Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/558 tal-11 ta' April 2016 li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet ta' kooperattivi u ta' tipi oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib dwar l-ippjanar tal-produzzjoni

In forceVersion 2016-04-11from 2016-04-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/558@2016-04-11/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1) Is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib qed jesperjenza perjodu mtawwal ta' żbilanċ serju fis-suq. Il-prezzijiet tal-ħalib mal-ħruġ mill-azjenda agrikola ilhom taħt pressjoni għal dawn l-aħħar 18-il xahar minħabba żbilanċ bejn iż-żieda fil-produzzjoni u t-tnaqqis fir-ritmu fit-tkabbir tad-domanda fis-suq dinji.

(2) Minkejja l-effettività tal-miżuri li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni, is-sitwazzjoni qed tkompli sejra għall-agħar minħabba l-fatt li l-għeluq tas-suq Russu u d-domanda baxxa miċ-Ċina laqtu s-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fi żmien fejn laħqu saru investimenti fil-produzzjoni fid-dawl tal-iskadenza tal-kwota tal-ħalib fil-31 ta' Marzu 2015 u ta' prospetti pożittivi fis-suq dinji. Abbażi tal-analiżi tas-suq disponibbli, fis-sentejn li ġejjin mhux mistenni li jkun hemm xi tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-produzzjoni.

(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/559 jawtorizza lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib tagħhom li jikkonkludu ftehimiet konġunti volontarji u jieħdu deċiżjonijiet komuni dwar l-ippjanar tal-produzzjoni tal-ħalib fuq bażi temporanja għal perjodu ta' sitt xhur. Minħabba li s-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib huwa fil-biċċa l-kbira kkaratterizzat minn strutturi kooperattivi, huwa xieraq li dik l-awtorizzazzjoni, inklużi l-obbligi tan-notifika relatati, jiġu estiżi għal dawk l-entitajiet stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib. L-istess japplika għal tipi oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib f'konformità mal-liġi nazzjonali u huma attivi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, bil-għan li tiġi mkabbra l-kopertura tal-miżura.

(4) Sabiex tkun żgurata l-effettività ta' dan ir-Regolament, dan għandu jiġi applikat minnufih b'mod parallel mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/559. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 209(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/559 għandu japplika mutatis mutandis għal kooperattivi u tipi oħra ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew stabbiliti mill-produtturi tal-ħalib f'konformità mal-liġi nazzjonali u huma attivi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2016-04-11