Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1905 tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2017-10-18from 2017-11-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/1905@2017-10-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Il-kompożizzjoni tal-addittiv
  4. Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
  5. Il-metodu analitiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2) B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079. Mal-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3) Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi addittivi żootekniċi.

(4) Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2016 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew fuq l-ambjent, u meta tintuża fl-għalf tat-tjur, din hi effikaċja biex tnaqqas il-kontaminazzjoni tal-karkassi bis-Salmonella spp. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-introduzzjoni fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ppreżenta l-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5) Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni jenħtieġ jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi addittivi żootekniċi u mill-grupp funzjonali addittivi żootekniċi oħrajn, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni L-addittiv Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, deskrizzjoni, il-metodu analitiku L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal L-età massima Il-kontenut minimu Il-kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħrajn Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħrajn (inqas kontaminazzjoni tas-Salmonella fil-karkassi għax jonqos il-feċi) 4d1703 Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 Tiġieġ tas-simna Speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għas-simna — 1 × 109 — It-8 ta' Novembru 2027

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 li fih minimu ta':

2 × 1010 CFU/g ta' addittiv (b'għamla mhux miksija)

1 × 1010 CFU/g ta' addittiv (b'għamla miksija)

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079

Il-metodu analitiku

Enumerazzjoni: il-metodu tat-treffigħ bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (EN15789:2009) Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR).

1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzazzjonali biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-użu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jixxejnu jew jitnaqqsu għal minimu b'dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir tal-protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

Versions

  1. 2017-10-18