Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1394 tas-26 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1394@2017-07-26/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.
(2) Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti jinbidlu biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.
(3) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.
(4) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
ANNESS I
Kodiċi NM Deskrizzjoni tal-oġġetti Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) Oriġini 02071210 Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati 112,5 0 AR 02071290 Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati 125,5 0 AR 145,2 0 BR 02071410 Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati 249,8 15 AR 202,6 29 BR 295,5 1 CL 214,6 26 TH 02072710 Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati 306,1 0 BR 346,8 0 CL 04089180 Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra 354,1 0 AR 16023211 Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ 203,9 25 BR