Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1516 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-276 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

In forceVersion 2017-08-31from 2017-09-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1516@2017-08-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2) Fis-27 ta' Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Awwissu 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura Persuni fiżiċi, id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrata: Kevin Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Tagħrif ieħor: Jinsab fis-Sirja sa mill-2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014. tinbidel b'dan li ġej: Kevin Jordan Axel Guiavarch. Data tat-twelid: 12.3.1993. Post tat-twelid: Pariġi, Franza. Ċittadinanza: Franċiża. Nru tal-passaport Franċiż 12CP63882.3FRA, maħruġ fil-31.7.2012 (validu sat-30.7.2022). Nru tal-identità nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità Franċiża 070275Q007873, maħruġa fis-16.2.2007 (valida sal-15.2.2017). Indirizz: a) Grenoble, Franza (domiċilju mill-1993 sal-2012), b) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm bejn l-2012 u l-2016), c) it-Turkija (minn Ġunju 2016 sa Jannar 2017) d) Franza (detenzjoni minn Jannar 2017). Informazzjoni oħra: Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.

Versions

  1. 2017-08-31