Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/191 tal-1 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/166/UE, biex tintroduċi teknoloġiji u meded ta' frekwenza ġodda għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2017) 450) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/191@2017-02-01/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun jista' jintuża l-GSM abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni.
(2) L-iżvilupp ta' mezzi mtejba tal-komunikazzjoni appoġġat mill-progress tekniku jista' jtejjeb il-kapaċità għal kull ċittadin biex ikun konness kullimkien u f'kull ħin f'konformità mal-Programm tal-Politika tal-Ispettru stabbilit bid-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali. Barra minn hekk, l-ispettru għandu jintuża f'konformità mal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(3) Id-Deċiżjoni 2010/166/UE ssejjaħ lill-Istati Membri biex iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1800 MHz minn sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kondizzjonijiet kollha speċifikati f'dik id-Deċiżjoni u tal-każijiet ta' interferenza ta' ħsara. L-Istati Membri huma rikjesti wkoll jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sejbiet tagħhom u l-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Deċiżjoni 2010/166/UE fejn jixraq.
(4) Ir-rapporti mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kkonfermaw bil-qawwa l-ħtieġa li jippermettu teknoloġiji ġodda ta' komunikazzjoni għall-użu MCV.
(5) Biex ikun faċilitat l-użu ulterjuri tal-applikazzjonijiet MCV fl-Unjoni, fis-16 ta' Novembru 2015 il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (is-CEPT) f'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE biex tkun eżaminata l-possibilità li l-koeżistenza ta' apparat li jintuża abbord li juża teknoloġija LTE ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika terrestri li joperaw fil-meded 1710-1785/1805-1880 MHz and 2500-2570/2620-2690 Mhz u l-koeżistenza ta' apparat abbord li juża teknoloġija UMTS ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika li joperaw fil-meded 1920-1980/2110-2170 MHz.
(6) Wara l-għoti tal-mandat, is-CEPT adottat fis-17 ta' Ġunju 2016 ir-rapport tagħha 62 li kkonkluda li jkun possibbli li jopera MCV, sakemm il-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti jintlaħqu, bl-użu ta' teknoloġija LTE fil-meded 1710-1785/1805-1880 MHz u 2500-2570/2620-2690 MHz u t-teknoloġija UMTS fil-medda 1920-1980/2110-2170 MHz. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/166/UE għandha tiġi emendata abbażi tar-riżultati tar-rapport CEPT 62 biex jiġu inklużi dawk it-teknoloġiji u frekwenzi u jkun permess l-użu ta' sistemi bbażati fuq dawn it-teknoloġiji abbord il-bastimenti.
(7) Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness, u sabiex jiġu protetti użi awtorizzati oħra, l-Istati Membri jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet ġeografiċi addizzjonali fuq it-tħaddim tas-sistema MCV fl-ibħra territorjali tagħhom.
(8) Meta wieħed iqis l-importanza tat-teknoloġiji UMTS u LTE għall-komunikazzjoni bla fili fl-Unjoni, il-possibbiltà li jintużaw sistemi MCV tas-sistemi MCV LTE u MCV UMTS kif deskritt f'din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.
(9) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCV għandhom jibqgħu taħt rieżami sabiex jiġi żgurat li dawn dejjem jaqblu mal-progress teknoloġiku.
(10) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2010/166/UE hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
1. L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:
1.
Artikolu 1 Il-fini ta' din id-Deċiżjoni hu li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz, 1800 MHz, 1900/2100 MHz, 2600 MHz għal sistemi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet mobbli abbord il-bastimenti fl-ibħra territorjali tal-Unjoni Ewropea..
2. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
2.
(a) il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
(a)
1. servizzi ta komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV)' tfisser servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mogħtijin minn impriża sabiex tippermetti li dawk li jkunu abbord bastiment jikkomunikaw permezz ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni bl-użu ta' sistema soġġetta għall-Artikolu 3 mingħajr ma jkunu stabbiliti konnessjonijiet diretti man-netwerks mobbli terrestri;
(b) il-punt 7, jinbidel b'dan li ġej:
(b)
7. Stazzjon ta' Bażi Transciever ta' Bastiment (BS tal-bastiment) tfisser piko-ċellula mobbli li tinsab fuq il-bastiment u li tappoġġa s-servizzi tal-GSM, LTE jew UMTS konformi mal-Anness għal din id-Deċiżjoni;;
(c) jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(c)
8. Il-medda 1900/2100 MHz tfisser il-medda ta' 1920-1980 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda 2110-2170 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);
9. il-medda 2600 MHz tfisser il-medda 2500-2570 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda ta' frekwenzi 2620-2690 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);
10. Sistema LTE tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE;
11. Sistema UMTS tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE.
3. L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:
3.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas 2 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 2 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali akkoppjat fil-meded 900 u/jew 1800 Mhz għal sistemi GSM sakemm is-servizzi MCV fuq bażi bla interferenza u mhux protetta fl-ibħra territorjali tagħhom;
2. Malajr kemm jista' jkun, u sitt xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli 5 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 5 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali, akkoppjati fi ħdan il-meded 1900/2100 MHz għas-sistemi UMTS u fil-meded 1800 MHz u 2600 MHz għal sistemi LTE li jipprovdu servizzi MCV fuq bażi ta' mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni, fl-ibħra territorjali tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness..
