Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1863 tas-16 ta' Ottubru 2017 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [Almansa (DOP)]

In forceVersion 2017-10-16from 2017-11-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1863@2017-10-16/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta Almansa, li hija protetta bir-Regolament (KEE) Nru 2247/73 tal-Kummissjoni, imressqa minn Spanja skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2) Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3) Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4) Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni Almansa (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2017-10-16