Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1280 tal-11 ta' Lulju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2017)

In forceVersion 2017-07-11from 2017-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1280@2017-07-11/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2) Fis-7 ta' Lulju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2015, li taħtar is-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016.

(3) Fit-12 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2016, li testendi l-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah għall-perijodu sat-30 ta' Ġunju 2017.

(4) Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1193, li testendi l-mandat ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

(5) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sinjura Natalina CEA bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah huwa b'dan estiż mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hi għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President W. Stevens

Versions

  1. 2017-07-11