Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1405 tat-22 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2016) 5466) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1405@2016-08-22/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni fil-Polonja.
(2) F'Awwissu tal-2016, seħħew żewġ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-powiat bialski fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa flimkien mal-bidla reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.
(3) Il-Kummissjoni tinnota li hemm bosta tifqigħat oħra fil-ħnieżer domestiċi li, abbażi ta' evidenza preliminari, jistgħu jiġu attribwiti għall-attività tal-bniedem minflok għall-ħnieżer selvaġġi u li għalhekk qed jiġu koperti minn Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni. Ġaladarba l-evidenza korroborattiva mill-Polonja tinkiseb b'rabta ma' dawn it-tifqigħat, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti biex jiġi eskluż ir-riskju tat-tixrid tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi.
(4) L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat f'dik is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja.
(5) Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan.
(6) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS
PARTI I
1. Il-Latvja Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,
fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,
fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils,
in-novads ta' Brocēnu,
in-novads ta' Dundagas,
in-novads ta' Jaunpils,
in-novads ta' Rojas,
in-novads ta' Rundāles,
in-novads ta' Stopiņu,
in-novads ta' Tērvetes,
il-pilsēta ta' Bauska.
ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,
ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala.
2. Il-Litwanja Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,
fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,
fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,
fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,
fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,
ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,
ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,
ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,
is-savivaldybė ta' Kalvarija,
is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,
is-savivaldybė ta' Marijampolė.
3. Il-Polonja Dawn iż-żoni fil-Polonja: Fil-województwo podlaskie: Fil-województwo mazowieckie: Fil-województwo lubelskie:
il-gminy ta' Augustów bil-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,
il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,
il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,
il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk, Milejczyce u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,
il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,
il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,
il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,
il-powiat łomżyński,
il-powiat M. Białystok,
il-powiat M. Łomża,
il-powiat M. Suwałki,
il-powiat moniecki,
il-powiat sejneński,
il-powiat wysokomazowiecki,
il-powiat zambrowski.
il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,
il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,
il-powiat M. Siedlce,
il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,
il-gminy ta' Olszanka, Łosice u Platerów fil-powiat łosicki,
il-powiat ostrowski.
il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,
il-gminy ta' Międzyrzec Podlaski bil-belt ta' Międzyrzec Podlaski, Drelów, Lomazy, Rossosz, Piszczac, Kodeń, Tuczna, Sławatycze, Wisznice u Sosnówka fil-powiat bialski.
il-gmina ta' Kąkolewnica Wschodnia u Komarówka Podlaska fil-powiat radzyński.
PARTI II
1. L-Estonja Dawn iż-żoni fl-Estonja:
il-linn ta' Kallaste,
il-linn ta' Rakvere,
il-linn ta' Tartu,
il-linn ta' Viljandi,
il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),
il-maakond ta' Ida-Virumaa,
il-maakond ta' Läänemaa,
il-maakond ta' Pärnumaa,
il-maakond ta' Põlvamaa,
il-maakond ta' Raplamaa,
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,
il-vald ta' Abja,
il-vald ta' Alatskivi,
il-vald ta' Avanduse,
il-vald ta' Haaslava,
il-vald ta' Haljala,
il-vald ta' Halliste,
il-vald ta' Kambja,
il-vald ta' Karksi,
il-vald ta' Koonga,
il-vald ta' Kõpu,
il-vald ta' Laekvere,
il-vald ta' Luunja,
il-vald ta' Mäksa,
il-vald ta' Märjamaa,
il-vald ta' Meeksi,
il-vald ta' Peipsiääre,
il-vald ta' Piirissaare,
il-vald ta' Rägavere,
il-vald ta' Rakvere,
il-vald ta' Saksi,
il-vald ta' Sõmeru,
il-vald ta' Vara,
il-vald ta' Vihula,
il-vald ta' Võnnu.
