Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2015 tas-17 ta' Novembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/2015@2016-11-17/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.
(2) Huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni biex jiġi deċiż liema dejta għandha titressaq għat-tħejjija tal-istatistika fil-Modulu 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni u l-Modulu 2: Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni, u biex jiġu ffissati l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.
(3) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandha tkun dik speċifikata fil-Modulu 1, L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni, tal-Anness I u fil-Modulu 2, Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni, tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS I
MODULU 1: L-intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni
MODULU 1: A.
IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(1) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2017, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(1)
(a) is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi;
(b) l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi;
(c) il-kummerċ elettroniku;
(d) il-proċessi tal-e-business u l-aspetti organizzattivi;
(e) il-kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT;
(f) ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' netwerks elettroniċi oħra, proċessi ta' kummerċ elettroniku u e-business;
(g) l-aċċess għal u l-użu ta' teknoloġiji li jiffaċilitaw il-konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).
(2) Għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin dwar l-intrapriżi:
(2)
(a) Is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi
(a)
(i) għall-intrapriżi kollha:
l-użu tal-kompjuter;
(ii) għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:
(fakultattiv) il-persuni impjegati jew il-perċentwal tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-finijiet tan-negozju.
(b) L-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi
(b)
(i) għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:
aċċess għall-Internet;
(ii) għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:
il-persuni impjegati, jew il-perċentwal tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter u li għandhom aċċess għall-Internet għall-finijiet tan-negozju;
konnessjoni mal-Internet: DSL jew kull tip ieħor ta' konnessjoni broadband fissa;
konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband mobbli permezz ta' apparat portabbli bl-użu tan-netwerks tat-telefonija ċellulari (mill-inqas 3G);
il-persuni impjegati jew il-perċentwal tat-total tal-persuni impjegati li jużaw apparat portabbli li ngħatalhom mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni mal-Internet permezz tan-netwerks tat-telefonija ċellulari, għall-finijiet tan-negozju;
li għandhom sit web;
l-użu ta' netwerks soċjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;
l-użu tal-blogs jew tal-mikroblogs tal-intrapriża, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;
l-użu ta' siti web li jikkondividu kontenut multimedjali, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;
l-użu ta' għodod ta' kondiviżjoni tal-għarfien ibbażati fuq il-wiki, mhux biss biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa;
(iii) għall-intrapriżi li għandhom id-DSL, jew kull tip ieħor ta' konnessjoni broadband fissa mal-Internet:
il-veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet fissa veloċi f'Mbit/s fil-meded: [0,< 2], [2,< 10], [10,< 30], [30,< 100], [> 100];
l-adegwatezza tal-veloċità tal-konnessjoni tal-Internet fissa fid-dawl tal-ħtiġijiet effettivi tal-intrapriża;
(iv) għall-intrapriżi li għandhom sit web, informazzjoni dwar il-forniment tal-faċilitajiet li ġejjin:
deskrizzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi, listi tal-prezzijiet;
il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja online;
il-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw l-oġġetti jew is-servizzi online;
it-traċċar jew informazzjoni dwar l-istatus tal-ordnijiet li jkunu saru;
il-kontenut ippersonalizzat fis-sit web għall-viżitaturi regolari/rikorrenti;
ħoloq jew referenzi għall-profili tal-intrapriża fil-midja soċjali;
(v) għall-intrapriżi li jużaw il-midja soċjali, li jirreferu speċifikament għal netwerks soċjali, il-blogs jew il-mikroblogs tal-intrapriża, is-siti web li jikkondividu l-kontenut multimedjali jew għodod ta' kondiviżjoni tal-għarfien fuq il-bażi ta' wiki, għal finijiet differenti milli biex jiddaħħlu r-reklami mħallsa:
l-użu tal-midja soċjali għall-iżvilupp tal-immaġni tal-intrapriża jew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;
l-użu tal-midja soċjali biex jinkisbu l-opinjonijiet, il-valutazzjonijiet jew il-mistoqsijiet tal-klijenti u biex dawn jingħataw tweġiba;
l-użu tal-midja soċjali biex jiġu involuti l-klijenti fl-iżvilupp jew fl-innovazzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi;
l-użu tal-midja soċjali għall-kollaborazzjoni mas-sħab fin-negozju jew ma' organizzazzjonijiet oħra;
l-użu tal-midja soċjali għar-reklutaġġ tal-impjegati;
l-użu tal-midja soċjali għall-iskambju tal-fehmiet, tal-opinjonijiet jew tal-għarfien fi ħdan l-intrapriża.
