Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/481 tal-1 ta' April 2016 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/481@2016-04-01/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikoli 247 sa 249 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju u japplika mill-1 ta' Mejju 2016. Dak ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 2913/92 b'effett mill-1 ta' Mejju 2016. Huwa jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta ċerti elementi mhux essenzjali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jipprovdu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħha.
(2) Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat delegati tagħha bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha bl-adozzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2447. Dawn iż-żewġ Regolamenti għandhom ukoll japplikaw mill-1 ta' Mejju 2016.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ma jibqax jgħodd mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/2446 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 u għandu għaldaqstant jitħassar b'effett minn dik id-data.
(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jitħassar.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Japplika mill-1 ta' Mejju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker