Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1807 tat-30 ta' Settembru 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Poulet du Périgord (IĠP))

In forceVersion 2016-09-30from 2016-11-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1807@2016-09-30/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni Poulet du Périgord tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2) Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni Poulet du Périgord għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni Poulet du Périgord (IĠP) hija rreġistrata. Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam (u l-ġewwieni) frisk imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Phil Hogan Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2016-09-30