(c) Il-kummerċ elettroniku
(c)
(i) għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:
il-wasla ta' ordnijiet għal oġġetti jew servizzi li jkunu saru permezz ta' sit web jew ta' apps (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla ta' ordnijiet għal oġġetti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) l-ordnijiet li saru għal oġġetti jew servizzi permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;
(ii) għall-intrapriżi li jkunu rċevew ordnijiet għal oġġetti jew servizzi li jkunu tqiegħdu permezz ta' sit web jew ta' apps fis-sena kalendarja preċedenti:
il-valur tal-fatturat, espress f'ċifri assoluti jew bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jkunu saru permezz ta' sit web jew ta' apps, fis-sena kalendarja preċedenti;
il-perċentwal tal-fatturat minn ordnijiet li jaslu permezz ta' sit web jew ta' apps, diżaggregat skont il-bejgħ lil konsumaturi privati (min-Negozju għall-Konsumatur: B2C), u l-bejgħ lil intrapriżi oħra (minn Negozju għal Negozju: B2B) u lill-awtoritajiet pubbliċi (min-Negozju għall-Gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla tal-ordnijiet permezz tas-sit web jew ta' apps proprji tal-intrapriża (fosthom dawk tal-intrapriżi omm jew affiljati, extranets), fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla ta' ordnijiet permezz ta' sit web jew ta' apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użat minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta' prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti;
il-perċentwal tal-fatturat minn ordnijiet li jaslu permezz ta' sit web jew ta' apps diżaggregat skont l-ordnijiet li jaslu permezz tas-sit web jew tal-apps proprji tal-intrapriża (fosthom dawk tal-intrapriżi omm jew affiljati, extranets) u skont l-ordnijiet li jaslu permezz ta' sit web jew ta' apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użat minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta' prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla ta' ordnijiet li jkunu saru mill-konsumaturi permezz ta' sit web jew ta' apps skont l-oriġini tagħhom: pajjiżhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla ta' ordnijiet li jkunu saru mill-konsumaturi permezz ta' sit web jew ta' apps skont l-oriġini tagħhom: pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti;
il-wasla ta' ordnijiet li jkunu saru mill-konsumaturi permezz ta' sit web jew ta' apps skont l-oriġini tagħhom: il-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturat minn ordnijiet li jaslu permezz ta' sit web jew ta' apps diżaggregat skont l-oriġini tagħhom: pajjiżhom stess, pajjiżi oħra tal-UE u l-bqija tad-dinja;
(iii) għall-intrapriżi li jkunu rċevew ordnijiet għal oġġetti jew għal servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI:
il-valur tal-fatturat jew il-perċentwal tal-fatturat totali tal-bejgħ permezz tal-kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;
ordnijiet li jaslu u li jkunu saru mill-klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: pajjiżhom, matul is-sena kalendarja preċedenti;
ordnijiet li jaslu u li jkunu saru mill-klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti;
ordnijiet li jaslu u li jkunu saru mill-klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: il-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti;
(iv) għall-intrapriżi li jkunu għamlu ordnijiet permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI:
(fakultattiv) l-ordnijiet għal oġġetti jew servizzi li jkunu saru permezz ta' sit web jew ta' apps, fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) l-ordnijiet għal oġġetti jew servizzi li jkunu saru permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) l-ordnijiet li jkunu saru permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI għal oġġetti jew servizzi sal-valur ta' mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri, fis-sena kalendarja preċedenti;
(v) għall-intrapriżi li jkunu għamlu l-ordnijiet permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI għall-valur ta' mill-inqas 1 % tal-valur totali tax-xiri, fis-sena kalendarja preċedenti:
(fakultattiv) ordnijiet li jkunu saru permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI lil fornituri li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża stess, fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) ordnijiet li jkunu saru permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI lil fornituri li jinsabu f'pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) ordnijiet li jkunu saru permezz ta' sit web, apps jew messaġġ tat-tip EDI lil fornituri li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.
(d) Il-proċessi tal-e-business u l-aspetti organizzattivi
(d)
(i) għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:
l-użu ta' pakket ta' softwer tal-ERP (l-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex tinqasam l-informazzjoni fost il-funzjonijiet tan-negozju differenti;
l-użu ta' kull applikazzjoni ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer CRM) li tippermetti li l-informazzjoni dwar il-klijenti tal-intrapriża tinġabar, tinħażen u titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' funzjonijiet oħra tan-negozju;
l-użu ta' kull applikazzjoni ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer CRM) li tippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni;
l-iskambju ta' informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-ġestjoni tal-katina ta' provvista ma' intrapriżi oħra (fornituri jew klijenti);
(fakultattiv) il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll stampata lil intrapriżi oħra, matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll stampata lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-ħruġ jew it-trażmissjoni ta' kull tip ta' fattura, kemm f'forma elettronika kif ukoll stampata lill-konsumaturi privati, matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li jaslu bħala fatturi elettroniċi, fi struttura standard li tkun addattata għall-ipproċessar awtomatizzat (fatturi elettroniċi), matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakulattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li jaslu bħala fatturi f'forma stampata jew elettronika li ma tkunx addattata għall-ipproċessar awtomatizzat, matul is-sena kalendarja preċedenti;
l-użu ta' strumenti ta' Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju għall-identifikazzjoni ta' persuni jew għall-kontroll tal-aċċess;
l-użu ta' strumenti ta' Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju bħala parti mill-proċess ta' produzzjoni u ta' provvista tas-servizzi;
l-użu ta' strumenti ta' Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju għall-identifikazzjoni ta' prodotti wara l-proċess ta' produzzjoni;
(ii) għall-intrapriżi li jaqsmu l-informazzjoni b'mod elettroniku dwar il-Ġestjoni tal-Katina ta' Provvista ma' intrapriżi oħra (fornituri jew klijenti):
l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Katina ta' Provvista ma' intrapriżi oħra permezz ta' siti web (is-sit web tal-intrapriża, is-sit web tas-sħab tan-negozju jew il-portali web);
l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Katina ta' Provvista ma' intrapriżi oħra permezz ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni li tkun addattata għall-ipproċessar awtomatizzat;
(iii) għall-intrapriżi li jkunu ħarġu/bagħtu fatturi lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti:
(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li nħarġu jew intbagħtu bħala fatturi elettroniċi fi struttura standard li tkun addattata għall-ipproċessar awtomatizzat (fatturi elettroniċi), lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li nħarġu jew intbagħtu bħala fatturi, f'forma elettronika li ma tkunx addattata għall-ipproċessar awtomatizzat, lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) il-perċentwal tal-fatturi kollha li nħarġu jew intbagħtu biss bħala fatturi f'forma stampata, lil intrapriżi oħra jew lill-awtoritajiet pubbliċi, matul is-sena kalendarja preċedenti.
