Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/785 tad-19 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

In forceVersion 2016-05-19from 2016-05-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/785@2016-05-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS (1)(2)(3)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK, u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(2) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, jeħtieġ li jiżdiedu tmintax-il persuna u entità waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK. L-entrati li jirrigwardaw żewġ persuni inklużi f'dak l-Anness għandhom ukoll jiġu aġġornati.

(3) L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Mejju 2016. Għall-Kunsill Il-President A.G. Koenders

ANNEX

ANNESS (1)(2)(3)

Fil-Parti I(A) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, il-persuni elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, soġġetti għal miżuri restrittivi: Isem (u psewdonimi possibbli) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġuni 15. CHOE Kyong-song Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 16. CHOE Yong-ho Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-forzi tal-ajru. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 17. HONG Sung-Mu (psewdonimu HUNG Sung Mu) Data tat-twelid: 1.1.1942 Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta' żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 18. JO Chun Ryong (psewdonimi CHO Chun Ryo'ng, JO Chun-Ryong, JO Cho Ryong) Data tat-twelid: 4.4.1960 President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) mill-2014 u responsabbli għall-ġestjoni tal-fabbriki u s-siti għall-produzzjoni ta' munizzjonijiet. It-TKE ġie indikat taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tiegħu f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili, ir-responsabbiltà tiegħu għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumissjoni tad-Difiża Nazzjonali. Ipparteċipa f'diversi programmi relatati mal-missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 19. JO Kyongchol Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 20. KIM Chun-sam Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel Viċi Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 21. KIM Chun-sop Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 22. KIM Jong-gak Data tat-twelid: 20.7.1941 Post tat-twelid: Pyongyang Viċi Marixxall fl-armata tar-RDPK, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 23. KIM Rak Kyom (psewdonimu KIM Rak-gyom) Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massival jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 24. KIM Won-hong Data tat-twelid: 7.1.1945 Post tat-twelid: Pyongyang Numru tal-passaport: 745310010 Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 25. PAK Jong-chon Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tal-Firepower Command Department. Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Artillery Command Department. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 26. RI Jong-su Viċi Ammirall. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali Koreana, li hija involuta fl-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 27. SON Chol-ju Kurunell Ġeneral tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 28. YUN Jong-rin Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 29. PAK Yong-sik Ġeneral b'Erba' Stilel, membru tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat, Ministru għad-Difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Huwa assista għall-ittestjar ta' missili ballistiċi f'Marzu 2016. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 30. HONG Yong Chil Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — elenkati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Id-DIM fi snin reċenti ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 31. RI Hak Chol (psewdonimi RI Hak Chul, RI Hak Cheol Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966 Numru tal-Passaporti: 381320634, PS- 563410163 President tal-Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. 32. YUN Chang Hyok Data tat-twelid: 9.8.1965 Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Fil-Parti I (B) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, l-entità elenkata hawn taħt tiżdied mal-lista ta' entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva soġġetti għal miżuri restrittivi: Isem (u psewdonimi possibbli) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet 13. Strategic Rocket Forces Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Fil-Parti I (A) tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, l-entrati għall-persuni li ġejjin huma sostitwiti fil-lista ta' persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, soġġetti għal miżuri restrittivi: Isem (u psewdonimi possibbli) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet 3. CHU Kyu-Chang (psewdonimu JU Kyu-Chang) Data tat-twelid: 25.11.1928 Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Hamgyo'ng ta' Nofsinhar Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. 8. PAEK Se-bong Sena tat-twelid: 1946 Ex-President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

Versions

  1. 2016-05-19