Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1588 tad-19 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 f'dak li għandu x'jaqsam mal-konċessjonijiet fuq prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Kanada
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1588@2017-09-19/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38, il-Kunsill, f'isem l-Unjoni Ewropea awtorizza l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (il-Ftehim).
(2) L-Artikolu 2.4 tal-Ftehim jipprovdi għat-tnaqqis u l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta' oġġetti li joriġinaw fil-Kanada f'konformità mal-Anness 2-A tiegħu. Il-paragrafu 2 ta' dak l-Anness jipprovdi li l-Partijiet tal-Ftehim għandhom jeliminaw id-dazji doganali fuq ċerti prodotti ta' oriġini fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak il-Ftehim. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib importati fl-Unjoni.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi regoli fir-rigward tal-kwota tat-tariffa Nru 09.4513 fuq l-importazzjoni għall-ġobon Ċeddar (Cheddar) li joriġina fil-Kanada. Billi l-Ftehim jipprovdi għall-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq il-prodotti tal-ħalib, dik il-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għandha tiġi abolita. Għalhekk, jenħtieġ li jitħassru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jikkonċernaw l-amministrazzjoni ta' dik il-kwota tat-tariffa. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu aġġornati ċerti dispożizzjonijiet fl-Anness XI ta' dak ir-Regolament.
(4) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi emendat skont dan. Jenħtieġ li l-emendi proposti japplikaw mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.
(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(a) fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
(a)
2. Il-kaxxa 3 taċ-ċertifikati tal-IMA 1, rigward ix-xerrej, u l-kaxxa 6 rigward il-pajjiż tad-destinazzjoni m'għandhomx jimtlew.
(b) fil-Parti III.B tal-Anness III, l-annotazzjoni dwar in-numru tal-kwota 09.4513 hija mħassra.
(c) l-Anness XI huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
(d) fl-Anness XII, l-annotazzjoni dwar il-Kanada hija mħassra.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-21 ta' Settembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS
L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-Parti A hija mħassra;
(b) Il-Partijiet B, C u D huma sostitwiti b'dan li ġej:
B.
Rigward il-ġobon Ċeddar li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru ex04069021 u elenkat taħt in-numru tal-kwota 09.4514 fl-Anness I.K u taħt in-numru tal-kwota 09.4521 fl-Anness III.B:
(1) il-kaxxa 7, billi jkun speċifikat il-ġobon sħiħ taċ-Ċeddar;
(2) il-kaxxa 10, billi jkun speċifikat il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament;
(3) il-kaxxa 11, billi jkun speċifikat mill-anqas 50 %;
(4) il-kaxxa 14, billi jkun speċifikat mill-anqas tliet xhur;
(5) il-kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.
C.
Rigward il-ġobon taċ-Ċeddar maħsub għall-ipproċessar kopert bil-kodiċi NM ex04069001 u elenkat taħt in-numru tal-kwota 09.4515 fl-Anness I.K u taħt in-numru tal-kwota 09.4522 fl-Anness III.B:
(1) il-kaxxa 7, billi jkun speċifikat il-ġobon sħiħ taċ-Ċeddar;
(2) il-kaxxa 10, billi jkun speċifikat il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament;
(3) il-kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.
D.
Rigward il-ġobon in ġenerali għajr il-ġobon taċ-Ċeddar maħsub għall-ipproċessar bil-kodiċi NM ex04069001 elenkat taħt in-numru tal-kwota 09.4515 fl-Anness I.K u taħt in-numru tal-kwota 09.4522 fl-Anness III.B:
(1) il-kaxxa 10, billi jkun speċifikat il-ħalib tal-baqra prodott id-dar esklussivament;
(2) il-kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.