(e) Il-kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn għal kompetenza fl-ICT
(e)
(i) Għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:
l-impjieg ta' speċjalisti tal-ICT;
l-għoti ta' kull tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għall-ispeċjalisti tal-ICT, matul is-sena kalendarja preċedenti;
l-għoti ta' kull tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għal persuni impjegati oħra, matul is-sena kalendarja preċedenti;
ir-reklutaġġ jew it-tentattiv ta' reklutaġġ ta' speċjalisti tal-ICT matul is-sena kalendarja preċedenti;
(fakultattiv) it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT li jidhru hawn taħt matul is-sena kalendarja preċedenti, diżaggregati Prinċipalment skont l-impjegati stess tal-intrapriża, fosthom dawk li jkunu impjegati f'intrapriżi omm jew affiljati, Prinċipalment skont il-fornituri esterni, jew Mhux applikabbli:
il-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT (servers, kompjuters, stampaturi, netwerks);
is-sostenn tas-softwer li jintuża fl-uffiċċju;
l-iżvilupp ta' softwer/sistemi tal-ġestjoni ta' negozju;
is-sostenn tas-softwer/tas-sistemi tal-ġestjoni ta' negozju;
l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tal-web;
is-sostenn tas-soluzzjonijiet tal-web;
is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta;
(ii) għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter u li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti tal-ICT matul is-sena kalendarja preċedenti:
postijiet tax-xogħol battala għall-ispeċjalisti tal-ICT li kien diffiċli biex jimtlew.
(f) Ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' netwerks elettroniċi oħra, proċessi ta' kummerċ elettroniku u e-business Għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet li saru minn klijenti f'pajjiżi oħra tal-UE permezz ta' sit web jew ta' app, matul is-sena kalendarja preċedenti. Informazzjoni dwar id-diffikultajiet li ġejjin meta jsir bejgħ lil pajjiżi oħra tal-UE:
l-ispejjeż għolja ta' kunsinna jew ta' ritorn ta' prodotti;
id-diffikultajiet marbuta mar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u tat-tilwim;
l-adattament tat-tikkettar tal-prodotti għall-bejgħ lejn pajjiżi oħra tal-UE;
in-nuqqas ta' għarfien ta' lingwi barranin biex issir komunikazzjoni ma' klijenti f'pajjiżi oħra tal-UE;
ir-restrizzjonijiet imposti mill-isħab tan-negozju tal-intrapriża fuq il-bejgħ lil ċerti pajjiżi tal-UE.
(g) L-aċċess għal u l-użu ta' teknoloġiji li jiffaċilitaw il-konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)
(g)
(i) għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:
(fakultattiv) l-użu ta' servizzi tal-cloud computing, minbarra servizzi mingħajr ħlas;
(ii) għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet u li jixtru s-servizzi tal-cloud computing:
(fakultattiv) l-użu tal-posta elettronika bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-użu tas-softwer tal-uffiċċju bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-ospitar tal-bażi(jiet) tad-dejta tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) il-ħżin ta' fajls bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-użu ta' softwer tal-finanzi jew tal-kontabilità bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-użu tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM, applikazzjoni ta' softwer għall-immaniġġjar ta' informazzjoni dwar il-klijenti) bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-użu tal-qawwa komputazzjonali biex jitħaddem is-softwer tal-intrapriża stess bħala servizz tal-cloud computing;
(fakultattiv) l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mogħtija minn servers komuni tal-fornituri tas-servizzi;
(fakultattiv) l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mogħtija minn servers ta' fornituri tas-servizzi, riżervati esklużivament għall-intrapriża.
(3) L-informazzjoni ta' sfond li ġejja għandha tinġabar mingħand l-intrapriżi kollha, jew tinkiseb minn sorsi alternattivi:
l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża fis-sena kalendarja preċedenti;
l-għadd medju ta' persuni impjegati fis-sena kalendarja preċedenti;
il-valur totali tal-fatturat, mingħajr il-VAT, fis-sena kalendarja preċedenti.
B.
KOPERTURA Id-dettalji speċifikati fl-intestaturi A(2) u (3) għandhom jinġabru għall-kategoriji ta' intrapriżi li ġejjin:
(1) Attività ekonomika: l-intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji tan-NACE Rev. 2 li ġejjin: Il-kategorija tan-NACE Rev. 2 Deskrizzjoni Taqsima C Manifattura Taqsima D, E Provvista ta' elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata, provvista tal-ilma, sistema ta' drenaġġi, immaniġġar tal-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni Taqsima F Kostruzzjoni Taqsima G Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi Taqsima H Trasport u ħażna Taqsima I Attivitajiet ta' akkomodazzjoni u tas-servizzi tal-ikel Taqsima J Informatika u komunikazzjoni Taqsima L Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli Diviżjonijiet 69-74 Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi Taqsima N Attivitajiet ta' servizz amministrattivi u ta' sostenn Grupp 95.1 Tiswija ta' kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni;
(2) Id-daqs tal-intrapriża: intrapriżi b'10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b'inqas minn 10 persuni impjegati jistgħu jiġu koperti b'mod fakultattiv;
(3) L-ambitu ġeografiku: l-intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.
C.
PERJODI TA' REFERENZA Il-perjodu ta' referenza huwa s-sena 2016 għad-dettalji li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta' referenza huwa l-2017 għad-dettalji l-oħra.
D.
