Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/452 tad-29 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-kaptan, il-propikonażol u s-spirossammina f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-03-29from 2016-04-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/452@2016-03-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (1) Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg) (**) It-total ta' kaptan u ta' THPI, espress bħala kaptan (R) (A) (+)(+)(+)(b)(+) propikonażol (somma ta' iżomeri) (F) (+)(a)(+)(+)(+) Spiroksamina (is-somma tal-isomeri) (A) (R) (+)(+)(+)(+)(+)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(a)(b)(c)(a)(b)(c)(d)(e)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(d)(e)(f)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(d)(e)(f)(g)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1) Għall-kaptan, il-propikonażol u s-spirossammina, il-livelli massimi ta' residwu (MRLs) huma stipulati fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2) Fil-każ tal-kaptan, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu. Hija pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tal-komoditajiet tal-pjanti tinbidel. Hija rrakkomandat li tgħolli jew iżżomm l-MRLs eżistenti għal ċerti prodotti. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLs permissibbli fit-tuffieħ, fil-lanġas,fin-naspli, fl-isfarġel, fil-berquq, fiċ-ċiras, fil-ħawħ, fl-għanbaqar, fil-frawli, fit-tut, fil-lampun, fil-mirtill, fil-passolina, fir-ribes, u fit-tadam, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir evalwazzjoni ta' dawn l-MRLs; l-evalwazzjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-lewż, għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, għall-patata, għall-ħjar, għall-bettieħ, għall-iskalora, għall-kurrat, għall-qamħirrum u għas-sorgu, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kien hemm bżonn ta' aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni.

(3) Għall-propikonażol, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu.Hija kkonkludiet li dwar l-MRLs għat-tronġ, il-lumi, ix-xkomp, il-mandolin, tuffieħ, berquq, l-għeneb tal-mejda u tal-inbid, il-banana, iż-żerriegħa tal-kolza, il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur, il-ħbub tar-ross, il-ħbub tas-segala, il-ħbub tal-qamħ, il-pitravi taz-zokkor (għeruq), il-muskoli u x-xaħam tal-ħnieżer, il-muskoli u x-xaħam tal-annimali bovini, il-muskoli u x-xaħam tan-nagħaġ, il-muskoli u x-xaħam tal-mogħoż, il-muskoli u tax-xaħam tal-pollam, il-ħalib tal-baqar, tan-nagħaġ u tal-mogħoż u l-bajd tal-għasafar, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir evalwazzjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLs għal-lewż, għaċ-ċirasa, għall-għanbaqar, għall-frawli, għall-passolina (ħamra, sewda, u bajda), għar-ribes, għall-bżar, għall-ħjar, għall-qaqoċċ, għall-karawett u għat-te, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni.

(4) Għall-ispirossammina, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu. Hija pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu u kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-mejda u tal-inbid, il-banana, ix-xgħir, il-ħafur, is-segala, il-qamħ, il-muskoli tal-pollam, ix-xaħam u l-fwied u l-bajd tat-tjur, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir evalwazzjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa xieraq li tiġi stabbilita definizzjoni tar-residwi għal prodotti ta' oriġini tal-annimali bħala aċidu karbossiliku spirossammina metabolit M 06, espress bħala spirossammina (it-total tal-iżomeri), u hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jiġu stabbiliti l-MRLs għall-muskoli tal-ħanżir, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, il-muskoli tal-bovini, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, il-muskoli tan-nagħaġ, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi, il-muskoli tal-mogħoż, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi u l-ħalib tal-bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Peress li l-MRLs għax-xgħir u l-ħafur ta' 0,4 mg/kg huma bbażati fuq prattika agrikola tajba li ma għadhiex appoġġata, il-MRLs għal dawk il-prodotti għandu jitnaqqas għal 0,05 mg/kg.

