Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/447 tat-22 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 dwar ċerti miżuri protettivi b'rabta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (notifikata bid-dokument C(2016) 1608) (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-03-22from 2016-03-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/447@2016-03-22/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 ġiet adottata wara t-tixrid tal-influenza avjarja b'patoġenità għolja (HPAI) fi Franza u l-istabbiliment mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru ta' żona kbira ristretta ulterjorment madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. Dik iż-żona ristretta ulterjorment tinkludi diversi départements jew partijiet minnhom fil-Lbiċ ta' Franza.

(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/237 tapplika sal-31 ta' Marzu 2016.

(3) In-numru ta' tifqigħat tal-HPAI naqas, iżda għadhom qed jiġu individwati xi tifqigħat ġewwa ż-żona li diġà qiegħda taħt restrizzjonijiet. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika u fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' kontroll tal-marda adottata fi Franza, huwa xieraq li jitwal il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 sal-15 ta' Settembru 2016. Madankollu, il-Kummissjoni se tirrevedi l-perjodu tal-applikazzjoni jekk is-sitwazzjoni tal-marda titjieb minn qabel.

(4) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 għandha tiġi emendata skont dan.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460, id-data il-31 ta' Marzu 2016 tinbidel bid-data il-15 ta' Settembru 2016.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2016. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2016-03-22