DIŻAGGREGAZZJONI TAD-DEJTA Iridu jingħataw id-dettalji kuntestwali li ġejjin rigward is-suġġetti u d-dettalji tagħhom elenkati fl-intestatura (2) tal-Parti A:
(1) Diżaggregazzjoni tal-attività ekonomika: skont l-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin:
(1) Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2 għall-kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali
10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18 19 + 20 + 21 + 22 + 23 24 + 25 26 + 27 + 28 + 29 + 30 + 31 + 32 + 33 35 + 36 + 37 + 38 + 39 41 + 42 + 43 45 + 46 + 47 47 49 + 50 + 51 + 52 + 53 55 58 + 59 + 60 + 61 + 62 + 63 68 69 + 70 + 71 + 72 + 73 + 74 77 + 78 + 79 + 80 + 81 + 82 26.1 + 26.2 + 26.3 + 26.4 + 26.8 + 46.5 + 58.2 + 61 + 62 + 63.1 + 95.1
Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2 għall-kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej
10 + 11 + 12 13 + 14 + 15 16 + 17 + 18 26 27 + 28 29 + 30 31 + 32 + 33 45 46 55 + 56 58 + 59 + 60 61 62 + 63 77 + 78 + 80 + 81 + 82 79 95.1
(2) diżaggregazzjoni skont il-klassifikazzjoni tad-daqs: id-dejta għandha tkun diżaggregata skont il-klassifikazzjonijiet tad-daqs li ġejjin skont l-għadd ta' persuni impjegati: Id-dejta koperta għandha tingħata diżaggregata skont it-tabella li ġejja:
(2) Klassifikazzjoni tad-daqs
10 persuni impjegati jew aktar minn 10 sa 49 persuna impjegata minn 50 sa 249 persuna impjegata 250 persuna impjegata jew aktar
minn 0 sa 9 persuni impjegati (fakultattiv) minn 2 sa 9 persuni impjegati (fakultattiv) minn 0 sa 1 persuna impjegata (fakultattiv)
E.
PERJODIĊITÀ Id-dejta stipulata f'dan l-Anness għandha tingħata darba għas-sena 2017.
F.
SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI
(1) Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness I (6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, immarkata fejn meħtieġ bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, għandha tiġi trażmessa lill-Eurostat qabel il-5 ta' Ottubru 2017. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jkun iffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.
(2) Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2017.
(3) Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta' Novembru 2017.
(4) Id-dejta u l-metadejta għandhom jiġu pprovduti lill-Eurostat, billi jintużaw is-servizzi ta' Punt Uniku ta' Servizz, skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat. Il-metadejta u r-rapport dwar il-kwalità għandhom jingħataw fl-istruttura tal-metadejta standard iddefinita mill-Eurostat.
ANNESS II
MODULU 2: Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni
MODULU 2: A.
IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(1) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2017, mislutin mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(1)
(a) l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji;
(b) l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji;
(c) is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT;
(d) kompetenzi u ħiliet fl-ICT;
(e) ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet;
(f) l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern);
(g) l-aċċess għal u l-użu ta' teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).
(2) Għandhom jinġabru d-dettalji li ġejjin:
(2)
(a) L-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji
(a)
(i) għall-unitajiet domestiċi (familji) kollha:
l-aċċess għal kompjuter (kull tip: kompjuter desktop, laptop, netbook jew tablet, ħlief l-ismartphone) mid-dar;
l-aċċess għall-Internet mid-dar (ikun xi jkun l-apparat użat: il-kompjuters kif ukoll l-ismartphones u l-konsols tal-logħob jew l-apparati għall-qari tal-kotba elettroniċi);
(ii) għall-unitajiet domestiċi li għandhom aċċess għall-Internet:
il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband fissa;
il-konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni broadband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari, ta' mill-inqas 3G);
(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: aċċess bil-linja normali tat-telefown billi jċemplu jew permezz tal-ISDN;
(fakultattiv) konnessjoni mal-Internet: il-konnessjoni narrowband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari inqas minn 3G);
(iii) għall-individwi kollha:
l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter minnhom stess fi kwalunkwe post (id-dar, ix-xogħol jew kull post ieħor): qatt ma użaw kompjuter f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu;
(iv) għall-individwi li jkunu użaw kompjuter fi kwalunkwe post f'dawn l-aħħar tliet xhur:
frekwenza medja ta' użu tal-kompjuter: kuljum jew kważi kuljum, tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa.
(b) L-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew familji
(b)
(i) għall-individwi kollha:
l-aktar użu reċenti tal-Internet, fi kwalunkwe post, ikun xi jkun l-apparat użat: qatt ma użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu;
(ii) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet:
il-frekwenza tax-xiri jew tal-ordni ta' oġġetti jew servizzi permezz tal-Internet (permezz ta' siti web jew ta' apps; minbarra ordnijiet li jsiru permezz ta' e-mails ittajpjati bl-idejn, bis-servizz ta' messaġġi qosra u bis-servizzi ta' messaġġi multimedjali) għall-użu privat, ikun xi jkun l-apparat użat: qatt ma xtraw jew ordnaw xejn permezz tal-Internet, f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu;
(iii) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:
il-frekwenza medja tal-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur: kuljum jew kważi kuljum, tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex jibgħatu u jirċievu l-e-mails;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għal telefonati permezz tal-Internet, għal telefonati viżivi (bl-użu ta' webcam) permezz tal-Internet (bl-użu tal-applikazzjonijiet);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks soċjali (il-ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew kontribuzzjonijiet oħra);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed itella' kontenut maħluq minnu stess (bħal testi, ritratti, mużika, vidjos, softwer) fuq kwalunkwe sit web komuni;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jaqra l-aħbarijiet, il-gazzetti jew ir-rivisti tal-aħbarijiet online;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex informazzjoni marbuta mas-saħħa (pereżempju dwar korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa, eċċ.;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed isib l-informazzjoni dwar oġġetti jew servizzi;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' impustar ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi permezz ta' siti web (pereżempju blogs, netwerks soċjali, eċċ.);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed jieħu sehem f'konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (pereżempju dwar l-ippjanar urban, l-iffirmar ta' xi petizzjoni);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed ifittex impjieg jew jibgħat applikazzjoni għal impjieg;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks professjonali (il-ħolqien ta' profil tal-utent, impustar ta' messaġġi jew kontribuzzjonijiet oħra);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar jew mal-akkomodazzjoni marbuta mal-ivvjaġġar;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi (pereżempju permezz ta' rkantijiet);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati għall-użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet;
