Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/194 tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/194@2017-02-03/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.
(2) Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(3) Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija addittivi teknoloġiċi.
(4) Fl-opinjoni tagħha tat12 ta' Lulju 2016 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(5) Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta' addittivi addittivi teknoloġiċi u mill-grupp funzjonali addittivi tal-għalf insilat, hu awtorizzat bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker
ANNEX
ANNESS 1.2.3.
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv Addittiv Formula kimika, deskrizzjoni, metodi analitiċi Speċi jew kategorija tal-annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħrajn Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni CFU tal-addittiv/kg ta' materja friska Additivi teknoloġiċi: addittivi tal-għalf insilat 1k20752 Lactobacillus diolivorans DSM 32074 L-ispeċi kollha tal-annimali — — — Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna. Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-għalf insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal minimu b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs. L-24 ta' Frar 2027
ANNESS
Kompożizzjoni tal-addittiv
Preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 li fih minimu ta' 3 × 1011 CFU/g ta' addittiv.
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074.
Metodu analitku
Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MRS agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)