC)

Etilen diamminu tetra aċetat (EDTA)

Dietilen triammin penta aċetat (DTPA)

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

Aċidu nitrilotriaċetat (NTA)

2-Metoksietanol

N,N-dimetilformammid

1-Metil-2-pirrolidon

Bis(2-metossietil) etere

4,4′- Diamminodifenilmetan

1,2,3-trikloropropan

1,2-Dikloroetan; diklorur tal-etilen

2-Etoksietanol

Benżen-1,4-diammin diidroklorur

Bis(2-metossietil) etere

Formammid

N-metil-2-pirrolidon

Trikloroetilen

sustanzi attivi inklużi fil-lista mfassla skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għat-tip tal-prodott rilevanti (jiġifieri, fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati), sakemm il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imsemmija hemmhekk ikunu ssodisfati;

sustanzi attivi inklużi fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, sakemm il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imsemmija hemmhekk ikunu ssodisfati;

sustanzi attivi taħt eżami għat-tip ta' prodott rilevanti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament UE Nru 528/2012.

Klorofenoli: ġilda, EN ISO 17070; tessuti, XP G 08-015 (limiti ta' rilevament: ġilda: 0,1 ppm; tessuti: 0,05 ppm);

Dimetil fumarat ISO/TS 16186.

Diossini jew furani klorurati jew bromurati

Idrokarburi klorurati (1,1,2,2-Tetrakloroetan, Pentakloroetan, 1,1,2-Trikloroetan, 1,1-Dikloroetilin)

Eżakloroċikloeżan

Monometildibromo–Difenilmetan

Monometildikloro-Difenilmethan

Nitriti

Bifenili Polibrominati (PBB)

Etere tal-Pentabromodifenil (PeBDE))

Etere tal-Ottabromodifenil (OBDE)

Bifenili Poliklorinati (PCB)

Terfenili Poliklorinati (PCT)

Fosfat ta' tri-(2,3-dibromo-propil) (TRIS)

Trimetilfosfat

Tris-(ażidrinil)-fosfinossidu (TEPA)

Fosfat tat-tris (2-kloruetil TCEP))

Dimetil metilfosfonat (DMMP)))

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.

1. Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu anqas minn 1 mg/kg.

2. Il-limitu tal-konċentrazzjoni tas-somma totali għat-18-il PAH elenkati għandu jkun anqas minn 10 mg/kg.

1. Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu anqas minn 0,5 mg/kg.

2. Il-limitu tal-konċentrazzjoni tas-somma totali għat-18-il PAH elenkati għandu jkun anqas minn 1 mg/kg.

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL) Tabella 1 (a)(b)(c)(d)(e)(i)(iii)(iii)(f) Tabella 2 (a)(b) Tabella 3 (a)(i)(ii)(b) Tabella 4 (a)(b)(c)(d)(i) Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.

(ii) Il-plastifikanti li ġejjin ma għandhomx jintużaw fil-prodott, fi kwalunkwe oġġett tiegħu jew fi kwalunkwe parti omoġena tiegħu:

aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri alkiliċi di-C6-8-rammifikati, C7-rikki (DIHP) CAS: 71888-89-6

aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, di-C7-11-rammifikat u esteri alkiliċi lineari ((DHNUP) CAS: 68515-42-4

Ftalat ta' bis(2-metossietil) (DMEP) CAS: 117-82-8

Ftalat tad-diisobutil (DIBP) CAS: 84-69-5

Ftalat ta' bis(2-etileżil) (DEHP) CAS: 117-81-7

Ftalat tad-dibutil (DBP) CAS: 84-74-2

Ftalat tal-butil benżil (BBP) CAS: 85-68-7

Ftalat tad-di-n-pentil (DPP) CAS: 131-18-0

aċidu 1-2-benżendikarbossiliku, dipentilester, rammifikat u lineari CAS: 84777-06-0

Diisopentilftalat (DIPP) CAS: 605-50-5

Ftalat tad-dieżil (DnHP) CAS: 84-75-3

N-pentil-isopentilftalat CAS: 607-426-00-1

(iii) Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw fix-xedd tas-saqajn g–at-tfal ta' taħt it-tliet snin:

Ftalat tad-di-iso-nonil (DINP)* CAS: 28553-12-0; 68515-48-0

Di-n-ottilftalat (DNOP)* CAS: 117-84-0

Ftalat tad-diisodeċil (DIDP)* CAS: 26761-40-0; 68515-49-1

tessuti: < 20 mg/kg,

ġilda: < 20 mg/kg (xedd tas-saqajn għat-tfal); 75 mg/kg (kisi u inforra); 100 mg/kg għal partijiet oħra tal-prodott.

Versions

  1. 2016-08-05