l-użu tal-ispazju ta' ħżin fl-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal skopijiet privati biex wieħed iżomm id-dokumenti, ir-ritratti, il-mużika, il-vidjos jew fajls oħra;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta' kors online;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, billi jintuża materjal ta' tagħlim online li ma jkunx kors online sħiħ;
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta' komunikazzjoni ma' ħarrieġa jew ma' studenti bl-użu ta' siti web jew portali edukattivi;
(fakultattiv) l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal attivitajiet ta' tagħlim oħrajn għal skopijiet edukattivi, professjonali jew privati;
(iv) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
l-użu ta' kwalunkwe sit web jew app matul dawn l-aħħar tnax-il xahar biex wieħed ifittex akkomodazzjoni (bħal kamra, appartament, dar, villeġġatura, eċċ.) mingħand individwu ieħor għal skopijiet privati: minn siti web jew apps speċjalizzati, minn siti web jew apps oħra (inklużi netwerks soċjali), jew l-ebda użu;
l-użu ta' kwalunkwe sit web jew app matul dawn l-aħħar tnax-il xahar biex wieħed ifittex servizzi tat-trasport (bħall-karozzi) mingħand individwu ieħor għal skopijiet privati: minn siti web jew apps speċjalizzati, minn siti web jew apps oħra (inklużi netwerks soċjali), jew l-ebda użu;
l-użu tal-Internet (minbarra l-e-mails) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal xiri jew bejgħ ta' ishma, bonds, fondi jew servizzi oħrajn tal-investiment;
l-użu tal-Internet (minbarra l-e-mails) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal xiri jew tiġdid ta' poloz tal-assigurazzjoni eżistenti, inklużi dawk li jingħataw bħala pakkett flimkien ma' servizz ieħor;
l-użu tal-Internet (minbarra l-e-mails) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex wieħed jieħu self jew dejn ipotekarju jew biex jikseb kreditu minn banek jew mingħand fornituri oħra ta' finanzjament;
(v) għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tliet xhur:
l-għadd ta' drabi li nxtraw jew ġew ordnati oġġetti jew servizzi permezz tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal użu privat: l-għadd ta' drabi, jew fi klassifikazzjonijiet: 1-2 darbiet, bejn 3 u 5 darbiet, bejn 6 u 10 darbiet, > 10 darbiet;
il-valur totali tal-oġġetti jew tas-servizzi (minbarra l-ishma jew servizzi finanzjarji oħra) li nxtraw jew ġew ordnati permezz tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal użu privat: l-ammont f'euro, jew fi klassifikazzjonijiet: inqas minn EUR 50, bejn EUR 50 u inqas minn EUR 100, bejn EUR 100 u inqas minn EUR 500, bejn EUR 500 u inqas minn EUR 1000, EUR 1000 jew aktar, mhux magħruf;
(vi) għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ikel jew prodotti tal-merċa għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti tad-dar (bħal għamara, ġugarelli, eċċ., iżda għajr il-prodotti elettroniċi għall-konsumaturi) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna mediċina għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ħwejjeġ jew oġġetti tal-isport għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna ħardwer tal-kompjuter għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna servizzi tat-telekomunikazzjoni (pereżempju bħat-televixin, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b'linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta' flus f'kards telefoniċi mħallsa minn qabel) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna akkomodazzjoni għal btala (inklużi lukandi) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna arranġamenti oħra tal-ivvjaġġar (bħal biljetti għat-trasport, kiri ta' karozza) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna biljetti għal avvenimenti għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna films jew mużika għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna kotba, rivisti jew gazzetti għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna materjal għal tagħlim elettroniku għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna softwer tal-logħob vidjo, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti ta' softwer għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa nazzjonali;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa minn pajjiżi oħra tal-UE;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa mill-bqija tad-dinja;
l-użu tal-Internet biex wieħed jixtri jew jordna oġġetti jew servizzi għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhuwiex magħruf;
(vii) għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal xiri jew ordnijiet ta' films, mużika, kotba, rivisti, gazzetti, softwer tal-logħob vidjo, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti ta' softwer:
films jew mużika mniżżla jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal użu privat;
kotba elettroniċi mniżżla jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal użu privat;
rivisti elettroniċi jew gazzetti elettroniċi films imniżżla jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal użu privat;
softwer tal-kompjuter (inklużi logħob tal-kompjuter u logħob vidjo u aġġornamenti ta' softwer) imniżżel jew aċċessat minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal użu privat;
(viii) għal individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) u li xtraw jew ordnaw mingħand bejjiegħa minn pajjiżi oħra tal-UE jew mill-bqija tad-dinja:
oġġetti fiżiċi (bħal prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, ġugarelli, ikel, prodotti tal-merċa, kotba, CDs/DVDs) mixtrija jew ordnati għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
prodotti mniżżla jew aċċessati minn siti web jew apps (bħal films, mużika, kotba elettroniċi, gazzetti elettroniċi, logħob, applikazzjonijiet imħallsa) għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
arranġamenti tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-btajjel (bħal biljetti u dokumenti bil-posta jew stampati mill-persuna stess) mixtrija jew ordnati għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;
servizzi oħra (bħal biljetti għal avvenimenti li jaslu permezz ta' e-mail, abbonamenti tat-telekomunikazzjoni) mixtrija jew ordnati għal użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
(c) Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT
(c)
(i) għall-unitajiet domestiċi li ma għandhomx aċċess għall-Internet fid-dar, filwaqt li tiġi speċifikata r-raġuni għaliex ma għandhomx aċċess:
tħassib dwar is-sigurtà jew il-privatezza;
(ii) għall-individwi li ma ssottomettewx formoli mimlija fuq is-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, minkejja li s-sottomissjoni ta' formoli uffiċjali kienet meħtieġa, ir-raġunijiet għaliex ma ssottomettewx:
it-tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali.
