Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2358 tal-20 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-12-20from 2017-01-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/2358@2016-12-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS I
  5. ANNESS II
  6. ANNESS IV Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 4 (istituzzjonijiet ta' kreditu)
  7. ANNESS III
  8. ANNESS V Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 5 (istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b'mod partikolari l-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u 142(2) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE tistabbilixxi listi ta' pajjiżi u territorji terzi li l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2) Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet ulterjuri tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi u territorji terzi. Dawn il-valutazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni tevalwa l-ekwivalenza ta' dawn l-arranġamenti sabiex jiġi ddeterminat it-trattament tal-kategoriji relevanti ta' skoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3) L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u ta' superviżjoni tal-pajjiż terz li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. L-objettivi jirreferu, b'mod partikolari, għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-koperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz għandhom jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzazzjonali u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

(4) Fil-valutazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat l-iżviluppi rilevanti fil-qafas superviżorji u regolatorju mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 'l quddiem u qieset sorsi ta' informazzjoni disponibbli, inklużi l-valutazzjonijiet indipendenti mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq New Zealand u t-Turkija, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-Danimarka rigward il-Gżejjer Faeroe u Greenland.

(5) Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija, New Zealand, il-Gżejjer Faeroe u Greenland għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operattivi, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li s-sistemi ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu f'dawn il-pajjiżi u territorji terzi jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(1)(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE għandha għalhekk tiġi emendata biex jiġu inklużi dawk il-pajjiżi u territorji terzi fil-lista adatta ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskema tal-Unjoni għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7) Il-lista tal-pajjiżi u territorji terzi li jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni mhijiex definittiva. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames (5) snin, il-lista ta' pajjiżi u territorji terzi stipulati f'din id-Deċiżjoni fid-dawl, b'mod partikolari, tal-iżviluppi kostanti fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u b'kunsiderazzjoni għas-sorsi ġodda disponibbli ta' informazzjoni rilevanti.

(8) Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Annessi għandu jkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq fi kwalunkwe ħin, lil hinn mill-qafas tar-rieżami ġenerali, rieżami speċifiku relatat ma' pajjiż jew territorju terz individwali, meta l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti minn din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

(9) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Anness I jinbidel bit-test mogħti fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;

(2) L-Anness IV jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni;

(3) L-Anness V jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS I

ANNESS I Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 1 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1) L-Awstralja

(2) Il-Brażil

(3) Il-Kanada

(4) Iċ-Ċina

(5) Il-Gżejjer Faeroe

(6) Greenland

(7) Guernsey

(8) Ħong Kong

(9) L-Indja

(10) Isle of Man

(11) Il-Ġappun

(12) Jersey

(13) Il-Messiku

(14) Monaco

(15) New Zealand

(16) L-Arabja Sawdija

(17) Singapore

(18) L-Afrika t'Isfel

(19) L-Iżvizzera

(20) It-Turkija

(21) L-Istati Uniti

ANNESS II

ANNESS IV Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 4 (istituzzjonijiet ta' kreditu)

(1) L-Awstralja

(2) Il-Brażil

(3) Il-Kanada

(4) Iċ-Ċina

(5) Il-Gżejjer Faeroe

(6) Greenland

(7) Guernsey

(8) Ħong Kong

(9) L-Indja

(10) Isle of Man

(11) Il-Ġappun

(12) Jersey

(13) Il-Messiku

(14) Monaco

(15) New Zealand

(16) L-Arabja Sawdija

(17) Singapore

(18) L-Afrika t'Isfel

(19) L-Iżvizzera

(20) It-Turkija

(21) L-Istati Uniti

ANNESS III

ANNESS V Lista ta' pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-Artikolu 5 (istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment)

Istituzzjonijiet ta' kreditu: Ditti ta' Investiment:

(1) L-Awstralja

(2) Il-Brażil

(3) Il-Kanada

(4) Iċ-Ċina

(5) Il-Gżejjer Faeroe

(6) Greenland

(7) Guernsey

(8) Ħong Kong

(9) L-Indja

(10) L-Isle of Man

(11) Il-Ġappun

(12) Jersey

(13) Il-Messiku

(14) Monaco

(15) New Zealand

(16) L-Arabja Sawdija

(17) Singapore

(18) L-Afrika t'Isfel

(19) L-Iżvizzera

(20) It-Turkija

(21) L-Istati Uniti tal-Amerka

(1) L-Awstralja

(2) Il-Brażil

(3) Il-Kanada

(4) Iċ-Ċina

(5) Ħong Kong

(6) L-Indoneżja

(7) Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I)

(8) Il-Messiku

(9) Il-Korea t'Isfel

(10) L-Arabja Sawdija

(11) Singapore

(12) L-Afrika t'Isfel

(13) L-Istati Uniti tal-Amerka

Versions

  1. 2016-12-20