Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/709 tas-26 ta' Jannar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' derogi li jikkonċernaw muniti b'restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/709@2016-01-26/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Notifika tad-deroga
- 2.
- Artikolu 3 Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ġustifikati
- Artikolu 4 L-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
- 3.
- Artikolu 5 Applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
- 2.
- Artikolu 6 Tariffa pagabbli għall-għoti ta' linja ta' kreditu
- 2.
- Artikolu 7 Limitu fuq l-użu ta' derogi
- 2.
- Artikolu 8 Dispożizzjonijiet finali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 419(5) tiegħu,
Billi:
(1) Il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja stabbilixxa l-istandards internazzjonali rigward il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità u l-għodod ta' monitoraġġ tar-riskju tal-likwidità (standards tal-BCBS).
(2) Sabiex jiġu żgurati sorveljanza u applikazzjoni effettivi tad-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll monitoraġġ effettiv tal-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għal dawk id-derogi, skont l-istandards tal-BCBS, l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta huma jkollhom l-intenzjoni li japplikaw dawn id-derogi jew meta huma jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu bidla materjali għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi.
(3) L-istandards tal-BCBS jistabbilixxu prinċipji ta' gwida għas-superviżuri f'ġuriżdizzjonijiet b'assi likwidi ta' kwalità għolja insuffiċjenti. F'konformità mal-Prinċipju 3 ta' dawk il-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri, qabel tiġi applikata xi deroga, sabiex jintwerew ħtiġijiet ġustifikati, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli, sa fejn ikun prattikabbli, biex jiżguraw l-użu ta' assi likwidi ta' kwalità għolja u t-tnaqqis tal-livell globali ta' riskju ta' likwidità tagħhom, biex titjieb il-konformità mar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità.
(4) F'konformità mal-Prinċipji 1 u 4 tal-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri stabbiliti fl-istandards tal-BCBS, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ma japplikawx id-derogi bħala għażla ekonomika li timmassimizza l-profitti tagħhom permezz tal-għażla ta' assi likwidi alternattivi ta' kwalità għolja bbażati primarjament fuq konsiderazzjonijiet ta' rendiment. F'konformità ma' dawn il-prinċipji, huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit mekkaniżmu għal-limitazzjoni tal-użu tad-derogi biex jitnaqqsu r-riskji ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' assi alternattivi. Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istandards tal-BCBS jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għal telf impost xieraq għall-finijiet tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tariffa għall-finijiet tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament. B'mod partikolari, fir-rigward tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sabiex jiġi żgurat li l-prezz imħallas minn istituzzjoni għal linja ta' kreditu ta' bank ċentrali jkun ġust, it-tariffa għandha tkun magħmula minn żewġ elementi. L-ewwel element għandu jpatti għar-rendiment ogħla ggwadanjat fuq l-assi miżmuma, biex tiġi żgurata l-linja ta' kreditu sabiex tiżgura li l-prezz jirrifletti l-benefiċċji li jakkumulaw indipendentement mill-ammont attwalment miġbud. It-tieni element għandu jirrifletti l-ammont tal-linja ta' kreditu miġbud.
(5) F'konformità mal-Prinċipju 2 tal-prinċipji ta' gwida għas-superviżuri stabbiliti fl-istandards tal-BCBS, l-użu ta' derogi għandu jkun limitat għall-istituzzjonijiet kollha bi skoperturi fil-munita rilevanti. Skont l-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-derogi applikati għandhom ikunu proporzjonati b'mod invers għad-disponibbiltà tal-assi rilevanti. Għal dawk ir-raġunijiet, l-użu ta' derogi għandu jkun limitat għal perċentwal ta' ħruġ nett tal-likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu f'munita rilevanti li tikkorrispondi għan-nuqqas rilevanti f'assi likwidi f'dik il-munita.
(6) Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni.
(7) L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(8) Skont il-proċedura fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-Kummissjoni approvat b'emendi l-abbozz tal-istandard regolatorju sottomess mill-EBA wara li kienet bagħtet l-abbozz tal-istandard regolatorju lura lill-EBA bl-ispjegazzjoni tar-raġunijiet għall-emendi. L-EBA ipprovdiet opinjoni formali li tappoġġa dawk l-emendi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-derogi msemmija fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar muniti b'limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi.
Artikolu 2 Notifika tad-deroga
1. Istituzzjoni ta' kreditu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li beħsiebha tapplika waħda jew iż-żewġ derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. In-notifika għandha tingħata bil-miktub 30 jum qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tad-deroga. Fejn istituzzjoni beħsiebha tagħmel xi bidla materjali fl-applikazzjoni tagħha tad-deroga (i) kif notifikat skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha 30 jum qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni dwar tali bidla. F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn, minħabba żviluppi mhux mistennija tas-suq, avvenimenti idjosinkratiċi jew fatturi oħra lil hinn mill-kontroll tal-istituzzjoni, ma jkunx possibbli li l-awtoritajiet kompetenti jiġu notifikati dwar bidla materjali 30 jum qabel l-ewwel applikazzjoni tagħha, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu notifika preliminari lill-awtoritajiet kompetenti qabel l-applikazzjoni ta' bidla materjali. In-notifika preliminari tipprovdi deskrizzjoni tan-natura tal-bidla materjali flimkien ma' indikazzjoni tal-punt safejn id-deroga maħsuba tista' tiġi applikata, espressa bħala perċentwal tal-assi likwidi meħtieġa li jinżammu minn istituzzjoni biex jintlaħaq ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. In-notifika preliminari għandha tiġi kompluta permezz ta' notifika f'konformità mat-tieni subparagrafu fi żmien 30 jum tal-ewwel applikazzjoni ta' xi deroga. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sena dwar jekk ikollhomx l-intenzjoni li jkomplu japplikaw id-deroga notifikata skont l-ewwel subparagrafu.
2. In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 għandha tispeċifika l-informazzjoni li ġejja:
2.
(a) jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament, jew it-tnejn li huma;
(b) konferma tal-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;
(c) jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konferma ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;
(d) jekk in-notifika tikkonċernax id-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konferma tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament;
(e) stima tal-applikazzjoni futura tal-istituzzjoni ta' deroga/i f'termini tad-deroga li għandha tiġi applikata, espressa bħala perċentwal, u l-varjazzjoni tagħha matul iż-żmien flimkien ma' paragun bejn il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni jekk tapplika d-deroga/i prevista/i fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-pożizzjoni tal-likwidità tagħha jekk ma tapplikax id-deroga/i prevista/i f'dak l-Artikolu.
Artikolu 3 Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ġustifikati
Istituzzjoni għandha titqies li għandha ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 419(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati biss:
(a) jekk hi naqqset, permezz ta' ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa għal assi likwidi fil-firxa sħiħa ta' negozju mwettaq mill-istituzzjoni;
(b) jekk l-investimenti ta' assi likwidi tagħha huma konsistenti mad-disponibbiltà ta' dawk l-assi fil-munita relevanti.
Artikolu 4 L-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Istituzzjoni għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura ta' likwidità stabbilit fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel ma tiġi applikata d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) ta' dak ir-Regolament.
2. Istituzzjoni għandha tiżgura li, f'kull ħin, hija tkun tista' tidentifika operazzjonalment l-assi likwidi użati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità f'munita barranija u assi likwidi miżmuma bħala riżultat tal-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3. Istituzzjoni għandha tiżgura li l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-munita barranija tagħha jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
3.
(a) diskrepanzi fil-muniti li jirriżultaw mill-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu adegwatament imkejla, immonitorjati, ikkontrollati u ġustifikati;
(b) assi likwidi inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis ta'flussi ta' dħul jistgħu jiġu likwidati fil-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti kull meta jkun meħtieġ;
(c) l-evidenza storika relatata ma' perjodi ta' stress tappoġġa l-konklużjoni li l-istituzzjoni tkun tista' minnufih tillikwida l-assi msemmija fil-punt (b).