(d) Kompetenzi u ħiliet fl-ICT
(d)
(i) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħiliet f'dawn li ġejjin:
it-trasferiment ta' fajls bejn il-kompjuters u apparati oħra;
l-installazzjoni ta' softwer jew applikazzjonijiet (apps);
il-bdil ta' settings ta' kwalunkwe softwer, inkluża s-sistema operattiva jew il-programmi ta' sigurtà;
l-ikkoppjar jew iċ-ċaqliq ta' fajls jew fowlders;
l-użu ta' softwer tal-wordprocessing;
il-ħolqien ta' preżentazzjonijiet jew dokumenti li jintegraw test, stampi, tabelli jew ċarts;
l-użu ta' softwer tal-ispreadsheet;
is-softwer għall-editjar ta' ritratti, jew fajls tal-vidjo jew tal-awdjo;
il-kitba ta' kodiċijiet fil-lingwaġġ tal-ipprogrammar;
(ii) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet u s-softwer tal-ispreadsheet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħiliet f'dan li ġej:
l-użu tal-funzjonijiet avvanzati tas-softwer tal-ispreadsheet iddisinjati għall-organizzazzjoni u għall-analiżi tad-dejta, bħalma huma l-issortjar, il-filtrazzjoni, l-użu ta' formuli, il-ħolqien ta' ċarts;
(iii) għall-individwi li użaw l-Internet għal attivitajiet tal-kummerċ bl-Internet (ix-xiri jew l-ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-problemi li ltaqgħu magħhom fil-kummerċ bl-Internet:
fil-forma ta' problemi li nqalgħu minħabba frodi (pereżempju l-oġġetti jew is-servizzi ma waslux, użu ħażin tad-dettalji tal-karti ta' kreditu);
(iv) għall-individwi li użaw l-Internet, iżda mhux għal attivitajiet tal-kummerċ bl-Internet (ix-xiri jew l-ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, l-ostakli għall-kummerċ bl-Internet:
it-tħassib dwar is-sigurtà tal-pagament jew dwar il-privatezza (pereżempju, l-għoti tad-dettalji tal-karta ta' kreditu jew tad-dettalji personali fuq l-Internet).
(e) Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet
(e)
(i) għall-unitajiet domestiċi li ma għandhomx aċċess għall-Internet fid-dar, ir-raġuni għaliex ma għandhomx aċċess għall-Internet fid-dar:
għandhom aċċess għall-Internet xi mkien ieħor;
ma għandhomx bżonn l-Internet, pereżempju għaliex dan mhuwiex utli jew mhuwiex interessanti;
l-ispiża tal-apparat hija għolja wisq;
l-ispiża tal-aċċess hija għolja wisq (pereżempju abbonament tat-telefown jew tad-DSL);
in-nuqqas ta' ħiliet;
l-Internet bil-broadband mhuwiex disponibbli fiż-żona;
raġuni jew raġunijiet oħra;
(ii) għall-individwi li użaw l-Internet għall-kummerċ bl-Internet (ix-xiri jew l-ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-problemi li ltaqgħu magħhom fil-kummerċ bl-Internet:
il-falliment tekniku ta' sit web waqt l-ordni jew il-pagament;
id-diffikultajiet biex tinsab l-informazzjoni dwar il-garanziji u drittijiet legali oħra;
iż-żmien tal-kunsinna jieħu aktar fit-tul milli jkun indikat;
spejjeż finali ogħla minn dawk indikati (pereżempju spejjeż tal-kunsinna ogħla, tariffi għat-tranżazzjoni mhux mistennija);
prodotti mibgħuta bi żball minflok oħrajn jew prodotti mibgħuta bil-ħsara;
diffikultà dwar ilment jew rimedju, jew ebda tweġiba sodisfaċenti wara li jkun sar ilment;
bejjiegħ bl-imnut barrani li ma jbiegħx lill-pajjiż ta' min jirrispondi;
problemi oħra li nqalgħu;
ma nqalgħet l-ebda problema;
(iii) għall-individwi li użaw l-Internet, iżda mhux għal attivitajiet tal-kummerċ bl-Internet (ix-xiri jew l-ordnijiet ta' oġġetti jew servizzi), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, l-ostakli għall-kummerċ bl-Internet:
preferenza għal xiri fiżiku mill-ħwienet u/jew għal li wieħed jara l-prodott fiżiku, il-lealtà lejn il-ħwienet, id-drawwa;
in-nuqqas ta' ħiliet jew ta' għarfien (l-ebda għarfien dwar l-użu ta' sit web, l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq, eċċ.);
problemi bil-kunsinna tal-oġġetti ordnati permezz tal-Internet (tieħu wisq żmien, hija diffiċli mil-lat loġistiku, eċċ.);
tħassib dwar il-wasla jew ir-ritorn tal-oġġetti, tħassib dwar ilmenti jew rimedji;
in-nuqqas ta' kard tal-ħlas li tista' tintuża biex isir pagament bl-Internet;
(fakultattiv) bejjiegħ bl-imnut barrani li ma jbiegħx lill-pajjiż ta' min jirrispondi;
ostakli oħra għall-kummerċ bl-Internet.
(f) L-użu tal-ICT minn individwi sabiex jirċievu/jibagħtu informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern)
(f)
(i) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed jikseb informazzjoni mis-siti web jew mill-apps tal-awtoritajiet pubbliċi jew tas-servizzi pubbliċi (l-e-mails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed iniżżel/jistampa formoli uffiċjali mis-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi jew tas-servizzi pubbliċi (l-e-mails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
l-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal skopijiet privati biex wieħed jissottometti formoli mimlija online lill-awtoritajiet pubbliċi jew lis-servizzi pubbliċi (l-e-mails ittajpjati bl-idejn iridu jiġu esklużi);
(ii) għall-individwi li ma ssottomettewx formoli mimlija lis-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:
ma ssottomettewx formoli mimlija għax ma kien hemm bżonn li jissottomettu l-ebda formola uffiċjali;
(iii) għall-individwi li ma ssottomettewx formoli mimlija fuq is-siti web tal-awtoritajiet pubbliċi għal skopijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, minkejja li s-sottomissjoni ta' formoli uffiċjali kienet meħtieġa, ir-raġunijiet għaliex ma ssottomettewx:
ma kien hemm disponibbli l-ebda servizz ta' sit web;
in-nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (pereżempju, ma kinux jafu kif jużaw is-sit web jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq);
(fakultattiv) in-nuqqas ta' firma elettronika jew ID/ċertifikat elettroniku meħtieġa għall-awtentifikazzjoni jew għall-użu tas-servizz, jew problemi b'dan it-tip ta' firma jew ID/ċertifikat;
persuna oħra ssottomettiet formoli f'isem min irrisponda (pereżempju konsulent, konsulent fiskali, qarib jew membru tal-familja);
raġuni jew raġunijiet oħra għaliex ma ssottomettewx formoli mimlija online lill-awtoritajiet pubbliċi;
(iv) il-karatteristiċi speċifiċi dwar it-tranżazzjonijiet imwettqa mis-servizzi tal-gvern elettroniku matul is-sena kalendarja preċedenti:
(fakultattiv) l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-individwi sottomessi, l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-individwi sottomessi elettronikament, l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-individwi sottomessi elettronikament permezz ta' intermedjarji;
(fakultattiv) l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet ta' twelid ħaj tat-tfal f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili, l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet elettroniċi ta' twelid ħaj tat-tfal f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili, l-għadd totali ta' twelid ħaj tat-tfal sottomess elettronikament permezz ta' intermedjarji f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili;
(fakultattiv) l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet ta' mwiet sottomessi f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili, l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet elettroniċi ta' mwiet f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili, l-għadd totali ta' dikjarazzjonijiet ta' mwiet sottomessi elettronikament permezz ta' intermedjarji f'uffiċċju tar-reġistrazzjoni ċivili;
(fakultattiv) l-għadd totali ta' ċertifikati tat-twelid mitluba, l-għadd totali ta' ċertifikati tat-twelid mitluba elettronikament;
(fakultattiv) l-għadd totali ta' ċertifikati tal-mewt mitluba, l-għadd totali ta' ċertifikati tat-mewt mitluba elettronikament.
(g) L-aċċess għal u l-użu ta' teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)
(g)
(i) għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:
l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
l-użu ta' kompjuter portabbli (pereżempju laptop jew tablet) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
l-użu ta' apparat mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
l-ebda użu ta' apparat mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
(ii) għall-individwi li jkunu użaw telefown ċellulari jew smartphone biex jiksbu aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur:
l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
l-użu ta' telefown ċellulari jew smartphone permezz ta' netwerk bla fili biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
(iii) għall-individwi li jkunu użaw kompjuter portabbli biex jiksbu aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur:
l-użu ta' kompjuter portabbli permezz ta' netwerk tat-telefonija ċellulari, bl-użu ta' ċavetta USB jew ta' SIM kard jew ta' telefown ċellulari jew smartphone bħala modem, biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;
l-użu ta' kompjuter portabbli permezz ta' netwerk bla fili biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur.
B.
KOPERTURA
(1) L-unitajiet statistiċi għad-dettalji elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw lill-unitajiet domestiċi huma dawk l-unitajiet domestiċi li fihom mill-inqas membru wieħed fl-età ta' bejn is-16 u l-74 sena.
(2) L-unitajiet statistiċi għad-dettalji elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw lill-individwi huma dawk l-individwi li għandhom età ta' bejn is-16 u l-74 sena.
(3) L-ambitu ġeografiku jinkludi unitajiet domestiċi jew individwi, jew it-tnejn li huma, li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
C.
PERJODU TA' REFERENZA Il-perjodu ewlieni ta' referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2017.
D.
DETTALJI TAL-KUNTEST SOĊJOEKONOMIKU
(1) Għas-suġġetti u d-dettalji tagħhom elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet domestiċi, għandom jinġabru d-dettalji kuntestwali li ġejjin:
(1)
(a) ir-reġjun ta' residenza speċifikat skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1;
(b) (fakultattiv) ir-reġjun ta' residenza speċifikat skont il-klassifikazzjoni NUTS2;
(c) il-pożizzjoni ġeografika, jiġifieri, jekk jgħixux f'reġjun li jkun għadu lura, reġjun fi tranżizzjoni jew reġjun aktar żviluppat;
(d) il-livell ta' urbanizzazzjoni, jiġifieri jekk jgħixux f'żona b'densità għolja ta' popolazzjoni, f'żona ta' popolazzjoni medja jew f'żona b'popolazzjoni żgħira;
(e) it-tip ta' unità domestika, filwaqt li jiġi speċifikat l-għadd ta' membri fl-unità domestika: (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn is-16 u l-24 sena, (fakultattiv) l-għadd ta' studenti li għandhom bejn is-16 u l-24 sena, (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn il-25 u l-64 sena, (fakultattiv) l-għadd ta' persuni li għandhom 65 sena jew aktar u, dettalji li jridu jinġabru separatament, l-għadd ta' tfal ta' taħt is-16-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn l-14 u l-15-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn il-5 snin u t-13-il sena, (fakultattiv) l-għadd ta' tfal li għandhom 4 snin jew inqas);
(f) (fakultattiv) l-introjtu nett fix-xahar tal-unità domestika, dettall li għandu jinġabar bħala valur jew bħala faxex kompatibbli mad-dħul kwartili;
(g) (fakultattiv) l-introjtu nett fix-xahar totali ekwivalizzat tal-unità domestika, trażmess fi kwintili.