(5) Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi Codex (CXLs), l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku tad-determinazzjoni jew għandu japplika l-MRL li japplika s-soltu, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6) Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti tad-determinazzjoni. Għal għadd ta' sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni.

(7) Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8) Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Waslu kummenti minn diversi pajjiżi terzi fuq definizzjoni tar-residwu l-ġdid u l-MRL għall-kaptan fl-għeneb tal-inbid. Huwa xieraq li tinżamm id-definizzjoni tar-residwi u l-MRL li hemm bħalissa sabiex tkun tista' tiġi ġġenerata dejta dwar ir-residwi fil-każ tal-għeneb tal-inbid skont id-definizzjoni tar-residwi li għadha kif ġiet proposta. Se ssir evalwazzjoni ta' dak l-MRL; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(9) Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(10) Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(11) Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma jibdew jiġu applikati l-MRLs modifikati sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex jitħejjew biex ikunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(12) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li kienu manifatturati qabel id-19 ta' Ottubru 2016.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jibda japplika mid-19 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1) Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg) (**) It-total ta' kaptan u ta' THPI, espress bħala kaptan (R) (A) (+)(+)(+)(b)(+) propikonażol (somma ta' iżomeri) (F) (+)(a)(+)(+)(+) Spiroksamina (is-somma tal-isomeri) (A) (R) (+)(+)(+)(+)(+)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(a)(b)(c)(a)(b)(c)(d)(e)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(d)(e)(f)(a)(b)(c)(d)(a)(b)(c)(d)(e)(f)(g)

Fl-Anness II, il-kolonni għall-kaptan, il-propikonażol u s-spirossammina huma sostitwiti b'dan li ġej: Kombinazzjoni tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fil-Parti B tal-Anness III. (F) Solubbli fix-xaħam (A) Nota ta' qiegħ il-paġna għad-definizzjoni tar-residwi: Il-laboratorji ta' referenza tal-UE identifikaw l-istandard ta' referenza 3-OH THPI u 5-OH THP bħala mhux kummerċjalment vijabbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis id-disponibilità kummerċjali tal-istandard ta' referenza msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2017, jew, jekk dak l-istandard ta' referenza mhux disponibbli kummerċjalment sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. (R) Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: kodiċi 1000000 għajr għal 1040000: L-ammont ta' THPI, 3-OH THPI u 5-OH THPI, espress bħala kaptan; kodiċi 0151020: kaptan L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0130000 Pomu 0130010 Tuffieħ 0130020 Lanġas 0130030 Sfarġel 0130040 Naspli 0130050 Naspli tal-Ġappun 0140010 Berquq 0140020 Ċiras (ħelu) 0140030 Ħawħ 0140040 Għanbaqar Il-provi tar-residwi mhumiex disponibbli għad-definizzjoni tar-residwu: L-ammont ta' kaptan u THPI, espress bħala kaptan. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0151020 Għeneb għall-inbid L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0152000 frawli 0153010 Tut 0153030 Lampun (aħmar u isfar) 0154010 Mirtill 0154030 Passolina (ħamra, sewda u bajda) 0154040 Ribes (ħodor, ħomor u sofor) 0231010 Tadam Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. 0840040 Għerq tal-mustarda L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi li jinkludu analiżi ta' kompost oriġinarju u metabolit konvertibbli 2,4 aċidu diklorobenzojku u dejta tossikoloġika dwar il-metaboliti konvertibbli għal 2,4-aċidu diżlorobenżojku bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta’ Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0110010 Grejpfrut 0110030 Lumi 0110040 Xkomp 0110050 Mandolin 0130010 Tuffieħ 0140010 Berquq 0151000 għeneb 0151010 Għeneb tal-mejda 0151020 Għeneb għall-inbid 0163020 Banana 0401060 Żerriegħa tal-lift 0500010 Xgħir 0500050 Ħafur 0500060 Ross 0500070 Segala 0500090 Qamħ Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. 0840040 Għerq tal-mustarda L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi li jinkludu analiżi ta' kompost oriġinarju u metabolit konvertibbli 2,4 aċidu diklorobenzojku u dejta tossikoloġika dwar il-metaboliti konvertibbli għal 2,4-aċidu diżlorobenżojku bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0900010 Pitravi taz-zokkor L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar id-dejta tossikoloġika u l-metabolit konvertibbli għal 2,4-aċidu tad-dikolorobenzojku bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 1011010 Muskolu 1011020 Tessut xaħmi 1012010 Muskolu 1012020 Tessut xaħmi 1013010 Muskolu 1013020 Tessut xaħmi 1014010 Muskolu 1014020 Tessut xaħmi 1016010 Muskolu 1016020 Tessut xaħmi 1020010 Bhejjem tal-ifrat 1020020 Nagħaġ 1020030 Mogħoż 1030000 Bajd tal-għasafar 1030010 Tiġieġ 1030020 Papri 1030030 Wiżż 1030040 Summien 1030990 Oħrajn (A) Il-laboratorji ta' referenza tal-UE identifikaw l-istandard ta' referenza tal-metabolita M 06 aċidu karbossiliku tal-ispiroksamina bħala mhux kummerċjalment vijabbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis id-disponibbiltà tal-istandard ta' referenza, msemmija fl-ewwel sentenza sat-30 ta' Marzu 2017, jew, jekk dak l-istandard ta' referenza mhux disponibbli kummerċjalment sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. (R) Id-definizzjoni tar-residwu tvarja għall-kombinamenti li ġejjin tan-numru tal-kodiċi tal-pestiċida: Spiroksamina — kodiċi 1000000 għajr 1040000: Metabolita M 06 aċidu karbossiliku tal-ispiroksamina, espress bħala spirossammina (l-ammont ta' isomeri) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà waqt il-ħażna u dwar id-dejta tossikoloġika tal-metabolit tal-pjanti bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0151010 Għeneb tal-mejda 0151020 Għeneb għall-inbid L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar id-dejta tossikoloġika tal-metabollit fil-pjanti bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0163020 Banana L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istabbiltà waqt il-ħażna bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 0500010 Xgħir 0500050 Ħafur 0500070 Segala 0500090 Qamħ Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. 