Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1765 tal-25 ta' Settembru 2017 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2017-09-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1765@2017-09-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tan-Netherlands,

Billi:

(1) Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116, (UE) 2015/190 u (UE) 2015/994 li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar it-13 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1140, is-Sur H.J.J. (Henri) LENFERINK ġie sostitwit mis-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT bħala membru. Fit-18 ta' Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1573, is-Sinjura W.H. (Hester) MAIJ ġiet sostitwita mis-Sur M.A. (Michiel) SCHEFFER bħala membru u s-Sinjura E.M. (Elvira) SWEET ġiet sostitwita mis-Sur D.J.E. (Erik) LIEVERS bħala membru supplenti.

(2) Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur M.A. (Michiel) SCHEFFER, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT (Sindku tal-muniċipalità ta' Ten Boer) ġie propost.

(4) Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur D.J.E. (Erik) LIEVERS u s-Sur C.L. (Cornelis) VISSER saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Artikolu 1

(a) bħala membri:

Dr J.M.E. (Annemieke) TRAAG, Gedeputeerde van de provincie Overijssel,

Is-Sur N.A. (André) VAN DE NADORT, Burgemeester van de gemeente Weststellingwerf (bidla fil-mandat),

(b) bħala membri supplenti:

Dr M. (Michiel) SCHEFFER, Gedeputeerde van de provincie Gelderland,

Is-Sinjura E. (Ellen) NAUTA-VAN MOORSEL, Burgemeester van de gemeente Hof van Twente.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017. Għall-Kunsill Il-President M. Maasikas

Versions

  1. 2017-09-25