Deċiżjoni (UE) 2016/253 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/253@2015-11-25/mt
Contents
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex jiġi permess il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.
(2) Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat ammont addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati.
(3) Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimi tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, b'EUR 1506 lil hinn mill-limiti massimi tal-intestatura 3 u b'EUR 24 miljun minn dawk tal-intestatura 4 biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati. L-ammonti annwali mhux użati disponibbli għall-Istrumenti ta' Flessibbiltà għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 għandhom jintużaw għal din il-mobilizzazzjoni.
(4) Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83,0 miljun fl-2018, u EUR 58,6 miljun fl-2019,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1506 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u EUR 24 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 4 (Ewropa globali). Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-immaniġġar tal-kriżi tar-refuġjati.
2. Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà se jkunu kif ġej: L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.
2.
(a) EUR 734,2 miljun fl-2016;
(b) EUR 654,2 miljun fl-2017;
(c) EUR 83,0 miljun fl-2018;
(d) EUR 58,6 miljun fl-2019.
Artikolu 2 Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015. Għall-Parlament Ewropew Il-President M. Schulz Għall-Kunsill Il-President N. Schmit