0840040 Għerq tal-mustarda L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar l-istudji ta' alimentazzjoni f'konformità mad-definizzjoni ta' residwu proposta, bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sat-30 ta' Marzu 2018, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha. 1016010 Muskolu 1016020 Tessut xaħmi 1016030 Fwied 1030000 Bajd tal-għasafar 1030010 Tiġieġ 1030020 Papri 1030030 Wiżż 1030040 Summien 1030990 Oħrajn Numru tal-kodiċi Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs It-total ta' kaptan u ta' THPI, espress bħala kaptan (R) (A) Propikonażol (it-total ta' iżomeri) (F) Spiroksamina (is-somma tal-isomeri) (A) (R) (1) (2) (3) (4) (5) 0100000 FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR 0110000 Frott taċ-ċitru 0,03 0,01 0110010 Grejpfrut 5 (+) 0110020 Larinġ 9 0110030 Lumi 5 (+) 0110040 Xkomp 5 (+) 0110050 Mandolin 5 (+) 0110990 Oħrajn 0,01 0120000 Ġewż tas-siġar 0,07 0,05 0120010 Lewż 0,01 0120020 Ġewż tal-Brażil 0,01 0120030 Ġewż tal-anakardju 0,01 0120040 Qastan 0,01 0120050 Ġewż tal-Indi 0,01 0120060 Ġellewż/ġellewż Ewropew 0,01 0120070 Macadamia 0,01 0120080 Ġewż Amerikan 0,02 0120090 Qlub tal-ġewż tal-arżnu 0,01 0120100 Pistaċċi 0,01 0120110 Ġewż 0,01 0120990 Oħrajn 0,01 0130000 Pomu 10 (+) 0,01 0130010 Tuffieħ 0,15 (+) 0130020 Lanġas 0,01 0130030 Sfarġel 0,01 0130040 Naspli 0,01 0130050 Naspli tal-Ġappun 0,01 0130990 Oħrajn 0,01 0140000 Frott tal-għadma 0,01 0140010 Berquq 6 (+) 0,15 (+) 0140020 Ċiras (ħelu) 6 (+) 0,01 0140030 Ħawħ 6 (+) 5 0140040 Għanbaqar 10 (+) 0,01 0140990 Oħrajn 0,03 0,01 0150000 Berries u frott żgħir 0151000 għeneb 0,3 (+) 0151010 Għeneb tal-mejda 0,03 0,6 (+) 0151020 Għeneb għall-inbid 0,02 (+) 0,5 (+) 0152000 frawli 1,5 (+) 0,01 0,01 0153000 frott tal-kannamiela 0,01 0,01 0153010 Tut 20 (+) 0153020 Ċawsli iswed [Dewberries] 0,03 0153030 Lampun (aħmar u isfar) 20 (+) 0153990 Oħrajn 0,03 0154000 frott żgħir u berries oħrajn 0,01 0154010 Mirtill 30 (+) 0,01 0154020 Cranberries 0,03 0,3 0154030 Passolina (ħamra, sewda u bajda) 30 (+) 0,01 0154040 Ribes (ħodor, ħomor u sofor) 30 (+) 0,01 0154050 Warda Skoċċiża 0,03 0,01 0154060 Ċawsli (suwed u bojod) 0,03 0,01 0154070 Għanżalor/naspli tal-Mediterran 0,03 0,01 0154080 Frott tas-sebuqa 0,03 0,01 0154990 Oħrajn 0,03 0,01 0160000 Frott — diversi bi 0,03 0161000 qoxra li tittiekel 0,01 0,01 0161010 Tamal 0161020 Tin 0161030 Żebbuġ tal-mejda 0161040 Larinġ tal-qsari 0161050 Karambola 0161060 Kaki 0161070 Jambolan 0161990 Oħrajn 0162000 qoxra li ma tittikilx, żgħar 0,01 0,01 0162010 Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar) 0162020 Liċċi 0162030 Frotta tal-passjoni 0162040 Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus 0162050 Tuffieħ stilla 0162060 Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja 0162990 Oħrajn 0163000 qoxra li ma tittikilx, kbar 0163010 Avokado 0,01 0,01 0163020 Banana 0,15 (+) 3 (+) 0163030 Mango 0,01 0,01 0163040 Papaja 0,01 0,01 0163050 Rummien 0,01 0,01 0163060 Ċerimoja 0,01 0,01 0163070 Gwava 0,01 0,01 0163080 Ananas 0,02 0,01 0163090 Frotta tas-siġra tal-ħobż 0,01 0,01 0163100 Durian 0,01 0,01 0163110 Il-frotta tal-annona 0,01 0,01 0163990 Oħrajn 0,01 0,01 0200000 ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT 0210000 Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi 0,03 0,01 0,01 0211000 patata 0212000 ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi 0212010 Għeruq tal-kassava 0212020 Patata ħelwa 0212030 Jammijiet 0212040 Ararut 0212990 Oħrajn 0213000 ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi 0213010 Pitravi 0213020 Zunnarija 0213030 Celeriacs/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi 0213040 Għerq tal-mustarda 0213050 Artiċokks 0213060 Zunnarija bajda 0213070 Tursin tuberuż 0213080 Ravanell 0213090 Sassefrika 0213100 Swedes 0213110 Lift/nevew 0213990 Oħrajn 0220000 Ħxejjex tal-basla 0,03 0,01 0,01 0220010 Tewm 0220020 Basal 0220030 Xalotti 0220040 Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales 0220990 Oħrajn 0230000 Ħxejjex tal-frott 0,01 0231000 solanacea 0231010 Tadam 1 (+) 3 0231020 Bżar 0,03 0,01 0231030 Brunġiel 0,03 0,01 0231040 Okra 0,03 0,01 0231990 Oħrajn 0,03 0,01 0232000 kukurbiti tal-qoxra kommestibbli 0,03 0,01 0232010 Ħjar 0232020 Ħjar tal-pikles 0232030 Qargħabagħli 0232990 Oħrajn 0233000 kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx 0,03 0,01 0233010 Bettieħ 0233020 Qargħa aħmar 0233030 Dulliegħ 0233990 Oħrajn 0234000 qamħirrum 0,03 0,05 0239000 ħxejjex tal-frott oħrajn 0,03 0,01 0240000 Ħxejjex tal-ġenus brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir) 0,03 0,01 0,01 0241000 Brassika li twarrad 0241010 Brokkli 0241020 Pastard 0241990 Oħrajn 0242000 brassika bir-ras 0242010 Brussels sprouts 0242020 Kaboċċa bir-ras 0242990 Oħrajn 0243000 brassika bil-weraq 0243010 Kaboċċi Ċiniżi 0243020 Kale 0243990 Oħrajn 0244000 ġdur 0250000 Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu 0251000 ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata 0,03 0,01 0,01 0251010 Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ 0251020 Ħass 0251030 Esacrole/Indivja bil-weraq wiesa' 0251040 Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn 0251050 Krexxuni tal-art 0251060 Aruka 0251070 Mustarda ħamra 0251080 Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' brassika) 0251990 Oħrajn 0252000 spinaċi u weraq simili 0,03 0,01 0,01 0252010 Spinaċi 0252020 Burdlieq 0252030 Weraq tal-pitravi 0252990 Oħrajn 0253000 weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili 0,03 0,01 0,01 0254000 krexxuni 0,03 0,01 0,01 0255000 ċikwejra 0,03 0,01 0,01 0256000 ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu 0,06 0,02 0,02 0256010 Maxxita 0256020 Kurrat selvaġġ 0256030 Weraq tal-karfus 0256040 Tursin 0256050 Salvja 0256060 Klin 0256070 Sagħtar 0256080 Ħabaq u l-fjuri