(2) Għas-suġġetti u d-dettalji tagħhom, elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness, li għandhom x'jaqsmu mal-individwi, għandom jinġabru d-dettalji kuntestwali li ġejjin:
(2)
(a) il-ġeneru;
(b) il-pajjiż tat-twelid, filwaqt li jiġi speċifikat jekk il-persuna hijiex nattiva tal-pajjiż jew twilditx f'pajjiż barrani; jekk japplika dan tal-aħħar, irid jiġi speċifikat ukoll jekk il-persuna twilditx fi Stat Membru ieħor tal-UE jew f'pajjiż barra l-UE;
(c) il-pajjiż taċ-ċittadinanza u jekk il-persuna hijiex nazzjonali jew mhux nazzjonali, filwaqt li jiġi speċifikat jekk hijiex nattiva ta' Stat Membru ieħor tal-UE jew ta' pajjiż barra l-UE;
(d) l-età, fi snin magħluqa; (fakultattiv) taħt is-16-il sena jew aktar minn 74 sena, jew it-tnejn li huma;
(e) (fakultattiv) l-istat ċivili de facto, sew jekk il-persuna tgħix f'unjoni konsenswali sew jekk le;
(f) il-livell edukattiv miksub, filwaqt li jiġi speċifikat l-ogħla livell edukattiv miksub b'suċċess skont il-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Edukazzjoni (ISCED 2011) u jekk dan huwiex l-iktar livell baxx tas-sekondarja (ISCED 0, 1 jew 2) jew edukazzjoni sekondarja għolja jew edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (ISCED 3 jew 4), jew edukazzjoni terzjarja (ISCED 5, 6, 7 jew 8), jew inqas mill-edukazzjoni primarja (ISCED 0), jew l-edukazzjoni primarja (ISCED 1), jew l-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (ISCED 2), jew l-edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3), jew l-edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (ISCED 4), jew l-edukazzjoni terzjarja fuq żmien qasir (ISCED 5), jew l-edukazzjoni fil-livell ta' baċċellerat jew ekwivalenti (ISCED 6), jew fil-livell ta' masters jew ekwivalenti (ISCED 7), jew fil-livell ta' dottorat jew ekwivalenti (ISCED 8);
(g) is-sitwazzjoni tal-impjieg, filwaqt li jiġi speċifikat jekk il-persuna hijiex impjegata jew taħdem għal rasha, inklużi l-ħaddiema tal-familja (fakultattiv: impjegata jew taħdem għal rasha full-time, impjegata jew taħdem għal rasha part time, impjegata, impjegata b'impjieg permanenti jew għal żmien mhux limitat, impjegata b'impjieg temporanju jew b'kuntratt ta' żmien limitat, taħdem għal rasha, dan jinkludi l-ħaddiema tal-familja);
(h) (fakultattiv) speċifika s-settur ekonomiku tal-impjieg: It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2 Deskrizzjoni A Agrikoltura, forestrija u sajd B, C, D u E Manifattura, minjieri u barrieri u industriji oħra F Kostruzzjoni G, H u I Negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, attivitajiet ta' akkomodazzjoni u tas-servizzi tal-ikel J Informatika u komunikazzjoni K Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni L Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli M u N Servizzi tan-negozju O, P, u Q Amministrazzjoni pubblika, difiża, edukazzjoni, attivitajiet marbuta mas-saħħa umana u ħidma soċjali R, S, T u U Attivitajiet oħra ta' servizz
(i) is-sitwazzjoni tal-impjieg, filwaqt li jiġi speċifikat jekk il-persuna hijiex qiegħda jew hijiex student li ma tagħmilx parti mill-forza tax-xogħol, jew mhijiex fil-forza tax-xogħol għal xi raġuni oħra, bil-fakultà li jiġi speċifikat jekk il-persuna tkunx irtirata, jew ħadet irtirar bikri, jew ċediet in-negozju, jew għandha diżabilità permanenti, jekk hijiex fis-servizz militari obbligatorju, jew qed twettaq servizz komunitarju, qed twettaq kompiti domestiċi jew mhijiex attiva għal xi raġuni oħra;
(j) l-okkupazzjoni skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) filwaqt li jiġi speċifikat jekk il-persuna hijiex ikklassifikata bħala manwali, ħaddiem mhux manwali, ħaddiem fl-ICT, ħaddiem mhux fl-ICT u, b'mod fakultattiv, l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 b'livell ta' kodifikazzjoni ta' żewġ ċifri.
E.
PERJODIĊITÀ Id-dejta stipulata f'dan l-Anness għandha tingħata darba għas-sena 2017.
F.
SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI
(1) Ir-rekords tad-dejta individwali, li ma jippermettux l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness II(6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat sal-5 ta' Ottubru 2017. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jkun iffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.
(2) Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta' Mejju 2017.
(3) Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta' Novembru 2017.
(4) Id-dejta u l-metadejta għandhom jiġu pprovduti lill-Eurostat, billi jintużaw is-servizzi ta' Punt Uniku ta' Servizz, skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat. Il-metadejta u r-rapport dwar il-kwalità għandhom jingħataw fl-istruttura tal-metadejta standard iddefinita mill-Eurostat.