Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2017-06-08from 2017-09-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1542@2017-06-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. (2)
  5. 1.
  6. (a)
  7. (3)
  8. l-Artikolu 164b Investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti
  9. (6)
  10. (4)
  11. 4.
  12. (i)
  13. (5)
  14. 4.
  15. (6)
  16. 4.
  17. (8)
  18. 15.
  19. (10)
  20. Artikolu 261a Ġestjoni tar-riskju għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti jew investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti
  21. 1.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1)(a) u 111(1)(b), (c) u (m) tagħha,

Billi:

(1) Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-investiment, l-għoti ta' aktar viżibbiltà u assistenza teknika għal proġetti ta' investiment u użu iktar intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji ġodda u eżistenti. B'mod partikolari, it-tielet pilastru tal-Pjan ta' Investiment huwa bbażat fuq it-tneħħija ta' ostakli għall-investiment u fuq il-forniment ta' iktar prevedibbiltà regolatorja sabiex l-Ewropa tibqa' attraenti għall-investimenti.

(2) Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li timmobilizza l-kapital fl-Ewropa u twasslu għal, fost oħrajn, proġetti ta' infrastruttura li jeħtiġuha li tespandi u toħloq l-impjiegi. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, b'mod partikolari l-assiguraturi tal-ħajja, huma fost l-ikbar investituri istituzzjonali fl-Ewropa, bl-abilità li jipprovdu ekwità kif ukoll finanzjament tad-dejn għal infrastuttura fuq terminu twil.

(3) Fit-2 ta' April 2016, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467, li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, daħal fis-seħħ filwaqt li ħoloq klassi tal-assi distinta għal proġetti tal-infrastruttura għall-għan ta' kalibrar tar-riskju.

(4) Il-Kummissjoni talbet u rċeviet iktar pariri tekniċi mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) fir-rigward tal-kriterji u l-kalibrar ta' klassi ġdida ta' assi għall-korporattivi tal-infrastruttura. Dawn il-pariri tekniċi rrakkomandaw ukoll xi bidliet għall-kriterji għal investimenti ta' proġetti tal-infrastruttura kwalifikanti kif introdotti mir-Regolament Delegat (UE) 2016/467.

(5) Sabiex tkopri sitwazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti strutturati li jinvolvu entitajiet legali ta' grupp korporattiv, id-definizzjoni ta' entità ta' proġett tal-infrastruttura jeħtieġ li tiġi sostitwita u estiża biex tkopri kemm entitajiet individwali kif ukoll gruppi korporattivi. Biex jiġu koperti entitajiet li jaqilgħu porzjon sostanzjali tad-dħul tagħhom permezz tal-attivitajiet infrastrutturali, il-kliem tal-kriterji tad-dħul jeħtieġu jiġu emendati. Biex jiġu vvalutati s-sorsi tad-dħul ta' entità infrastrutturali jeħtieġ li tintuża l-iktar sena finanzjarja riċenti meta din tkun disponibbli jew permezz ta' proposta għal finanzjament bħal prospett ta' bonds jew projezzjonijiet finanzjarji f'applikazzjoni għal self. Id-definizzjoni tal-assi infrastrutturali tinkludi assi fiżiċi biex entitajiet infrastrutturali rilevanti jkunu jistgħu jikkwalifikaw.

(6) Biex tiġi evitata esklużjoni totali ta' entitajiet infrastrutturali li ma jistgħux jipprovdu sigurtà lill-mutwanti fuq l-assi kollha minħabba raġunijiet legali jew ta' sjieda, jeħtieġ li jinqabdu mekkaniżmi li jippermettu arranġamenti oħra ta' sigurtà favur il-fornituri tad-dejn.

(7) Filwaqt li jitqiesu sitwazzjonijiet fejn l-għotja qabel l-inadempjenza tista' ma tkunx permessa taħt il-liġi nazzjonali, ir-rekwiżit li l-ekwità tiġi mogħtija lill-fornituri tad-dejn jeħtieġ li jiġi inkluż f'arranġamenti oħra ta' sigurtà.

