Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

In forceVersion 2016-12-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/2238@2016-12-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK, li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia jew il-Missjoni) stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK. Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2016.

(2) B'segwitu għar-Rieżami Strateġiku tal-2016, il-EUMM Georgia jenħtieġ li tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' sentejn.

(3) Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(4) Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2016 u l-14 ta' Diċembru 2017 għandu jkun ta' EUR 18000000.;

(2) fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Diċembru 2018..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2016.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2016. Għall-Kunsill Il-President F. Mogherini

Versions

  1. 2016-12-12