Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2297 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-iskampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

In forceVersion 2017-12-04from 2017-12-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/2297@2017-12-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2) Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

ANNEX

ANNESS

Nru 21/TQ127 Stat Membru Il-Belġju Stokk NEP/8ABDE. Speċi Skampu (Nephrops norvegicus) Żona VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe Data tal-għeluq 10.10.2017

Versions

  1. 2017-12-04