2. Il-Latvja Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,
fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,
fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,
fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo,
fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,
fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,
fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,
fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes,
in-novads ta' Ādažu,
in-novads ta' Aizkraukles,
in-novads ta' Aknīstes,
in-novads ta' Alūksnes,
in-novads ta' Amatas,
in-novads ta' Apes,
in-novads ta' Babītes,
in-novads ta' Baldones,
in-novads ta' Baltinavas,
in-novads ta' Carnikavas,
in-novads ta' Cēsu,
in-novads ta' Cesvaines,
in-novads ta' Engures,
in-novads ta' Ērgļu,
in-novads ta' Garkalnes,
in-novads ta' Iecavas,
in-novads ta' Ikšķiles,
in-novads ta' Ilūkstes,
in-novads ta' Inčukalna,
in-novads ta' Jaunjelgavas,
in-novads ta' Jaunpiebalgas,
in-novads ta' Jēkabpils,
in-novads ta' Ķeguma,
in-novads ta' Ķekavas,
in-novads ta' Kocēnu,
in-novads ta' Kokneses,
in-novads ta' Krimuldas,
in-novads ta' Krustpils,
in-novads ta' Lielvārdes,
in-novads ta' Līgatnes,
in-novads ta' Līvānu,
in-novads ta' Lubānas,
in-novads ta' Madonas,
in-novads ta' Mālpils,
in-novads ta' Mārupes,
in-novads ta' Preiļu,
in-novads ta' Neretas,
in-novads ta' Ogres,
in-novads ta' Olaines,
in-novads ta' Ozolnieki,
in-novads ta' Pārgaujas,
in-novads ta' Pļaviņu,
in-novads ta' Priekuļu,
in-novads ta' Raunas,
in-novads ta' Ropažu,
in-novads ta' Salas,
in-novads ta' Salaspils
in-novads ta' Saulkrastu,
in-novads ta' Sējas,
in-novads ta' Siguldas,
in-novads ta' Skrīveru,
in-novads ta' Smiltenes,
in-novads ta' Tukuma,
in-novads ta' Varakļānu,
in-novads ta' Vecpiebalgas,
in-novads ta' Vecumnieku,
in-novads ta' Viesītes,
in-novads ta' Viļakas,
il-pilsēta ta' Limbaži.
ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;
ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,
3. Il-Litwanja Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,
il-miesto savivaldybė ta' Alytus,
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,
fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,
il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,
il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,
il-miesto savivaldybė ta' Prienai,
il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,
ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,
is-savivaldybė ta' Druskininkai,
ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,
ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,
ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,
ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,
ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,
ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,
ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,
ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,
is-savivaldybė ta' Birštonas,
is-savivaldybė ta' Visaginas.
4. Il-Polonja Dawn iż-żoni fil-Polonja: Fil-podlaskie województwo:
il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,
il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,
il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,
il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,
il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.
PARTI III
1. L-Estonja Dawn iż-żoni fl-Estonja:
il-linn ta' Elva,
il-linn ta' Võhma,
il-maakond ta' Jõgevamaa,
il-maakond ta' Järvamaa,
il-maakond ta' Valgamaa,
il-maakond ta' Võrumaa,
il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),
il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,
il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,
il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,
il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,
il-vald ta' Aegviidu,
il-vald ta' Anija,
il-vald ta' Kadrina,
il-vald ta' Kolga-Jaani,
il-vald ta' Konguta,
il-vald ta' Kõo,
il-vald ta' Laeva,
il-vald ta' Nõo,
il-vald ta' Paistu,
il-vald ta' Puhja,
il-vald ta' Rakke,
il-vald ta' Rannu,
il-vald ta' Rõngu,
il-vald ta' Saarepeedi,
il-vald ta' Tapa,
il-vald ta' Tähtvere,
il-vald ta' Tarvastu,
il-vald ta' Ülenurme,
il-vald ta' Väike-Maarja.
2. Il-Latvja Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu,
fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas,
fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,
fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,
fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,
in-novads ta' Aglonas,
in-novads ta' Alojas,
in-novads ta' Beverīnas,
in-novads ta' Burtnieku,
in-novads ta' Ciblas,
in-novads ta' Dagdas,
in-novads ta' Daugavpils,
in-novads ta' Kārsavas,
in-novads ta' Krāslavas,
in-novads ta' Ludzas,
in-novads ta' Mazsalacas,
in-novads ta' Naukšēnu,
in-novads ta' Preiļu,
in-novads ta' Rēzeknes,
in-novads ta' Riebiņu,
in-novads ta' Rūjienas,
in-novads ta' Strenču,
in-novads ta' Valkas,
in-novads ta' Vārkavas,
in-novads ta' Viļānu,
in-novads ta' Zilupes,
il-pilsēta ta' Ainaži,
il-pilsēta ta' Salacgrīva.
ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;
ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.
3. Il-Litwanja Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,
fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,
fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,
ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,
fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,
fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,
fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,
fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,
fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,
fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,
fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,
fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,
is-savivaldybė ta' Elektrėnai,
il-miesto savivaldybė ta' Jonava,
il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,
ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,
ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,
4. Il-Polonja Dawn iż-żoni fil-Polonja: Fil-województwo mazowieckie: Fil-województwo lubelskie:
il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski,
il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki,
il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki.
il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski,
il-powiat M. Biała Podlaska.
PARTI IV L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
iż-żoni kollha ta' Sardenja.