Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2003 tal-14 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2016) 7218) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/2003@2016-11-14/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.
(8) Saret valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE. Billi għadha għaddeja r-reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.
(9) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 1
Artikolu 3 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti televiżjonijiet, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 2 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/263/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 2
Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 3 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/264/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 3
Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 4 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/382/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 4
Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 5 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/383/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 5
Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 6 L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/720/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 6
Artikolu 3 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bil-magni industrijali u istituzzjonali awtomatiċi, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 7 L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/721/UE jinbidel b'li ġej:
Artikolu 7
Artikolu 3 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016. Għall-Kummissjoni Karmenu Vella Membru tal-Kummissjoni