(8) Meta l-kunsens mill-fornituri tad-dejn eżistenti huwa impliċitu f'termini tad-dokument rilevanti bħal-limitu massimu tad-dejn, jeħtieġ li jiġi permess iktar ħruġ ta' dejn minn entità infrastrutturali eżistenti jew grupp korporattiv għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti.

(9) Kalibrar fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jkun proporzjonali mar-riskju involut.

(10) Abbażi tal-pariri tekniċi tal-EIOPA biex jiġi emendat it-trattament eżistenti ta' investimenti fi proġetti infrastrutturali kwalifikanti d-dispożizzjonijiet eżistenti għal proġetti infrastrutturali jeħtieġ li jiġu emendati.

(11) Il-pariri tekniċi tal-EIOPA kif ukoll l-evidenza komplementari jikkonfermaw li l-investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti jistgħu jkunu iktar siguri minn investimenti mhux infrastrutturali. Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi l-kalibrar tar-riskju l-ġdid għal investiment ta' dejn f'korporattivi infrastrutturali kwalifikanti biex jiddistingwi dawn l-investimenti minn investimenti mhux infrastrutturali.

(12) Jeħtieġ li definizzjonijiet xierqa u kriterji kwalifikanti jiżguraw imġiba tal-investiment prudenti minn impriżi tal-assigurazzjoni. Dawn id-definizzjonijiet u l-kriterji jeħtieġu jiżguraw li l-investimenti l-iktar siguri biss jibbenefikaw minn kalibrar iktar baxx.

(13) Id-diversifikazzjoni tad-dħul mhux dejjem tkun possibbli għal entitajiet infrastrutturali li jipprovdu assi jew servizzi infrastrutturali prinċipali lil negozji infrastrutturali oħrajn. Jeħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn kuntratti take-or-pay jiġu permessi fil-valutazzjoni tal-prevedibbiltà tad-dħul.

(14) L-istress testing bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tal-investiment jeħtieġ li jqis riskji li jirriżultaw minn attivitajiet mhux infrastrutturali. Madankollu, sabiex issir valutazzjoni prudenti tar-riskju tal-investiment id-dħul ġenerat minn attivitajiet bħal dawn jeħtieġ li ma jitqiesx meta jiġi determinat jekk l-obbligi finanzjarji ntlaħqux.

(15) Wara l-introduzzjoni ta' sejħiet tal-assi korporattivi infrastrutturali kwalifikanti, dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġu allinjati skont dan, bħall-formula għar-rekwiżit kapitali tas-solvibbiltà u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta li huma essenzjali għal deċiżjonijiet ta' investiment prudenti minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(16) Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġi emendat kif skont dan.

(17) Biex jiġu permessi investimenti immedjati f'din il-klassi ta' assi infrastrutturali fuq terminu twil, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 qed jiġi emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) fl-Artikolu 1, il-punti 55a u 55b jinbidlu b'dan li ġej:

(1)

55a. assi ta' infrastruttura tfisser assi, strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew li jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;

55b. entità infrastrutturali tfisser entità jew grupp li, matul l-iktar sena finanzjarja riċenti ta' din l-entità jew grupp li għalihom jinsabu disponibbli ċifri jew fi proposta finanzjarja, jieħdu l-maġġoranza sostanzjali tad-dħul tagħhom mis-sjieda, finanzjament, żvilupp jew operat ta' assi infrastrutturali;;

(2) fl-Artikolu 164a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2)

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, investiment infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1.

(a) il-flussi tal-flus ġenerati mill-assi infrastrutturali jippermettu li l-obbligi finanzjarji kollha jintlaħqu taħt stress sostnut li huwa rilevanti għar-riskji tal-proġett;

(b) il-flussi tal-flus li entità infrastrutturali tiġġenera għall-fornituri tad-dejn u għall-investituri azzjonarji huma prevedibbli;

(c) l-assi ta' infrastruttura u l-entità infrastrutturali huma rregolati minn qafas regolatorju jew kuntrattwali li jagħti lill-fornituri tad-dejn u lill-investituri azzjonarji grad għoli ta' protezzjoni li jinkludu dawn li ġejjin: Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, dan il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin: Minkejja l-punt (i) tat-tieni subparagrafu, għal investimenti f'bonds jew self, meta impriżi jistgħu juru li s-sigurtà fl-assi u l-kuntratti kollha mhijiex essenzjali għall-fornituri tad-dejn biex jipproteġu jew jirkupraw b'mod effettiv l-maġġoranza vasta tal-investiment tagħhom, jistgħu jintużaw mekkaniżmi ta' sigurtà oħra. F'dan il-każ, il-mekkaniżmi ta' sigurtà l-oħra għandhom jinkludu tal-inqas wieħed milli ġejjin:

(c)

(a) Il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jipproteġu b'mod effettiv il-fornituri tad-dejn u l-investituri tal-ekwità kontra telf li jirriżulta minn terminazzjoni tal-proġett minn parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi provduti mill-proġett infrastrutturali, sakemm ma tintlaħaqx waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

(i) id-dħul tal-entità infrastrutturali huwa finanzjat minn pagamenti minn għadd kbir ta' utenti; jew

(ii) id-dħul ikun suġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(b) l-entità infrastrutturali jkollha biżżejjed fondi ta' riżerva jew arranġamenti finanzjarji oħra sabiex tkopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital ta' ħidma tal-proġett;

(i) il-fornituri tad-dejn ikollhom sigurtà jew benefiċċju tas-sigurtà sa fejn tippermetti l-liġi applikabbli għall-assi u l-kuntratti kollha li huma kritiċi sabiex jitħaddem il-proġett;

(ii) l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara l-pagamenti obbligatorji għall-proġett għal skopijiet li mhumiex l-obbligi għall-ħlas tad-dejn huwa ristrett;

(iii) restrizzjonijiet fuq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment lil fornituri tad-dejn, inkluż dejn ġdid li ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tad-dejn eżistenti fl-għamla maqbula magħhom, sakemm ma jiġix permess ħruġ ta' dejn ġdid taħt id-dokumentazzjoni għal dejn eżistenti;

(i) garanzija ta' ishma;

(ii) drittijiet ta' involviment;

(iii) rahan fuq kontijiet bankarji;

(iv) kontroll fuq il-flussi tal-flus;

(v) dispożizzjonijiet għall-għotja ta' kuntratt;

(d) meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(e) meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valuttazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, l-istrument tal-investiment u strumenti oħra pari passu jkollhom prijorità fuq kull pretensjoni oħra għajr il-pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn fornituri tal-faċilitajiet ta' likwidità, fiduċjarji u kontropartijiet tad-derivattivi;

(f) meta l-investimenti jkunu f'ekwitajiet jew f'bonds jew f'self li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata ma tkunx disponibbli, jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(f)

(i) l-assi ta' infrastruttura u l-entità infrastrutturali jkunu fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(ii) meta l-proġett infrastrutturali tkun fil-fażi tal-kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn investitur azzjonarju, jew meta jkun hemm aktar minn investitur azzjonarju wieħed, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-grupp kollu tal-investituri azzjonarji;

l-investituri azzjonarji għandhom storja ta' suċċess marbuta mal-iskrutinju ta' proġetti infrastrutturali u mal-għarfien espert rilevanti;

l-investituri azzjonarji għandhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-entità infrastrutturali b'riżultat tal-inadempjenza tagħha;

l-investituri azzjonarji huma inċentivati biex jipproteġu l-interessi tal-investituri;

(iii) meta jkun riskji ta' kostruzzjoni, salvagwardji biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma;

(iv) meta r-riskji operatorji fejn huma materjali, jkunu ġestiti kif suppost;

(v) l-entità infrastrutturali tuża teknoloġija u disinn ittestjati;

(vi) l-istruttura kapitali tal-entità infrastrutturali tippermettilha li tirrispetta l-obbligi tad-dejn tagħha;

(vii) ir-riskju ta' rifinanzjament għall-entità infrastrutturali huwa baxx;

(viii) l-entità infrastrutturali tuża d-derivattivi għal skopijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss.;

(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 164b li ġej:

(3)

l-Artikolu 164b Investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(1) Il-maġġoranza sostanzjali tad-dħul tal-entità infrastrutturali tiġi mis-sjieda, il-finanzjament, l-iżvilupp jew l-operat tal-assi infrastrutturali misjuba fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(2) Id-dħul ġenerat mill-assi tal-infrastruttura jissodisfa wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a(2)(a);

(3) Meta d-dħul tal-entità infrastrutturali ma jkunx iffinanzjat mill-pagamenti ta' għadd kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità infrastrutturali għandha tkun waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 164a(2)(b);

(4) Id-dħul għandu jiġi diversifikat f'termini ta' attivitajiet, post, jew pagaturi, sakemm id-dħul ma jkunx suġġett għal regolament rata tar-redditu skont l-Artikolu 164a(1)(c)(a)(ii) jew kuntratt take-or-pay jew id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;

(5) Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(6) Meta ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għall-entità infrastrutturali:

(6)

(a) l-istruttura kapitali tal-korporattiv infrastrutturali għandha tippermettilu li jagħmel servizz tad-dejn kollu tiegħu taħt suppożizzjonijiet konservattivi bbażati fuq analiżi tal-proporzjonijiet finanzjarji rilevanti;

(b) l-entità infrastrutturali għandha tkun ilha attiva għal tal-inqas tliet snin, jew, fil-każ ta' negozju akkwistat, għandu jkun ilu jopera għal mill-inqas tliet snin;

(7) Meta tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għall-entità infrastrutturali, din il-valutazzjoni tal-kreditu jkollha skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.

(4) L-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:

(4)

(a) il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

(a)

1. Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jinkludi submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 1, submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 2, submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti u submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti.;

(b) għandu jiddaħħal il-paragrafu 3b li ġej:

(b)

3b. L-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom jinkludu investimenti ta' ekwità f'entitajiet infrastrutturali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164b.;

(c) il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

(c)

4. Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' ekwità jiġi kkalkulat kif ġej: SCRequitySCR2equ120,75SCRequ2SCRquinfSCRquinfcSCRequ2SCRquinfSCRquinfc2 fejn:

4.

(a) SCRequ1 jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 1;

(b) SCRequ2 jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 2;

(c) SCRquinf jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet infrastrutturali kwalifikanti;

(d) SCRquinfc jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet korporattivi infrastrutturali kwalifikanti.;

(d) il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(d)

(i) il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

(i)

(a) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(b) l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw fondi kapitali ta' riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(ii)(i) fil-punt (c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej: l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin f'tali fondi meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fil-fond ta' investiment alternattiv;;

(iii)(d) il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin f' impriżi ta' investiment kollettiv li huma awtorizzati bħala fondi Ewropej ta' investiment ta' terminu twil skont ir-Regolament (UE) 2015/760 meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv.;

(5) Fl-Artikolu 169, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

(5)

4. Ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw imsemmijin fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis f'daqqa li ġej:

4.

(a) tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b) tnaqqis istantanju ugwali għall-ammont ta' 36 % u ta' 92 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).;

(6) Fl-Artikolu 170, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

(6)

4. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':

4.

(a) 22 % fil-valur tal-ekwità korporattiva tal-infrastruttura kwalifikanti li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b) 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c) somma ta' 36 % u ta' 92 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastrutura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

(7) Fl-Artikolu 171, il-frażi ta' introduzzjoni hija sostitwita b'dan li ġej: Għall-finijiet tal-Artikolu 169(1)(a), (2)(a), (3)(a) u (4)(a) u tal-Artikolu 170(1)(b), (2)(b), (3)(b) u (4)(b), l-investimenti ta' ekwità ta' għamla strateġika jfissru investimenti ta' ekwità li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti turi dan li ġej:;

(8) Fl-Artikolu 180, il-paragrafi 14, 15, u 16 li ġejjin huma miżjuda:

(8)

14. Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-iskoperturi skont it-tabella li ġejja: Skala tal-Kwalità Kreditizja 0 1 2 3 Durata (duri) stressi ai bi ai bi ai bi ai bi sa 5 bi · duri — 0,68 % — 0,83 % — 1,05 % — 1,88 % Iktar minn 5 u sa 10 ai + bi · (duri – 5) 3,38 % 0,38 % 4,13 % 0,45 % 5,25 % 0,53 % 9,38 % 1,13 % Iktar minn 10 u sa 15 ai + bi · (duri – 10) 5,25 % 0,38 % 6,38 % 0,38 % 7,88 % 0,38 % 15,0 % 0,75 % Iktar minn 15 u sa 20 ai + bi · (duri – 15) 7,13 % 0,38 % 8,25 % 0,38 % 9,75 % 0,38 % 18,75 % 0,75 % Iktar minn 20 min[ai + bi · (duri – 20);1] 9,0 % 0,38 % 10,13 % 0,38 % 11,63 % 0,38 % 22,50 % 0,38 %

15. Il-kriterji għall-iskoperturi li jiġu assenjati fattur ta' riskju skont il-paragrafu 14 għandhom ikunu:

15.

(a) l-iskopertura jkollha x'taqsam ma' investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164b;

(b) l-iskopertura mhijiex assi li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

tkun assenjata għal portafoll tal-aġġustament korrispondenti skont l-Artikolu 77b(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

tkun ġiet assenjata skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 2;

(c) valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għall-entità infrastrutturali.

(d) l-iskopertura tkun ġiet assenjata skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.

16. Skoperturi fil-forma ta' bonds u self li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15(a) u (b), li iżda ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15(c), għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja u durata tal-esponiment konformi mat-tabella li tidher fil-paragrafu 14.;

(9) Fl-Artikolu 181, it-tieni paragrafu tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej: Għall-assi fil-portofoll assenjat li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, u għal assi ta' infrastruttura kwalifikanti u għal assi korporattivi infrastrutturali kwalifikanti li jkunu ġew assenjati skala tal-kwalità kreditizja 3, il-fattur ta' tnaqqis għandu jkun ta' 100 %.;

(10) L-Artikolu 261a huwa sostitwit b'dan li ġej:

(10)

Artikolu 261a Ġestjoni tar-riskju għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti jew investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti

1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom joperaw bid-diliġenza dovuta qabel ma jagħmlu investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti, inklużi dawn kollha li ġejjin:

1.

(a) valutazzjoni ddokumentata dwar kif l-entità infrastrutturali tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a jew l-Artikolu 164b, li kienet suġġetta għal proċess ta' validazzjoni, imwettaq minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-kriterji, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni;

(b) konferma li kwalunkwe mudell finanzjarju dwar il-flussi tal-flus tal-entità infrastrutturali kien suġġett għall-proċess ta' validazzjoni li twettqet minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-iżvilupp tal-mudell finanzjarju, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni.

2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti għandhom regolarment jimmonitorjaw u jwettqu testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġjaw l-entità infrastrutturali. Kwalunkwe test tal-istress ikun proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju inerenti fil-proġett infrastrutturali.

3. L-istress test għandu jqis riskji li jirriżultaw minn attivitajiet mhux infrastrutturali, iżda d-dħul ġenerat minn attivitajiet bħal dawn ma għandux jitqies meta jiġi determinat jekk l-entità infrastrutturali hijiex kapaċi tilħaq l-obbligi finanzjarji tagħha.

4. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollhom investimenti infrastrutturali materjali kwalifikanti jew investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti, huma għandhom, meta jiġu stabbiliti l-proċeduri bil-miktub msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ attiv ta' dawn l-investimenti matul il-fażi ta' kostruzzjoni, u sabiex jiġi mmassimizzat l-ammont kopert minn dawn l-investimenti f'xenarju ta' twettiq ta' ħidma.

5. L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti f'bonds jew f'self għandhom jistabbilixxu l-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv sabiex jiżguraw, li fuq bażi kontinwa għandhom il-kapaċità li jżommu l-investiment sal-maturità..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2017-06-08