Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1510 tat-30 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1510@2017-08-30/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,
Billi:
(1) L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-użu għall-provvista lill-pubbliku ġenerali ta' sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u ta' taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjonijiet speċifikati. Is-sustanzi kkonċernati huma elenkati fl-Appendiċi 1 sa 6 ta' dak l-Anness.
(2) Is-sustanzi huma kklassifikati bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament.
(3) Peress li l-Appendiċi 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ġew aġġornati l-aħħar sabiex jirriflettu l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tas-sustanzi bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Parti 3 tal-Anness VI ta' dan tal-aħħar ġiet emendata bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014, (UE) 2015/1221 u (UE) 2016/1179.
(4) Minħabba li l-operaturi jistgħu japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f'data iktar kmieni, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament iktar kmieni, fuq bażi volontarja.
(5) Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.
(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont dan l-Anness.
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, bl-eċċezzjoni:
tal-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Anness, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Marzu 2018, u
l-paragrafu (4)(a) tal-Anness li għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2018 diment li jkun relatat mas-sustanzi li ġejjin: bisfenol A; [fenol, dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 2-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 3-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, 4-dodeċil-, ramifikat]; [fenol, (tetrapropenil) derivattivi]; klorofaċinon (ISO); kumatetralil (ISO); difenakum (ISO); flokumafen (ISO); ottaborat tad-disodju anidru; ottaborat tad-disodju tetraidrat; bromadijolon (ISO); difetijalon; [aċidu perfluworononan-1-ojku, u l-imluħa tas-sodju u tal-ammonju tiegħu]; ftalat tad-diċikloeżil u triflumiżol (ISO).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk: 1,2-dikloropropan; diklorur tal-propilen 602-020-00-0 201-152-2 78-87-5 mikrofibri tal-ħġieġ-e ta' kompożizzjoni rappreżentattiva; [Fibri tas-silikat tal-kalċju u tal-aluminju b'orjentazzjoni aleatorja bil-kompożizzjoni rappreżentattiva li ġejja (% mogħti skont il-piż): SiO2 50,0-56,0 %, Al2O3 13,0-16,0 %, B2O3 5,8-10,0 %, Na2O < 0,6 %, K2O < 0,4 %, CaO 15,0-24,0 %, MgO < 5,5 %, Fe2O3 < 0,5 %, F2 < 1,0 %. Proċess: normalment prodotti permezz ta' attenwazzjoni tal-fjamma u proċess rotatorju. (Jista' jkun hemm il-preżenza, f'livelli baxxi, ta' elementi individwali addizzjonali; il-lista tal-proċess ma tipprekludix l-innovazzjoni).] 014-046-00-4 — —
(2) Fl-Appendiċi 4, l-entrata li ġejja tiddaħħal fit-tabella skont l-ordni tan-numru tal-indiċi stabbilit hemmhekk: 3,7-dimetilokta-2,6-dienenitril 608-067-00-3 225-918-0 5146-66-7
(3) Fl-Appendiċi 5,
(3)