4. Istituzzjoni li tuża l-assi likwidi f'munita għajr il-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti biex tkopri l-ħtiġijiet ta' likwidità fil-munita msemmija l-aħħar għandha tapplika telf impost ta' 8 % fuq il-valur ta' dawk l-assi flimkien ma' kwalunkwe valwazzjoni negattiva tad-dejn skont l-Artikolu 418 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fejn l-assi likwidi jkunu denominati f'munita li mhijiex negozjata b'mod attiv fis-swieq tal-muniti barranin madwar id-dinja, it-telf impost addizzjonali se jkun ogħla għal 8 % u l-ogħla ċaqliq fir-rata tal-kambju ta' kull xahar bejn iż-żewġ muniti fl-10 snin ta' qabel id-data ta' referenza ta' rappurtar rilevanti. Jekk il-munita tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti rilevanti tkun formalment marbuta ma' munita oħra b'mekkaniżmu li bih il-banek ċentrali taż-żewġ muniti jkunu marbuta li jappoġġjaw ir-rata tal-kambju fissa, l-istituzzjoni tista' tapplika valwazzjoni negattiva tad-dejn daqs il-wisa' tal-faxxa tar-rati tal-kambju.
Artikolu 5 Applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1. Istituzzjoni għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) ta' dak ir-Regolament.
2. Istituzzjoni għandha tikseb mingħand il-Bank Ċentrali fir-rigward ta' muniti b'limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta' assi likwidi, linja ta' kreditu li tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
2.
(a) il-linja ta' kreditu tispeċifika li l-istituzzjoni jkollha intitolament legalment vinkolanti biex taċċessal-faċilitajiet ta' kreditu u li l-intitolament ikun stipulat fi ftehim bil-miktub;
(b) wara d-deċiżjoni li tingħata linja ta' kreditu, l-aċċess għal faċilitajiet ta' kreditu mhux soġġett għal deċiżjoni ta' kreditu mill-Bank Ċentrali;
(c) il-faċilitajiet ta' kreditu jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn ġurnata waħda wara li jiġi avżat il-Bank Ċentrali;
(d) il-linja ta' kreditu tkun dejjem disponibbli għal perjodu li jaqbeż il-perjodu ta' 30 jum tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità speċifikat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
3. Istituzzjoni għandha tiddepożita kollateral fil-Bank Ċentrali, li, wara li jkun ġie suġġett għal kull valwazzjoni negattiva tad-dejn applikata mill-Bank Ċentrali, ikun dejjem daqs jew ikbar mill-ammont massimu li jista' jinġibed fuq il-linja ta' kreditu.
Artikolu 6 Tariffa pagabbli għall-għoti ta' linja ta' kreditu
1. Istituzzjoni għandha tħallas tariffa stabbilita mill-Bank Ċentrali. It-tariffa tkun magħmula minn żewġ komponenti għal-linja ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament u trid tiżgura li ma hemm l-ebda vantaġġ jew żvantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta mqabbla ma' istituzzjonijiet li ma japplikawx id-deroga.
2. It-tariffa li għandha titħallas minn istituzzjoni għal-linja ta' kreditu tkun is-somma tal-komponenti li ġejjin: L-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jista' jiġi aġġustat biex jikkunsidra kwalunkwe differenza materjali fir-riskju ta' kreditu bejn is-settijiet ta' assi msemmija f'dak il-punt.
2.
(a) ammont li huwa bbażat fuq l-ammont tal-linja ta' kreditu prelevat;
(b) ammont li jqarreb id-differenza bejn dawn li ġejjin:
(b)
(i) ir-rendiment fuq l-assi użati biex tiġi żgurata l-linja ta' kreditu;
(ii) ir-rendiment fuq portafoll rappreżentattiv ta' assi tat-tip previst fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 416(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 7 Limitu fuq l-użu ta' derogi
1. Meta jiġu applikati d-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jaqbżu l-perċentwal rilevanti stabbilit fir-rigward ta' munita mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 419(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Għall-finijiet ta' paragrafu 1, meta jiġu applikati d-derogi previsti fl-Artikolu 419(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-perċentwal bħala l-perċentwal li X jirrappreżenta Y fejn:
2.
(a) X huwa s-somma tal-valur tal-assi likwidi kollha li għalihom tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, wara l-applikazzjoni ta' kull telf impost u l-ammont massimu li jista' jinġibed fuq linja ta' kreditu li għaliha tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 419(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b) Y huwa l-ammont tal-assi likwidi meħtieġ li jinżamm minn istituzzjoni biex tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità skont l-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2016. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker