Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/49 tas-7 ta' Jannar 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2016)

In forceVersion 2016-01-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/49@2016-01-07/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1) Skont id-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2) Fit-23 ta' Lulju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1496 li testendi l-mandat tas-Sur Kálmán MIZSEI bħala Kap tal-Missjoni EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2015.

(3) Fit-18 ta' Diċembru 2015, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Kęstutis LANČINSKAS bħala l-Kap tal-missjoni ta' EUAM Ukraine,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Kęstutis LANČINSKAS huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) mill-1 ta' Frar 2016 sal-31 ta' Jannar 2017.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Jannar 2016. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President W. Stevens

Versions

  1. 2016-01-07