(a) l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk: brodifakum (ISO); 4-idrossi-3-(3-(4′-bromo-4-bifenilil)-1,2,3,4-tetraidro-1-naftil)kumarin 607-172-00-1 259-980-5 56073-10-0 trab taċ-ċomb; [dijametru tal-partiċelli < 1 mm] 082-013-00-1 231-100-4 7439-92-1 ċomb fil-forma massiva: [dijametru tal-partiċelli ≥ 1 mm] 082-014-00-7 231-100-4 7439-92-1
(b) l-entrata dwar il-warfarina; 4-idrossi-3-(3-osso-1- fenilbutil)-kumarin huwa sostitwit bl-entrata li ġejja: warfarina (ISO); 4-idrossi-3-(3-osso-1- fenilbutil)-2H-kromen-2-on; [1] (S)-4-idrossi-3-(3-osso- 1-fenilbutil)-2-benżopiron; [2] (R)-4-idrossi-3-(3-osso- 1-fenilbutil)-2-benżopiron [3] 607-056-00-0 201-377-6 [1] 226-907-3 [2] 226-908-9 [3] 81-81-2 [1] 5543-57-7 [2] 5543-58-8 [3]
(4) Fl-Appendiċi 6,
(4)
(a) l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk: tetraidro-2-furil-metanol; alkoħol tetraidrofurfuriliku 603-061-00-7 202-625-6 97-99-4 arsenjur tal-gallju 031-001-00-4 215-114-8 1303-00-0 Komposti tat-tributiltin, bl-eċċezzjoni ta' dawk speċifikati xi mkien ieħor f'dan l-Anness 050-008-00-3 — — 1,2-aċidu benżendikarbossiliku, ester tad-diħessil, b'fergħat u lineari 607-710-00-5 271-093-5 68515-50-4 imidażol 613-319-00-0 206-019-2 288-32-4 bisfenol A; 4,4′-iżopropilidenedifenol 604-030-00-0 201-245-8 80-05-7 fenol, dodeċil-, b'fergħat; [1] fenol, 2-dodeċil-, b'fergħat; [2] fenol, 3-dodeċil-, b'fergħat; [3] fenol, 4-dodeċil-, b'fergħat; [4] fenol, (tetrapropenil) derivattivi [5] 604-092-00-9 310-154-3 [1] - [2] - [3] - [4] - [5] 121158-58-5 [1] - [2] - [3] 210555-94-5 [4] 74499-35-7 [5] klorofaċinon (ISO);2-[(4-klorofenil)(fenil)aċetil]-1H-indene-1,3(2H)-dion 606-014-00-9 223-003-0 3691-35-8 kumatetralil (ISO); 4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-1-naftil)kumarin 607-059-00-7 227-424-0 5836-29-3 difenakum (ISO); 3-(3-bifenil-4-il-1,2,3,4-tetraidro-1-naphtil)-4-idrossikumarin 607-157-00-X 259-978-4 56073-07-5 flokumafen (ISO); massa ta' reazzjoni ta': cis-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarin u trans-4-idrossi-3-(1,2,3,4-tetraidro-3-(4-(4-trifluworometilbenżilossi)fenil)-1-naftil)kumarin 607-375-00-5 421-960-0 90035-08-8 ottaborat tad-disodju anidru; [1] ottaborat tad-disodju tetraidrat [2] 005-020-00-3 234-541-0 [1] 234-541-0 [2] 12008-41-2 [1] 12280-03-4 [2] bromadijolon (ISO); 3-[3-(4′-bromobifenil-4-il)-3-idrossi-1-fenilpropil]-4-idrossi-2H-kromen-2-on 607-716-00-8 249-205-9 28772-56-7 difetijalon (ISO); 3-[3-(4′-bromobifenil-4-il)-1,2,3,4-tetraidronaftalen-1-il]-4-idrossi-2H-1-benżotijopiran-2-on 607-717-00-3 — 104653-34-1 aċidu perfluworononan-1-ojku [1] u l-imluħa tiegħu tas-sodju [2] u tal-ammonju [3] 607-718-00-9 206-801-3 [1] - [2] - [3] 375-95-1 [1] 21049-39-8 [2] 4149-60-4 [3] ftalat tad-diċikloeżil 607-719-00-4 201-545-9 84-61-7 triflumiżol (ISO); (1E)-N-[4-kloro-2-(trifluworometil)fenil]-1-(1H-imidażol-1-il)-2-propossietanimina 612-289-00-6 — 68694-11-1
(b) l-entrata dwar il-flumjoksażina (ISO); N-(7-fluworo-3,4-diidro-3-osso-4-prop-2-inil)—2,H 1,4-benżoksażina-6-il) ċikloeż-1-en-1,2dikarboksamid huwa sostitwit bl-entrata li ġejja: flumjoksażina (ISO); 2-[7-fluworo-3-osso-4- (prop-2-in-1-il)-3,4-diidro-2H-1,4-benżoksażina-6-il]-4,5,6,7-tetraidro-1H-isoindol-1,3 (2H)-dion 613-166-00-X — 103361-09-7