Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 8413) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/2317@2016-12-16/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/294/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun permess l-użu ta' GSM, UMTS u LTE abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni Ewropea.
(2) Il-leġiżlazzjoni attwali teħtieġ il-preżenza ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU) bħala parti mit-tagħmir abbord l-ajruplani għall-prevenzjoni ta' terminals mobbli abbord l-inġenji tal-ajru milli jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks ta' komunikazzjoni mobbli terrestri.
(3) Il-Kummissjoni tat mandat fis-7 ta' Ottubru 2015 lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (is-CEPT) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex jitwettqu studji tekniċi dwar il-ħtieġa li l-użu tan-NCU jinżamm obbligatorju abbord l-inġenju tal-ajru ffaċilitat tal-MCA.
(4) Wara dak il-mandat, is-CEPT fis-17 ta' Novembru 2016 adottat ir-Rapport 63 tagħha li kkonkluda li huwa possibbli li jsir użu ta' NCU fakultattiv għas-sistemi tal-GSM u tal-LTE peress li l-operazzjonijiet tal-MCA mingħajr NCU jiżguraw protezzjoni raġonevoli kontra l-interferenza għan-netwerks terrestri.
(5) Skont il-konklużjonijiet tar-Rapport tas-CEPT, ma għadhiex meħtieġa l-prevenzjoni attiva permezz ta' NCU tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks mobbli terrestri li joperaw fil-banda ta' frekwenza ta' 2570–2690 MHz. L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE għalhekk ma jibqax jintuża iktar u għandu jitħassar.
(6) Madankollu, fir-rigward tas-sistemi tal-UMTS, is-CEPT ikkonkludiet li jibqa' meħtieġ NCU għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet bejn netwerks tal-UMTS terrestri u tagħmir tal-utent abbord inġenju tal-ajru. Studji wrew li dawn il-konnessjonijiet jistgħu jikkawżaw tnaqqis parzjali u temporanju fil-kapaċità taċ-ċelloli konnessi u ġirien fuq l-art. Is-soluzzjoni l-oħra biex jitnaqqsu s-sinjali li jidħlu u joħorġu mill-kabina u għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet mhux mixtieqa hija li tiżdied protezzjoni suffiċjenti tal-qafas tal-inġenju tal-ajru.
(7) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA għandhom jibqgħu taħt reviżjoni sabiex jiġi żgurat li dawn dejjem jaqblu mal-progress teknoloġiku.
(8) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni
Artikolu 2 L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE jitħassar.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016. Għall-Kummissjoni Günther H. Oettinger Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
1. Tabella 1 Il-baned ta' frekwenzi u s-sistemi permessi għas-Servizzi MCA Tip Frekwenza Sistema GSM 1800 1710-1785 MHz (uplink) 1805-1880 MHz (downlink) GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. UMTS 2100 (FDD) 1920-1980 MHz (uplink) 2110-2170 MHz (downlink) UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. LTE 1800 (FDD) 1710-1785 MHz (uplink) 1805-1880 MHz (downlink) LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.
2 Tabella 3 Il-prevenzjoni tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks fuq l-art It-terminals mobbli li jirċievu fil-baned ta' frekwenzi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks mobbli tal-UMTS fuq l-art: Baned ta' frekwenzi (MHz) Sistemi fuq l-art 925-960 MHz UMTS (u GSM, LTE) 2110-2170 MHz UMTS (u LTE) L-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu wkoll li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3. Baned ta' frekwenzi (MHz) Sistemi fuq l-art 460-470 MHz LTE 791-821 MHz LTE 1805-1880 MHz LTE u GSM 2620-2690 MHz LTE 2570-2620 MHz LTE
bl-inklużjoni, fis-sistema tal-MCA, ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU), li żżid il-livell minimu ta' ħoss fil-kabina fil-baned ta' riċezzjoni mobbli, u/jew;
bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas.
3. Parametri tekniċi
3. (a) Tabella 4
Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru Għoli 'l fuq mill-art (m) L-e.i.r.p. massima tas-Sistema barra l-inġenju tal-ajru f'dBm/kanal NCU BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru u NCU Banda: 900 MHz Banda: 1800 MHz Banda: 2100 MHz Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz Wisa' tal-banda tal-kanal = 200 kHz Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz 3000 – 6,2 – 13,0 1,0 4000 – 3,7 – 10,5 3,5 5000 – 1,7 – 8,5 5,4 6000 – 0,1 – 6,9 7,0 7000 1,2 – 5,6 8,3 8000 2,3 – 4,4 9,5
L-e.i.r.p. totali, barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:
(b) Tabella 5 Tabella 6
Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord Għoli 'l fuq mill-art (m) L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-GSM f'dBm/200 kHz L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-LTE f'dBm/5 MHz L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-UMTS f'dBm/3,84 MHz GSM 1800 MHz LTE 1800 MHz UMTS 2100 MHz 3000 – 3,3 1,7 3,1 4000 – 1,1 3,9 5,6 5000 0,5 5 7 6000 1,8 5 7 7000 2,9 5 7 8000 3,8 5 7 Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-e.i.r.p. totali barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4. Għoli 'l fuq mill-art (m) L-e.i.r.p. massima barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru 460-470 MHz 791-821 MHz 1805-1880 MHz 2570-2690 MHz dBm/1,25 MHz dBm/10 MHz dBm/200 kHz dBm/4,75 MHz 3000 – 17,0 – 0,87 – 13,0 1,9 4000 – 14,5 1,63 – 10,5 4,4 5000 – 12,6 3,57 – 8,5 6,3 6000 – 11,0 5,15 – 6,9 7,9 7000 – 9,6 6,49 – 5,6 9,3 8000 – 8,5 7,65 – 4,4 10,4
L-e.i.r.p., barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:
(c) Rekwiżiti operazzjonali
(c)
I.
L-għoli minimu 'l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt li titħaddem għandu jkun 3000 metru.
II.
Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-GSM li jittrażmetti fil-banda ta' 1800 MHz għal valur nominali ta' 0 dBm/200 kHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.
III.
Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-LTE li jittrażmetti fil-banda ta' 1800 MHz għal valur nominali ta' 5 dBm/5 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni.
IV.
Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-UMTS li jittrażmetti fil-banda ta' 2100 MHz għal valur nominali ta' – 6 dBm/3,84 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta' utenti ma għandux jaqbeż l-20.