Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/667 tas-27 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/667@2016-04-27/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jipprevedi li l-Kummissjoni żżomm lista ta' awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-Anness III.
(2) Id-dettalji ta' kuntatt tal-Awtoritajiet tal-Kimberley Process fil-Belġju, fil-Ġermanja u fir-Renju Unit għandhom jitranġaw.
(3) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 qed jiġi sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016. Għall-Kummissjoni Federica Mogherini Viċi President
ANNEX
ANNESS
ANNESS III Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002
IL-BELĠJU
Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie, Dienst Vergunningen. Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Direction générale des Analyses économiques et de l'Economie internationale, Service Licence. Italiëlei 124, bus 71 B-2000 Antwerpen Tel. +32 22775459 Fax +32 22775461 Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be Fil-Belġju l-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi: The Diamond Office, Hovenierstraat 22 2018 Antwerpen
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi: Generální ředitelství cel Budějovická 7 140 96 Praha 4 Česká republika Tel. +420 261333841, +420 261333859, mowbajl +420 737213 793 Fax +420 261333870 Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně Tel. +420 220113788 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa -7:30am — 15:30pm) Tel. +420 220119678 (Sibtijiet, Ħdud u l-bqija — 15:30pm — 7:30am)
IL-ĠERMANJA
Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-UE, isiru biss mill-awtorità li ġejja: Hauptzollamt Koblenz Zollamt Idar-Oberstein Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten Hauptstraβe 197 55743 Idar-Oberstein Tel. +49 678156270 Fax +49 6781562719 Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti: Generalzolldirektion — Direktion VI — Recht des grenzüberschreitenden Warenverkehrs/Besonderes Zollrecht Krelingstraβe 50 D-90408 Nürnberg Tel. +49 9113763754 Fax +49 9113762273 Posta elettronika: DVIA3.gzd@zoll.bund.de
IL-PORTUGALL
Autoridade Tributária e Aduaneira Direção de Serviços de Regulação Aduaneira R. da Alfândega, 5 1149-006 Lisboa Tel. +351 218813888/9 Fax +351 218813941 Posta elettronika: dsra@at.gov.pt Fil-Portugall il-kontrolli tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2368/2002 u t-trattament doganali jsiru biss fi: Alfândega do Aeroporto do Lisboa Aeroporto de Lisboa, Terminal de Carga, Edifício 134 1750-364 Lisboa Tel. +351 210030080 Fax +351 210037777 Indirizz tal-posta elettronika: aalisboa-kimberley@at.gov.pt
IR-RUMANIJA
Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor (L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur) 1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România (72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija) Cod postal (Kodiċi postali) 011865 Tel. +40 213184635 / 3129890 / 3121275 Fax +40 213184635 / 3143462 www.anpc.ro
IR-RENJU UNIT
Government Diamond Office Conflict Department Room WH.1.163 Foreign and Commonwealth Office King Charles Street Londra SW1 A 2AH Tel. +44 2070086903 / 5797 Fax +44 2070083905 Posta elettronika: KPUK@fco.gov.uk