Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1195 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1195@2017-07-04/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/129/PESK.
(2) Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għall-proġetti li jkopru tal-attivitajiet speċjali msemmija fl-Artikolu 1(3) mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament msemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.
(3) Fit-3 ta' April 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/632 li estendiet il-perijodu tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK sat-2 ta' Lulju 2017.
(4) Fid-19 ta' Ġunju 2017, l-entità ta' implimentazzjoni (il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni) talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal estensjoni oħra tal-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/129/PESK sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex tkun tista' ssir l-organizzazzjoni ta' konferenza annwali importanti dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fl-2017, kif ukoll biex tkompli tinżamm il-manutenzjoni u tiġi aġġornata l-pjattaforma tal-internet tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni wara t-2 ta' Lulju 2017.
(5) Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/129/PESK tiġi emendata sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet imsemmija fiha, u tiġi estiża d-durata tagħha skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1)(c) Artikolu 1(3)(c) huwa sostitwit b'dan li ġej: il-provvediment ta' mezzi biex isiru erba' konferenzi prinċipali annwali ma' pajjiżi terzi u mas-soċjetà ċivili dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm biex jippromwovu internazzjonalment l-Istrateġija tal-UE għan-Nonproliferazzjoni tal-AQM u l-Istrateġija tal-UE għas-SALW, u r-rwol, f'dan il-qasam, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-gruppi ta' riflessjoni fl-Unjoni, bil-ħsieb li tiżdied il-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni f'dan il-qasam u li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet quddiem ir-rappreżentanti tar-RGħ;;
(2) L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(2)
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jkopru l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(3) għandu jkun ta' EUR 4034254,15.;
(3) L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(3)
2. Hija għandha tapplika mit-3 ta' Lulju 2017. Hija għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.;
(4) 4. It-test tat-Taqsima 4 tal-Anness jinbidel b'dan li ġej: Tul ta' żmien Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017. Għall-Kunsill Il-President M. Maasikas