Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2207 tad-29 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/2207@2017-11-29/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament bażiku),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi: PROĊEDURA PREĊEDENTI
(1) Fit-13 ta' Mejju 2013 il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina (oġġetti tal-mejda) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 (ir-Regolament oriġinali).
(2) Fl-investigazzjoni oriġinali għadd kbir ta' produtturi esportaturi mir-RPĊ għamlu lilhom infushom magħrufa. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi għall-investigazzjoni.
(3) Il-Kunsill impona rati individwali ta' dazju fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina li jvarjaw minn 13,1 % għal 23,4 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, u r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 % fuq kumpaniji oħra li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, ġie impost dazju bir-rata ta' 36,1 % fuq l-importazzjoni ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina mill-kumpaniji Ċiniżi l-oħra.
(4) L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 jgħid li fejn xi produttur esportatur ġdid ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina fir-RPĊ jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: b'hekk l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri r-rata ta' dazju medja peżata ta' 17,9 %.
(4)
(1) ma jkunx esporta fl-Unjoni oġġetti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda u tal-kċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 (il-perjodu tal-investigazzjoni);
(2) mhux relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-RPĊ li huma soġġetti għall-miżuri antidumping imposti minn dak ir-Regolament, u
(3) esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni;
TALBIET GĦAL TRATTAMENT TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID
(5) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 412/2013, erba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom jgħidu li huma jissodisfaw t-tliet kriterji stabbiliti hawn fuq fil-premessa (4) u pprovdew evidenza.
(6) L-erba' kumpaniji lkoll huma manifatturi u esportaturi tal-prodott ikkonċernat.
(7) Tlieta minnhom diġa' kienu joperaw matul l-investigazzjoni oriġinali iżda sostnew li dak iż-żmien ma kinux jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.
(8) Ir-raba' kumpanija sostniet li ma kinitx għadha teżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u għalhekk ma setgħetx tesporta matul il-perjodu ta' investigazzjoni.
(9) Il-Kummissjoni analizzat l-evidenza ppreżentata mill-erba' kumpaniji u sabet li kull waħda mill-erba' kumpaniji tissodisfa t-tliet kriterji biex tkun ikkunsidrata bħala produttur esportatur ġdid. Konsegwentement, l-ismijiet tagħhom jinħtieġ li jiġu miżjuda mal-lista ta' kumpaniji li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 412/2013.
(10) Il-Kummissjoni infurmat lill-erba' kumpaniji u l-industrija tal-Unjoni b'dawn is-sejbiet u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Ma ġie riċevut l-ebda kumment.
(11) Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament baziku.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kumpaniji segwenti għandhom jiżdiedu mal-lista ta' produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013: Kumpanija Kodiċi addizzjonali TARIC Fujian Dehua Huamao Ceramics Co., Ltd C303 Fujian Dehua Jiawei Ceramics Co., Ltd C304 Fujian Dehua New Qili Arts Co., Ltd C305 Quanzhou Dehua Hengfeng Ceramics Co., Ltd C306
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2017. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker