Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/969 tal-15 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi rekwiżiti standard ta' rapportar għal programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza ta' mard tal-annimali u żoonożi kofinanzjati mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE (notifikata bid-dokument C(2016) 3615) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2016-06-15from 2016-06-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2016/969@2016-06-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I
  4. ANNESS II
  5. ANNESS III Rekwiżiti standard għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-programmi nazzjonali għall-qerda tal-mard tal-annimali tal-akkwakultura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu.

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistabbilixxi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari u mas-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti għas-sottomissjoni u għall-kontenut tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi.

(2) L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sat-30 ta' April, għal kull programm nazzjonali annwali jew pluriennali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni rapport annwali tekniku u finanzjarju dettaljat li jkopri s-sena preċedenti.

(3) It-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sal-31 ta' Awwissu, għal kull programm nazzjonali annwali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni rapport finanzjarju intermedju.

(4) L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula li kull sena, sat-30 ta' April, għal kull programm nazzjonali annwali approvat, l-Istati Membri jridu jressqu lill-Kummissjoni talba għall-pagament dwar il-programmi implimentati matul is-sena preċedenti.

(5) L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/288/UE jistipula li għall-programmi implimentati mill-1 ta' Jannar 2015 l-Istati Membri jridu jressqu rapporti intermedji u finali online billi jużaw il-mudelli elettroniċi standard korrispondenti pprovduti mill-Kummissjoni (ħlief għall-programmi marbuta ma' ċertu mard tal-akkwakultura).

(6) L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE jiddefinixxi l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fir-rapporti.

(7) Għall-konformità mal-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jistgħu jsiru l-modifiki meħtieġa jew jiġu inklużi aktar dettalji, għandhom jintużaw il-mudelli elettroniċi standard għal rapporti intermedji u finali, inkluż it-talbiet għal pagament, provduti fuq l-Internet fuq is-sit web tal-Kummissjoni għal programmi veterinarji dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien blu, il-bruċellożi bovina, il-bruċellożi ovina u kaprina, id-deni klassiku tal-ħnieżer, ir-rabja, l-infezzjoni tas-Salmonella f'ċerti popolazzjonijiet ta' tjur, it-tuberkulożi bovina u l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Istati Membri u se tiddiskuti magħhom il-modifiki kollha meħtieġa tal-mudelli elettroniċi standard fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-mudelli elettroniċi standard riveduti, minbarra li huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni, se jintbagħtu lill-Istati Membri kollha mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Ġunju (rapporti intermedji) u sa mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Marzu (rapporti finali u talbiet għal pagamenti) tas-sena konċernata.

(8) Għal mard ieħor mhux inkluż fil-mudelli elettroniċi standard u għal mard tal-akkwakultura, l-użu tal-formoli standard mhux elettroniċi jitqies bħala l-għodda xierqa għall-preżentazzjoni tar-rapporti, minħabba l-għadd żgħir ta' programmi approvati f'dawn l-aħħar snin, li ma jeħtieġx l-iżvilupp ta' mudelli elettroniċi speċifiċi.

(9) F'isem iċ-ċarezza għandha għalhekk titħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(10) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Għal programmi nazzjonali approvati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u li jikkonċernaw id-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-influwenza avjarja, il-marda tal-ilsien blu, il-bruċellożi bovina, il-bruċellożi ovina u kaprina, id-deni klassiku tal-ħnieżer, ir-rabja, l-infezzjoni tas-Salmonella f'ċerti popolazzjonijiet ta' tjur, it-tuberkolożi bovina u l-enċifalopatiji sponġiformi, ir-rapporti annwali u intermedji (inkluż it-talbiet għall-pagament) għandu jkun fihom l-informazzjoni prevista fil-formoli msemmija fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Ir-rapporti intermedji u annwali msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jintbagħtu online bl-użu tal-mudelli elettroniċi standard korrispondenti stipulati fl-Annessi I u II.

Artikolu 3 Għal mard ieħor mhux inkluż fil-mudelli elettroniċi, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mudelli ta' rapporti fuq bażi ad hoc u tipprovdihom lill-Istati Membri kkonċernati. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati bil-posta jew b'mezzi elettroniċi. Għar-rapport annwali dwar mard tal-akkwakultura, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell korrispondenti stabbilit fl-Anness III u jibagħtu r-rapport bil-posta jew b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 4 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/288/UE hija mħassra.

Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni tapplika għal preżentazzjonijiet ta' rapporti intermedji u ta' rapporti annwali, inkluż talbiet għal pagament, fir-rigward ta' programmi implimentati mill-2016.

Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2016. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

Il-mudell pdf speċifiku li għandu jintuża għall-abbozzar u l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji tal-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 huwa disponibbli fuq il-paġna web ta' DĠ SANTE: http://ec.europa.eu/dgs/health_food-safety/funding/cff/animal_health/vet_progs_en.htm

ANNESS II

Il-mudell pdf speċifiku li għandu jintuża għall-abbozzar u l-preżentazzjoni tar-rapporti annwali (inkluż it-talbiet għall-pagament) tal-programmi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 huwa disponibbli fuq il-paġna web ta' DĠ SANTE: http://ec.europa.eu/dgs/health_food-safety/funding/cff/animal_health/vet_progs_en.htm

ANNESS III Rekwiżiti standard għall-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-programmi nazzjonali għall-qerda tal-mard tal-annimali tal-akkwakultura

Il-mard tal-annimali tal-akkwakultura konċernat: RAPPORT ANNWALI U APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENT GĦALL-PROGRAMMI TA’ ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA Stat Membru: Sena ta’ implimentazzjoni: Marda/żoonożi (1): Il-kontenut u l-istruttura tar-rapport: 1. Deskrizzjoni u valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-qagħda epidemjoloġika, l-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet previsti skont il-programm u l-kosteffettività tal-programmi. 2. Dettalji dwar il-livell ta’ ksib tal-miri stabbiliti fil-programm approvat u diffikultajiet tekniċi. 3. Mapep epidemjoloġiċi tal-infezzjonijiet u dejta oħra rilevanti dwar il-marda/l-attivitajiet. 4. Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: informazzjoni dwar kwistjonijiet epidemjoloġiċi, tipi involuti, leżjonijiet misjuba fil-biċċerija jew fin-nekroskopija, eċċ. A. RAPPORT TEKNIKU 1. Mard (a) 1.1. Ħut IHN ISA KHV VHS 1.2. Molluski Marteilia refringens Bonamia ostreae 1.3. Krustaċji Marda tal-ponot bojod (a) Marda u speċi, jekk meħtieġ. 2. Informazzjoni ġenerali dwar il-programmi 2.1. Awtorità kompetenti (a) (*) 2.2. Organizzazzjoni, superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-programm (b) (*) 2.3. Durata tal-programm (*) (a) Għandha tingħata deskrizzjoni tal-istruttura, tal-kompetenzi, tad-dmirijiet u tas-setgħat tal-awtorità kompetenti jew tal-awtoritajiet kompetenti involuti. (b) Għandha tingħata deskrizzjoni tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-programm, kif ukoll deskrizzjoni tal-operaturi differenti involuti. (1) Marda jew żoonożi u l-ispeċi tal-annimal jekk meħtieġ. 3. Dejta dwar l-ittestjar tal-annimali Stat Membru, żona jew kompartiment (a) Marda: Sena: Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski Għadd ta’ kampjuni Għadd ta’ spezzjonijiet kliniċi Temperatura tal-ilma waqt it-teħid ta’ kampjuni/ l-ispezzjoni Speċi preżenti fit-teħid tal-kampjuni Speċi kkampjunati Għadd ta’ annimali kkampjunati (total u skont l-ispeċi) Għadd ta’ testijiet Riżultati pożittivi ta’ eżamijiet tal-laboratorju Riżultati pożittivi ta’ spezzjonijiet kliniċi TOTAL TOTAL (a) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-programm approvat. 4. Dejta dwar farms tal-ittestjar jew żoni ta’ trobbija Marda: Sena: Stat Membru, żona jew komparti-ment (a) Għadd totali ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski (b) Għadd totali ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski fil-programm Għadd ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski vverifikati (c) Għadd ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski pożittivi (d) Għadd ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski ġodda pożittivi (e) Għadd ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski depopulati % ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski pożittivi depopulati Annimali mneħħija u mormija (f) INDIKATURI TA’ MIRI % ta’ kopertura ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski % ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski pożittivi prevalenza ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski tal-perjodu % ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski ġodda pożittivi inċidenza ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski 1 2 3 4 5 6 7 8 = (7/5) × 100 9 10 = (4/3) × 100 11 = (5/4) × 100 12 = (6/4) × 100 Total (a) Stat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-programm approvat. (b) Għadd totali ta’ farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski li jeżistu fl-Istat Membru, żona jew kompartiment kif definiti fil-programm approvat. (c) Verifika tfisser twettiq ta’ test fil-livell tal-farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski fl-ambitu tal-programm għall-marda rispettiva bil-għan li jiġi aġġornat l-istatus tas-saħħa tal-farm jew żona ta’ trobbija tal-molluski. F’din il-kolonna, farm/żona ta’ trobbija tal-molluski ma għandux jingħadd darbtejn, anki jekk dan ikun ġie ċċekkjat aktar minn darba. (d) Farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski li għandhom tal-anqas annimal wieħed pożittiv matul il-perjodu indipendentement min-numru ta’ drabi li jkunu ġew ivverifikati l-farms jew iż-żoni ta’ trobbija tal-molluski. Għandhom jitqiesu wkoll bħala farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski li nstabu pożittivi qabel il-perjodu rrapportat hawnhekk iżda li minn dakinhar ma jkunux tbattlu, tnaddfu u ġew imserrħin. (e) Farms jew żoni ta’ trobbija tal-molluski li l-istatus tas-saħħa tagħhom fil-perjodu ta’ qabel kienu, skont il-Parti A tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14), kategorija I, kategorija II, kategorija III jew kategorija IV u li għandhom talanqas annimal wieħed pożittiv f’dan il-perjodu. (f) Annimali × 1000 jew piż totali ta’ annimali mneħħija u mormija. B. RAPPORT DWAR L-ATTIVITAJIET U L-ISPEJJEŻ Tabella A Miżuri eliġibbli Għadd ta’ unitajiet 1 (a) 2 (a) Finanzjament abbażi ta’ kostijiet reali Finanzjament permezz ta’ forom simplifikati ta’ għotjiet Kost reali totali mitlub (c) Kost ta’ unità/Somma f’daqqa/ Ammont b’rata fissa (100 %) Kost iddikjarat (b) Ikkampjunar Għadd totali ta’ kampjunar Ittestjar Ittestjar totali Tilqim Tilqim totali Kumpens Kumpens totali Miżuri eliġibbli oħra Total ta’ miżuri oħra eliġibbli Total 3 4 AMMONT TOTALI MITLUB (c) (a) Għal kull miżura eliġibbli imla jew il-kolonna 1 jew il-kolonna 2, skont il-metodu ta’ kofinanzjament speċifikat fid-deċiżjoni ta’ finanzjament. (b) 100 % tal-kost ta’ kull unità/somma f’daqqa/rata fissa definit immultiplikat bin-numru ta’ unitajiet. (c) It-total ta’ ċelloli 3 u 4. Tabella B (a) Informazzjoni addizzjonali dwar il-kumpens (b) Speċi ta’ annimali Annimali tal-akkwakultura depopolati (c) Għadd/piż ta’ annimali depopolati Ammont totali mħallas għall-annimali kkumpensati Ammont riċevut għall-annimali rkuprati Total (a) Timtela’ biss fil-każ li l-kosti eliġibbli jinkludu l-ammonti ta’ kumpens imħallas lis-sidien għall-annimali tagħhom li ġew imbiċċra jew maqtula/meqruda jew għall-prodotti tagħhom li ġew meqruda. (b) Id-dejta għandha tingħata fil-munita nazzjonali, VAT eskluża. (c) Meqruda (M) jew mibgħuta għall-konsum uman (KU). C. Dikjarazzjoni ffirmata li takkumpanja r-rapport annwali Stat Membru: Programm: Sena ta’ implimentazzjoni: Niċċertifikaw li — l-attivitajiet iddikjarati ġew effettivament mwettqa u li n-nefqa ddikjarata saret tassew, ġiet akkontata b’eżattezza u hija eliġibbli skont il-programm approvat; — id-dokumenti ta’ sostenn kollha relatati mal-attivitajiet u n-nefqa huma disponibbli għall-ispezzjoni, jiġifieri biex jiġġustifikaw il-livell ta’ kumpens għall-annimali; — il-programm twettaq skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari skont ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi u l-għajnuna mill-Istat; — ma ntalbet ebda kontribuzzjoni oħra mill-Unjoni għal dan il-programm, u d-dħul kollu mill-operazzjonijiet tal-programm ġie ddikjarat lill-Kummissjoni; — il-proċeduri ta’ verifika japplikaw, b’mod partikolari għall-verifika tal-akkuratezza tal-ammont tal-attivitajiet u n-nefqa ddikjarata, għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni tal- irregolaritajiet. Data Isem u firma tad-direttur operattiv

Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

Anemija infettiva tas-salamun (ISA)

Marda tal virus tal-erpete tal-koi (KHV)

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Marda tal-ponot bojod fil-krustaċji

Versions

  1. 2016-06-15