tiegħu li jittieklu 0256090 Weraq tar-rand 0256100 Stragun 0256990 Oħrajn 0260000 Legumi 0,03 0,01 0,01 0260010 Fażola (bil-miżwed) 0260020 Fażola (bla miżwed) 0260030 Piżelli (bil-miżwed) 0260040 Piżelli (bla miżwed) 0260050 Għads 0260990 Oħrajn 0270000 Ħxejjex biz-zokk 0,03 0,01 0,01 0270010 Asparagu 0270020 Kardun 0270030 Krafes 0270040 Bużbież ta' Firenze 0270050 Qaqoċċ 0270060 Kurrat 0270070 Rabarbru 0270080 Rimi tal-pjanta tal-bambu 0270090 Qlub tal-palm 0270990 Oħrajn 0280000 Faqqiegħ, ħażiż u likeni 0,03 0,01 0,01 0280010 Faqqiegħ ikkultivat 0280020 Faqqiegħ salvaġġ 0280990 Ħażiż u likeni 0290000 Alka u organiżmi prokarjoti 0,03 0,01 0,01 0300000 ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI 0,07 0,01 0,01 0300010 Fażola 0300020 Għads 0300030 Piżelli 0300040 Lupini 0300990 Oħrajn 0400000 ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT 0,07 0,05 0401000 Żrieragħ żejtnija 0401010 Żerriegħa tal-kittien 0,01 0401020 Karawett 0,01 0401030 Żerriegħa tal-peprin 0,01 0401040 Ġulġlien 0,01 0401050 Żerriegħa tal-ġirasol 0,01 0401060 Żerriegħa tal-lift 0,05 (+) 0401070 Fażola tas-sojja 0,07 0401080 Żerriegħa tal-mustarda 0,01 0401090 Żerriegħa tal-qoton 0,01 0401100 Żerriegħa tal-qargħa ħamra 0,01 0401110 Żrieragħ tal-għosfor 0,01 0401120 Żerriegħa tal-fiddloqom 0,01 0401130 Żerriegħa tal-camelina sativa 0,01 0401140 Qannebusa 0,01 0401150 Żerriegħa tar-riġnuwa 0,01 0401990 Oħrajn 0,01 0402000 Frott taż-żejt 0,01 0402010 Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt 0402020 Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt 0402030 Il-frott tal-palm taż-żejt 0402040 Kapok 0402990 Oħrajn 0500000 ĊEREALI 0,07 0500010 Xgħir 0,3 (+) 0,05 (+) 0500020 Qamħ saraċin u ċereali foloż oħrajn 0,01 0,01 0500030 Qamħirrum 0,05 0,01 0500040 Millieġ komuni 0,01 0,01 0500050 Ħafur 0,3 (+) 0,05 (+) 0500060 Ross 1,5 (+) 0,01 0500070 Segala 0,04 (+) 0,05 (+) 0500080 Sorgu 0,01 0,01 0500090 Qamħ 0,04 (+) 0,05 (+) 0500990 Oħrajn 0,01 0,01 0600000 TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB 0,1 0,05 0610000 Tejiet 0,05 0620000 Żrieragħ tal-kafè 0,02 0630000 Infusjonijiet erbali minn 0,05 0631000 fjuri 0631010 Kamomilla 0631020 Ibisku 0631030 Ward 0631040 Ġiżimin 0631050 Tilju 0631990 Oħrajn 0632000 weraq u ħxejjex aromatiċi 0632010 Frawla 0632020 Rooibos 0632030 Te tal-Paragwaj 0632990 Oħrajn 0633000 għeruq 0633010 Valerjana 0633020 Ġinseng 0633990 Oħrajn 0639000 kull parti oħra tal-pjanta 0640000 Żerriegħa tal-Kawkaw 0,05 0650000 Grupp Ħarrub 0,05 0700000 ĦOPS 0,1 0,05 0,05 0800000 ĦWAWAR 0810000 Ħwawar taż-żerriegħa 0,1 0,05 0,05 0810010 Ħlewwa 0810020 Ħlewwa sewda/kemmun iswed 0810030 Karfus 0810040 Kosbor 0810050 Kemmun 0810060 Xibt 0810070 Bużbież 0810080 Fienu 0810090 Noċemuskata 0810990 Oħrajn 0820000 Ħwawar tal-frott 0,1 0,05 0,05 0820010 Bżar tal-Ġamajka/piment 0820020 Bżar tas-Sichuan 0820030 Ħlewwa Ġermaniża 0820040 Kardamomu 0820050 Frott tal-ġnibru 0820060 Bżar (iswed, aħdar u abjad) 0820070 Vanilja 0820080 Tamal tal-Indja 0820990 Oħrajn 0830000 Ħwawar tal-qoxra tas-siġar 0,1 0,05 0,05 0830010 Kannella 0830990 Oħrajn 0840000 Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi 0840010 Għud is-sus 0,1 0,05 0,05 0840020 Ġinġer 0,1 0,05 0,05 0840030 Żagħfran tal-Indja 0,1 0,05 0,05 0840040 Għerq tal-mustarda (+) (+) (+) 0840990 Oħrajn 0,1 0,05 0,05 0850000 Ħwawar tal-blanzuni 0,1 0,05 0,05 0850010 Imsiemer tal-qronfol 0850020 Kappar 0850990 Oħrajn 0860000 Il-ħwawar ta' qalb il-fjura 0,1 0,05 0,05 0860010 Żagħfran 0860990 Oħrajn 0870000 Ħwawar tal-aril 0,1 0,05 0,05 0870010 Il-qoxra barranija tan-noċemuskata 0870990 Oħrajn 0900000 PJANTI TAZ-ZOKKOR 0,03 0,01 0900010 Pitravi taz-zokkor 0,15 (+) 0900020 Kannamieli 0,02 0900030 Għeruq taċ-Ċikwejra 0,01 0900990 Oħrajn 0,01 1000000 PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI — ANNIMALI TAL-ART 1010000 Tessuti minn 1011000 ħnieżer 0,03 0,02 1011010 Muskoli 0,05 (+) 1011020 Tessut xaħmi 0,05 (+) 1011030 Fwied 0,5 1011040 Kliewi 0,5 1011050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,5 1011990 Oħrajn 0,01 1012000 bovini 1012010 Muskoli 0,09 0,05 (+) 0,03 1012020 Tessut xaħmi 0,06 0,07 (+) 0,05 1012030 Fwied 0,09 0,5 0,3 1012040 Kliewi 0,09 0,5 0,15 1012050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,09 0,5 0,3 1012990 Oħrajn 0,03 0,01 0,02 1013000 nagħaġ 1013010 Muskoli 0,09 0,05 (+) 0,03 1013020 Tessut xaħmi 0,06 0,07 (+) 0,05 1013030 Fwied 0,09 0,5 0,3 1013040 Kliewi 0,09 0,5 0,15 1013050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,09 0,5 0,3 1013990 Oħrajn 0,03 0,01 0,02 1014000 mogħoż 1014010 Muskoli 0,09 0,05 (+) 0,03 1014020 Tessut xaħmi 0,06 0,07 (+) 0,05 1014030 Fwied 0,09 0,5 0,3 1014040 Kliewi 0,09 0,5 0,15 1014050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,09 0,5 0,3 1014990 Oħrajn 0,03 0,01 0,02 1015000 ekwini 1015010 Muskoli 0,09 0,05 0,03 1015020 Tessut xaħmi 0,06 0,07 0,05 1015030 Fwied 0,09 0,5 0,3 1015040 Kliewi 0,09 0,5 0,15 1015050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,09 0,5 0,3 1015990 Oħrajn 0,03 0,01 0,02 1016000 tjur 0,03 0,01 1016010 Muskoli (+) 0,05 (+) 1016020 Tessut xaħmi (+) 0,05 (+) 1016030 Fwied 0,2 (+) 1016040 Kliewi 0,02 1016050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,2 1016990 Oħrajn 0,02 1017000 annimali terrestri oħrajn imrobbijin 1017010 Muskoli 0,09 0,05 0,03 1017020 Tessut xaħmi 0,06 0,07 0,05 1017030 Fwied 0,09 0,5 0,3 1017040 Kliewi 0,09 0,5 0,15 1017050 Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi) 0,09 0,5 0,3 1017990 Oħrajn 0,03 0,01 0,02 1020000 Ħalib 0,03 0,01 0,015 1020010 Bhejjem tal-ifrat (+) 1020020 Nagħaġ (+) 1020030 Mogħoż (+) 1020040 Żwiemel 1020990 Oħrajn 1030000 Bajd tat-tjur 0,03 0,01 (+) 0,05 (+) 1030010 Tiġieġ 1030020 Papri 1030030 Wiżż 1030040 Summien 1030990 Oħrajn 1040000 Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura 0,05 0,05 0,05 1050000 Amfibji u Rettili 0,03 0,01 0,02 1060000 Annimali terrestri invertebrati 0,03 0,01 0,02 1070000 Annimali vertebrati terrestri slavaġ 0,03 0,01 0,02

(2) Fl-Anness II, il-Parti B, jitħassru l-kolonni għall-kaptan, il-propikonażol u s-spirossammina.

Versions

  1. 2016-03-29