4. L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:
4.
Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u tal-każijiet ta' interferenza dannuża..
5. L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017. Għall-Kummissjoni Andrus Ansip Viċi President
ANNEX
ANNESS
ANNESS
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex tiġi evitata interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri
(1) Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi tal-GSM li joperaw fil-medda ta' 900 MHz u l-medda ta' 1800 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri. Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1)
(a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment: Parametru Deskrizzjoni Qawwa tat-trażmissjoni/densità tal-potenza Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastiment u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastiment fil-medda ta' 900 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 5 dBm Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1800 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 0 dBm Għall-istazzjonijiet ta' bażi abbord il-bastiment, id-densità massima tal-qawwa mkejla f'partijiet esterni tal-bastiment, b'referenza għal kejl ta' gain ta' antenna ta' 0 dBi: – 80 dBm/200 kHz Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni Għandhom jintużaw tekniki għat-tnaqqis tal-interferenza li mill-inqas jipprovdu rendiment ekwivalenti għal dak ta' dawn il-fatturi ta' tnaqqis, abbażi tal-istandards tal-GSM:
bejn 2 u 3 mili nawtiċi mil-linja bażi, is-sensittività tar-riċevitur u l-livell massimu tad-diskonnessjoni (livelli ACCMIN u min RXLEV) tat-terminal mobbli użat abbord il-bastiment għandu jkun daqs jew ogħla minn — 70 dBm/200 kHz u bejn 3 u 12-il mil nawtiku mil-linjua bażi daqs jew ogħla minn — 75 dBm/200 kHz;
it-trażmissjoni mhux kontinwa għandha tiġi attivata fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali;
il-valur tal-avvanz tal-ħin tal-BS tal-bastiment għandu jiġi ssettjat fil-valur minimu.
(2) Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi UMTS fil-meded 1900/2100 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri. Għandhom japplikaw dawn il-kundizzjonijiet:
(2)
(a) is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) tista' tintuża wisa' tal-medda sa 5 MHzbiss (duplex) biss;
(d) limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment: Parametru Deskrizzjoni Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa Għal terminals mobbli li jittrażmettu fil-medda 1900 Mhz użati abbord il-bastimenti u kkontrollati mill-BS tal-bastiment li jittrażmetti fil-medda 2100 Mhz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 0 dBm/5 MHz Emissjonijiet fuq il-gverta Emissjonijiet ta' BS tal-bastiment ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn — 102 dBm/5 MHz (Kanal Komuni tal-Piloti) Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni Bejn 2 u 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell minimu meħtieġ tas-sinjal irċevut f'ċellola) għandu jkun daqs jew ogħla minn: – 87 dBm/5 MHz It-timer tal-għażla tan-netwerk mobbli terrestri pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 600 m Ir-rilaxx tat-timer tar-rilaxx tal-inattività tal-utent tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jkun ta' żewġ sekondi. Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.
(3) Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn sistemi fil-medda 1800 MHz u 2600 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għal netwerks mobbli bbażati fuq l-art Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(3)
(a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn 4 mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS ta' bastimenti bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) Faxxa tal-frekwenza biss sa 5 MHz (duplex) jistgħu jintużaw għal kull banda ta' frekwenzi (1800 MHz u 2600 MHz);
(d) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment: Parametru Deskrizzjoni Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u li huma kkontrollati permezz ta' BS ta' bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1800 Mhz u 2600 MHz, il-potenza massima tal-output irradjat: 0 dBm Emissjonijiet fuq il-gverta L-emissjonijiet ta' BS ta' bastimenti ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn – 98 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 120 dBm/15 kHz) Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni Bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell ta' sinjal irċevut minimu meħtieġ fiċ-ċellola) għandhom ikunu daqs jew ogħla minn – 83 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 105 dBm/15 kHz) It-timer tal-għażla tan-Netwerk Mobbli Terrestri Pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 400 m It-timer tal-inattività tal-utent għar-rilaxx tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jiġi ssetjat għal żewġ sekondi. Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.