Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

In forceVersion 2017-10-09from 2018-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2017/2307@2017-10-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. Artikolu 4

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/436, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (il-Ftehim) ġie ffirmat fis-27 ta' April 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2) Fil-Ftehim, l-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-regoli rispettivi tagħhom dwar il-produzzjoni organika u s-sistemi ta' kontroll fir-rigward tal-prodotti organiċi.

(3) Il-Ftehim għandu l-għan li jrawwem il-kummerċ ta' prodotti organiċi, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni tas-settur organiku fl-Unjoni u fir-Repubblika taċ-Ċili u li jikseb livell għoli ta' rispett għall-prinċipji tal-produzzjoni organika, ta' garanzija tas-sistemi ta' kontroll u ta' integrità tal-prodotti organiċi. Huwa għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-protezzjoni tal-logos rispettivi għall-prodotti organiċi tal-Unjoni u Repubblika taċ-Ċilì u li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja bejn il-Partijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni organika.

(4) Il-Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi (il-Kumitat Konġunt), stabbilit skont l-Artikolu 8(1) tal-Ftehim, jittratta ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-Ftehim. B'mod partikolari, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jemenda l-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata biex tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt.

(5) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, emendi għal-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim, bil-kundizzjoni li tinforma minn qabel lir-rappreżentanti tal-Istati Membri bl-emendi li għalihom ikollha l-intenzjoni li tagħti l-approvazzjoni tagħha fil-Kumitat Konġunt u li tipprovdi lir-rappreżentanti tal-Istati Membri bl-informazzjoni rilevanti kollha li tkun wasslitha biex tikkonkludi li l-ekwivalenza tista' tiġi aċċettata.

(6) Barra minn hekk, sabiex ikun hemm reazzjoni fil-pront fejn il-kundizzjonijiet għall-ekwivalenza ma jkunux qed jiġu sodisfatti aktar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissospendi unilateralment ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza, bil-kundizzjoni li tinforma minn qabel lir-rappreżentanti tal-Istati Membri qabel ma tagħmel dan.

(7) Fil-każijiet fejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu jirrappreżentaw minoranza li timblokka joġġezzjonaw għall-pożizzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex titħalla tapprova emendi għal-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II u lanqas li tissospendi r-rikonoxximent ta' ekwivalenza. F'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

(8) Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 tal-Ftehim.

Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4 L-emendi li jsiru fil-listi ta' prodotti fl-Annessi I u II tal-Ftehim skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' tali emendi, hija għandha tinforma lir-rappreżentanti tal-Istati Membri dwar il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni billi tipprovdi dokument ta' informazzjoni li jagħti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza mwettqa fir-rigward tal-lista ta' prodotti ġdida jew aġġornata fl-Anness I jew II, inklużi: Fejn ikun hemm numru ta' rappreżentanti ta' Stati Membri, li jirrappreżentaw minoranza li timblokka taħt it-tieni subparagrafu tal-punt (a) tal-Artikolu 238(3) tat-Trattat, li joġġezzjonaw, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta taħt l-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

Artikolu 4

(a) il-lista ta' prodotti kkonċernati, flimkien ma' indikazzjoni tal-kwantitajiet previsti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni;

(b) ir-regoli tal-produzzjoni applikati għall-prodotti kkonċernati fir-Repubblika taċ-Ċilì, flimkien ma' indikazzjoni dwar kif tkun ġiet solvuta kwalunkwe differenza sostanzjali mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni;

(c) jekk rilevanti, sistema ta' kontroll ġdida jew aġġornata applikata għall-prodotti kkonċernati, flimkien ma' indikazzjoni dwar kif tkun ġiet solvuta kwalunkwe differenza sostanzjali mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni;

(d) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-Kummissjoni.

Artikolu 5 Kwalunkwe deċiżjoni mill-Unjoni biex tissospendi unilateralment, taħt l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Ftehim, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-liġijiet u r-regolamenti elenkati fl-Anness IV tal-Ftehim, inklużi l-verżjonijiet aġġornati u kkonsolidati ta' dawk il-liġijiet u r-regolamenti, kif imsemmi fl-Anness V tal-Ftehim, għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Qabel ma l-Kummissjoni tieħu tali deċiżjoni, hija għandha tinforma lir-rappreżentanti tal-Istati Membri skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017. Għall-Kunsill Il-President S. Kiisler

Versions

  1. 2017-10-09