Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1961 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

In forceVersion 2016-11-08from 2016-11-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/1961@2016-11-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2) Wara l-organizzazzjoni mill-Federazzjoni Russa tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill iqis li jeħtieġ li sitt persuni jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3) Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016. Għall-Kunsill Il-President P. Kažimír

ANNEX

ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

Isem Informazzjoni għall-Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 152. Ruslan Ismailovich BALBEK Руслан Исмаилович Бальбек Data tat-Twelid: 28.8.1977 Post tat-Twelid: Bekabad, l-Użbekistan SSR Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi. Fl-2014 Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea u ħadem f'din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b'midalja Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fil-fergħa tal-Krimea) u artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta' Lulju 2016. 9.11.2016 153. Konstantin Mikhailovich BAKHAREV Константин Михайлович Бахарев Data tat-Twelid: 20.10.1972 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F'Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea, u f'Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta' dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta' Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta' Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni Għall-ħarsien tad-dmirijiet mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Krimea. 9.11.2016 154. Dmitry Anatolievich BELIK Дмитрий Анатольевич Белик Data tat-Twelid: 17.10.1969 Post tat-Twelid: Distrett ta' Kular Ust-Yansky, SSR Awtonomu ta' Yakut Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta' Sevastopol li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar it-Tassazzjoni. Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta' Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ Sindku tal-Poplu Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f'intervista ppubblikata fil-21 ta' Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat l-ordni tal-istat Russu Għad-dmir lejn art twelidi - grad II. 9.11.2016 155. Andrei Dmitrievich KOZENKO Андрей Дмитриевич Козенко Data tat-Twelid: 3.8.1981 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F'Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fis-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-12 ta' Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat b'midalja Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea mill-awtoritajiet lokali. 9.11.2016 156. Svetlana Borisovna SAVCHENKO Светлана Борисовна Савченко Data tat-Twelid: 24.6.1965 Post tat-Twelid: Belogorsk SSR tal-Ukrajna Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura. Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea sa mill-2012 u minn Marzu 2014 'il quddiem appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F'Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f'għadd ta' okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta' April 2016 u l-20 ta' Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-istat Russu Għad-dmir lejn art twelidi - grad II fl-2014 u bl-ordni Għall-ħarsien tad-dmirijiet mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Krimea fl-2015. 9.11.2016 157. Pavel Valentinovich SHPEROV Павел Валентинович Шперов Data tat-Twelid: 4.7.1971 Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar Affarijiet tal-Komunità ta' Stati Indipendenti (KSI), l-Integrazzjoni Ewrasjatika u rabtiet mal-kumpatrijotti. F'Settembru 2014 Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Krimea. Huwa pubblikament ammetta, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku ldpr-rk.ru fit-3 ta' Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b'mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola. 9.11.2016

Versions

  1. 2016-11-08