Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1117 tat-22 ta' Ġunju 2017 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1117@2017-06-22/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna.
(2) Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jixraq, għalhekk, li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.
(3) Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
Numru tal-ordni Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 (f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg) 09.4275 977500 09.4276 2250000